Legislature:
Category:
Reset
Active:

Orkestra Filarmonika Nazzjonali

Question

Tista' l-Ministru tindika jekk l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali hijiex se tiġi fornuta b'post iktar addattat minn dak preżenti sabiex tkun tista' tagħmel ir-rehearsals tagħha? Tista' tgħid kemm hi l-ispiża ta' l-Orkestra fis-sena u kemm minnha hi allokata għall-manutenzjoni jew jekk ikun il-każ kiri tal-post li fih isiru r-rehearsals preżentement?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Ministeru tiegħi qed jagħmel dak kollu possibli sabiex issib post alternattiv għar-rehearsals ta’ l-Orkestra Filamonika Nazzjonali. L-ispiża totali ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tilħaq madwar miljun u nofs ewro fis-sena. Infurmata li meta sar refurbishment sħiħ tal-post allokat lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fl-2005 sar mill-Ministeru tat- Turiżmu u Kultura waqt li xogħol ordinarju jitħallas mill-fondi ta’ l-Orkestra. Infurmata wkoll li ma jsir ebda ħlas għall-kiri tal-post li fih l-Orkestra tagħmel ir-rehearsals tagħha riċentement.

Żejtun — Triq Toni Zahra - Skart

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħi l-iskart li tħalla fil-ġenb tal-parti ta' fuq ta' Triq Toni Zahra, iż-Żejtun meta din ġiet asfaltata għall-ewwel darba mill-istess Awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-azzjoni li qed jitlob l-Onor Interpellant ittieħdet.

Żejtun — Triq Salvu Cacciatolo - Skart u ħaxix ħażin

Question

Jista' l-Ministru jara li titnaddaf roqgħa art propjetà tad-Dipartiment tal-Artijiet li tinsab fi Triq Salvu Cacciatolo kantuniera ma' Triq Toni Zahra fiż-Żejtun minn skart mitfugħ minn persuni rresponsabli u ħaxix ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għoti ta' Visa lil ċittadin Niġerjan

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex ċittadin ta' nazzjonalità Niġerjana jkun jista' jottjeni Visa sabiex jiżżewweġ lis-sieħba tiegħu li hi ċittadina ta' nazzjonalità Ġermaniża?

Response (BORG, TONIO)

Ċittadini ta' nazzjonalita Niġerjana jistgħu japplikaw għall-visa mill-Konsulat ta' l-Awstrija ġewwa Abuja. Ninsab infurmat li l-każ li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, kienet diġa ġiet mibgħuta lill-Pulizija għall-rikonsiderazzjoni u din ġiet irrifjutata wara li dan l-istess Niġerjan kien għamel "overstay" jiġifieri dam f'Malta bla permess għal mhux inqas min sena u ħames xhur.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ arretrati ta’ taxxa dovuta sal-bidu ta’ Ġunju 2008, minn individwi hi ta’ €247,449,447, u minn kumpaniji hi ta’ €331,260,191. Dawn l-ammonti jinkludu talbiet magħmula fuq stima tal-Kummissarju minħabba li ma jkunux intbgħatu l-prospetti u l-assessment li qed jiġu kkontestati jew appellati. Huwa stmat illi madwar 20/25 fil-mija biss ta’ l-ammonti mgħotija hawn fuq huma attwalment dovuti. Fejn jirrigwarda l-arretrati mill-VAT, mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-bidu ta’ Ġunju, 2008, il-Gvern għandu jdaħħal €18,879,812. Dan l-ammont magħmul minn bilanċ mħux imħallas ta’ taxxa ddikjarata, audit assessments maħruġa mid-Dipartiment u minn penalitajiet.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.
Leg 11 PQ #1483 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tour agencies — Ħlas addizzjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1819.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1560,1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1939, 1560, 1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.

Malta Shipyards — Audited Accounts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1940 u 1521 u cioe' jqiegħed fuq il-medja tal-Kamra l-Audited Accounts tal-Malta Shipyards Ltd għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent il-Malta Shipyards m'hix f'pożizzjoni li tqiegħed l-Audited Accounts tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra għax għadhom ma nagħlqux mill-awdituri.
Leg 11 PQ #2161 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

National Hospital ta' Londra — Kura

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun tista' tiġi megħjuna mill-Gvern biex tmur tieħu l-kura li tant teħtieġ fin-National Hospital ta' Londra, partikolarment tenut kont tal-ftehim bilaterali bejn Malta u l-Ingilterra fuq is-settur tas-saħħa u meta wieħed iqis ukoll li f'Malta m'għandniex ir-riżorsi fl-istess livelli bħal dawk tan-National Hospital?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-terapija li qegħda tingħata din il-pazjenta, illum hija l-istess fid-Dipartimenti tan-Newroloġija tad-dinja kollha. Din hija proċedura sempliċi li sabiex wieħed jeċċella fiha jsiru numru żgħir ta’ sessjonijiet taħt superviżjoni ta’ xi speċjalista li jkun kapaċi jagħmilha. Fl-iSptar Mater Dei għandna żewġ konsulenti li ilhom jamministraw din il-kura għal mill-anqas għaxar (10) snin.
Leg 11 PQ #2169 Sitting 37 2008-10-01 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament (A) partikolarment tenut kont tal-fatt illi: a) għadha ma tressqet l-ebda risposta; b) qed jiġi allegat li d-distanzi ma ġewx obduti (B) c) dan kollu kkawża impatt negattiv ħafna fuq l-abitanti tal-fond de quo (MJD) d) iż-żona de quo hi waħda ta' "3 floors plus basement" (C)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi — Ewro

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2013 u jgħid kemm hawn vetturi EWRO 2, 3, 4, 5, u 6 f'pajjiżna separatament? X'persentaġġ jagħmlu mill-ammont totali ta' vetturi f'pajjiżna separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Horizontal Axis Wind Turbine

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2012 u jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2012.

Heritage Malta — Ticketing system

Question

Tista' l-Ministru tgħarrafni dwar x'costing u investigazzjonijiet saru biex it-ticketing system li kellha Heritage Malta ġiet imwarrba u ddaħħlet oħra minflokha? Kemm kien jiswa upgrading tas-sistema li tneħħiet fl-aħħar tas-sena li għaddiet u kemm qed tiġi tiswa s-sistema preżenti? X'approvazzjonijiet kien hemm u fuq liema bażi ngħataw? F'liema laqgħa u meta ngħatat l-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi ta' Heritage Malta biex titneħħa t-ticketing system li ġiet tiswa eluf ta' liri li kellha l-aġenzija u tiddaħħal dik eżistenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li l-Heritage Malta riedet tbiddel is-sistema għal waħda li tkun aktar flessibli li setgħet twassal ukoll għall-ħolqien ta’ multi-site tickets speċifiċi kif ukoll biex tiffaċilita x-xogħol tat-Tour Operators. Fil-fatt bis-sistema l-ġdida, ġie eliminat il-bżonn li jinħareġ biljett għal kull viżitatur għax is-sistema l-ġdida tippermetti li jinħareġ biljett wieħed li jkollu fuqu reġistrati n-numru ta’ nies fil-grupp li jistgħu jidħlu fis-sit partikolari. Dan qed iwassal biex it-tour operators ikunu jistgħu jagħmlu t-tibdil meħtieġ fiż-żjarat li jippjanaw, aktar u aktar issa li l-prezzijiet għad-dħul fis-siti ta’ Heritage Malta ivarjaw minn sit għall-ieħor. Dan kellu impatt ambjentali ukoll għaliex il-Heritage Malta kienet tistampa ‘l fuq minn miljun biljett kull sena. Heritage Malta riedet tinvesti b’mod sostanzjali f’din is-sistema sabiex tiġi konformi mal-ħtiġijiet u l-bżonnijiet ta’ l-aġenzija. Kien għalhekk li ġie deċiż li tinbidel is-sistema. Is-service provider jieħu kummissjoni nominali fuq kull biljett li jinħareġ. Dan ifisser li l-aġenzija m’għamlet l’ebda investiment kapitali għal din is-sistema. Anki t-turnstiles elettroniċi li qed jitwaħħlu fis-siti u mużewijiet m’hu ser jiswew l-ebda investiment kapitali għall-aġenzija. Kien hemm l-approvazzjoni kollha mid-Dipartiment u entitajiet konċernati u kien hemm qbil li din kienet l-aħjar sistema li l-aġenzija Heritage Malta kellha bżonn. Il-bord kien informat f’kull stadju tad-diskussjoni u approva id-deċizjoni.
Leg 11 PQ #2088 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sezzjoni dentali tal-kirurġija — Pażjenti li jitraqqdu bil-loppju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list tal-persuni b'diżabilita' fiżika li, minħabba d-diżabilita' tagħhom, ikollhom jitraqqdu bil-loppju fis-sezzjoni dentali tal-kirurġija biex isir filling jew tinqala' sinna? Jaħseb li l-ġenituri ta' dawn it-tfal m'għandhomx ikunu mġiegħla jmorru fi sptar privat bilfors, tenut kont li fil-kliniċi tad-dentisti mhux aċċettat li jitraqqdu l-pażjenti bil-loppju? Japprezza li kwestjonijiet bħal dawn ikunu urġenti u jeħtieġu azzjoni malajr?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat illi dan is-servizz jinvolvi grupp ta’ madwar 30 persuna b’diżabilità fiżika. Kull intervent dentali (inkluż filling jew qlugħ ta’ snien) li dawn ikollhom bżonn, irid isir bilfors taħt loppju ġenerali. Sabiex ma ssirilhomx ħsara billi jingħataw loppju ta’ spiss, ix-xogħol dentali ta’ rutina fuq dawn il-persuni b’diżabilità huwa programmat fuq firxa ta’ bejn 12 u 18-il xahar skond il-ħtieġa. Madankollu, każijiet urġenti jingħataw attenzjoni immedjata. Informat ukoll li sadanittant saru arranġamenti ġodda biex issir sessjoni kull 5 ġimgħat minflok kull 10 ġimgħat kif kien isir qabel.

Ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali — kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu r-roħs li jgawdu minnu l-ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jagħmel sens li dawk it-tfal li ma jeħtieġux l-użu ta' magni jibbenifikaw biss minn roħs ta' €5 - €7 f'kull kont?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2090 Sitting 36 2008-09-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Embellishment fil-Qawra

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega jekk huwiex ippjanat li jsir embellishment fiż-żona ta' taħt il-lukanda Dolmen fil-Qawra? Stante li għadd ta' anżjani jmorru jgħumu f'din iż-żona, jista' jara li s-sellum li jagħti għall-baħar u l-blat nnifsu jkunu aġġustati skond il-liġi biex ikunu aċċessibbli aħjar għall-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’konsultazzjoni diretta mall-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, l-MTA lestiet l-ewwel fażi tal-proġett li kien jikkonsisti fi blokka tal-concrete li tagħti aċċess għall-baħar u f’żewġ wooden pathways fuq ir-ramel biex jagħtu aċċess għat- toilets u għal ħdejn il-blokka. L-Awtorità ser tinvesti f’ hoist sabiex persuni neqsin mill-mobilità ikunu jistgħu jinżlu fil-baħar bl-aktar faċilità. Din it-tieni fażi tal-proġett ser tkun lesta fix-xitwa li ġejja.