Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infermiera fi skejjel kbar

Question

Tista' l-Ministru tiddikjara jekk hemmx obbligu naxxenti mir-regoli komunitarji tramite r-regolamenti u direttivi fl-Unjoni Ewropea biex ikun hemm infermiera fi skejjel kbar bħall-Junior College? Hemm ħsieb li tintbagħat infermiera l-Junior College?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li m’hemmx obbligu li jkun hemm infermiera fi skejjel kbar bħall- Junior College li skont ir-regoli Komunitarji jew Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea. L-Universita’ ta’ Malta qegħda fil-proċess li tassenja rappreżentanti tas-Saħħa u s-Sigurta’ fl-oqsma kollha taħt ir-responsabbilta’ tagħha inkluż il-Junior College.
Leg 11 PQ #4049 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Intake tal-avvukati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' intake ta' avukati ġodda fl-A.G.? Huwiex veru li din il-problema għall-intake il-ġdid hi waħda ta' spazju tal-uffiċini?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-proċess għadu għaddej.
Leg 11 PQ #4053 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ammont żejjed t'għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti breakdown xahar b'xahar tal-ammonti totali li l-persuna rċeviet u l-ammonti allegatament żejda li l-istess persuna rċeviet bħala għajnuna soċjali mill-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Każ ta' Diploma

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-ġuvnott li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u tara għaliex wara sentejn dan għadu ma rċeviex il-BTEC diploma in electrical and electronics?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-persuna li isimha ntbagħat separatament kien juri li hu weħel minn wieħed mill-units tal-First Diploma u ghalhekk ma kienx eligibbli biex jigi iċċertifikat. F’Jannar ta’ 2008 l-istudent għamel talba għall-reviżjoni tal-grad, liema talba giet milqugħa pożittivament. L-istudent kien infurmat b’dan il-bdil fil-grad immedjatament. B’rizultat ta’ dan saret talba lill-Edexcel biex joħroġlu ċ-cċertifikat u dan wasal fi żmien ftit xhur. Mal-wasla taċ-ċertifikat kien skopert li dan ma kellux il-logo ta’ l-MCAST u għalhekk kellu jintbagħat lura immedjatament għal sostituzjoni. Dan iċ-ċertifkat għadu ma wasalx minkejja li saru ħames talbiet.

Marsascala — Triq il-Qawsalla - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se ssir Triq il-Qawsalla f'Marsaskala? Ġew ivvotati flus għaliha? Għalfejn għada ma saritx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-programm ta' bini ta' toroq ġodda mill-Gvern Ċentrali. Madankollu għadha ma ġietx iffissata data meta ser joħroġ il-kuntratt għax-xogħol fuq din it-triq.
Leg 11 PQ #3919 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li qed jirreġistraw jew jaħdmu part-time

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta ċifra xahar b'xahar matul l-2005, 2006, 2007 u sa Ottubru 2008 tal-ammont ta' persuni li qed jirreġistraw għall-impjieg li għandhom l-età bejn is-16 u t-30 sena? Jista' jgħid ukoll kemm hu bħala persentaġġ dan l-ammont komparat mal-ammont globali ta' nies li qed jirreġistraw għall-impjieg, xahar b'xahar għas-snin imsemmija? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ammont ta' persuni tal-età bejn is-16 u t-30 sena li għandhom impjieg part-time bħala l-uniku impjieg tagħhom xahar b'xahar għas-snin 2005, 2006, 2007 u sa Ottubru 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3920 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Social workers, psychology graduate u psikologi — riżenja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il social worker, psychology graduate u psikologi irriżenjaw mill-fondazzjoni għas-servizzi għall-ħarsien soċjali (jiġifieri Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa u Aġenzija Sapport) mis-senna 2000 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #3921 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żgħażagħ li tressqu l-Qorti fuq xorb alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta ċifra xahar b'xahar bejn is-snin 2007 u 2008 sa Ottubru li għadda tal-ammont ta' żgħażagħ li tressqu l-Qorti akkuzati li kkonsmaw jew xtraw xorb alkoħoliku taħt l-età rikjesta mil-liġi? Kemm ġew imressqa sidien ta' stabbilimenti għall-istess perijodu akkużati li taw xorb alkoħoliku lil żgħażagħ taħt l-età rikjesta mil-liġi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, minn meta daħlu fis-seħħ il-provvedimenti ta’ l-Att Nru III ta’ l-2007 dwar il-minuri u l-alkoħol fl-1 ta’ Lulju 2007, it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Numru ta’ żgħażagħ li nstabu fil-pussess / konsum ta’ alkoħol ġewwa ħwienet Numru ta’ żgħażagħ li nstabu fil-pussess / konsum ta’ alkoħol barra minn ħwienet Sidien ta’ ħwienet li servew alkoħol lill-minuri 2007 Lulju 1 Xejn 1 Diċembru 2 Xejn 1 2008 Jannar Xejn 1 Xejn Frar Xejn 3 Xejn Marzu 2 Xejn 1 April 2 Xejn 1 Mejju Xejn 2 Xejn Lulju 1 Xejn 1 Ottubru 3 Xejn 1 Infurmat ukoll illi filwaqt li s-sidien tal-ħwienet tressqu l-Qorti, iż-żgħażagħ involuti ġew imwissija skond kif jipprovdi l-istess Att.
Leg 11 PQ #3403 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq tal-Barrani — Camera - kontravenzjonjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-kontravvenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta’ Montebello.
Leg 11 PQ #3808 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq tal-Barrani — Camera - Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3403 u jgħid kemm tressqu nies fuq kontravenzjonijiet relatati mal-camera li hemm fi Triq tal-Barrani ħdejn ix-showroom ta' Montebello? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew liberati mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Ottubru 2008 xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3403.
Leg 11 PQ #3809 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Koperattivi li jagħti servizzi lill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3401 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jagħti lista tal-koperattivi kollha li preżentament jagħtu xi servizz lill-Gvern? Jista' l-Gvern jndika wkoll xi ħlas jingħataw il-koperattivi rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-koperattivi huma entitajiet kummerċjali privati u li l-Bord tal-Koperattivi mhuwix fir-responsabbli li jżomm din l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #3810 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Valletta — Triq Merkanti - Propjetà tal-Gvern quddiem San Duminku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3486 u jindika eżatt x'beħsiebu jagħmel il-gvern bil-propjetà li hemm quddiem San Duminku fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta? Veru li din se ssir dar tal-anzjani? Jekk iva, din se tkun dar tal-anzjani bħall-bqija tad-djar tal-anzjani jew sempliċement day care centre għall-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma hemm l-ebda pjan li titwaqqaf dar ta' l-anzjani fil-binja li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

Kalkara — Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp - post okkupat mill-berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli joħroġ mill-berġa substandard li hemm f'Misraħ Arċisqof Gonzi il-Kalkara, u jidħol minflok fil-fond maqbul mill-Kunsill Lokali Kalkara fi Triq San Mikiel fil-Kalkara? Jaf li s-Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp teħtieġ ħafna l-post li bħalissa okkupat mill-berġa li hu propjetà tagħha? Għalfejn donnu waqaf kollox wara l-elezzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsascala — Wied Ziju - Espropjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ivversax flus wara l-espropjazzjoni ta' l-artijiet fiż-żona ta' Wied iż-Ziju magħrufa bħala ta' l-Iskarpell Marsascala, liema espropjazzjoni saret iktar min 20 sena ilu? Jekk le, jista' jgħid x'qed jistenna l-Gvern biex jivversa dawn il-flus bħala kumpens wara l-espropjazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fuq l-art fiż-żona ta’ Wied iz-Ziju, magħrufa bhala ta’ l-Iskarpell, Marsacala saru diversi esproprijazzjonijiet. Għal uħud minnhom ġew provduti il-fondi għal l-akkwist ta’ l-art u s-sidien qegħdin fil-proċess li jitħallsu. Għal dawk li baqa’, għadhom ma ġewx provduti l-fondi meħtieġa. Il-kumpens għall-esproprijazzjonijiet maħruġa qabel l-1994, bħal fil-każ imsemmi, huwa mħallas mill-fondi allokati fl-Estimi ta’ kull sena. Dawn il-fondi jkopru parti zgħira tal-kumpens li huwa dovut għall-esproprijazzjonijiet u għalhekk jintużaw skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment. Għalhekk mhux possibbli jingħad meta se jkunu versati l-fondi għall-esproprijazzjonijiet imsemmija li għadu ma tħallasx il-kumpens ghalihom.
Leg 11 PQ #3653 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Aġenzija - Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #3654 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Aġenzija - Reklamar

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tagħha u tindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21401 li ngħatat f'seduta Nru. 448 ta' l-aħħar leġislatura.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Aġenzija - Reklamar

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tagħha u tindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar it-Trasport — arretrati ta' multi tal-wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex tapprova fil-prinċipju l-possibilità li xi ħadd li jkollu vetturi liċenzjati fuq ismu u li jkollu arretrati ta' multi tal-wardens jkun jista' jħallas id-dejn ratealment kull xahar u l-liċenzji tiġġeddidlu xorta waħda? Jaħseb li m'humiex sewwa li liċenzja ma tistax tiġġedded qabel ma jitħallsu l-multi kollha f'nifs wieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3782 Sitting 49 2008-11-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Għalfejn ċertu każijiet qed idumu ma jiġu appuntati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-każ li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant ġie ppreżentat fis-26 ta' Awwissu 2008, jiġifieri fil-vakanzi tas-sajf. It-Tribunal reġa’ beda jiltaqa' f'Ottubru u, kunsidrat il-perjodu ta' 20 ġurnata għall-pre-avviż lill-kontro-parti, l-ewwel dehra ġiet appuntata għall-15 ta' Diċembru 2008. Ninsab infurmat ukoll li l-każijiet li jkunu presjeduti minn Chairman waħdu jiġu appuntati fi żmien raġjonevoli ħafna u ma jidhirx li hemm xi każijiet li qed idum iktar minn oħrajn biex jiġu appuntati għall-ewwel dehra.
Leg 11 PQ #3647 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Aġenżiji - Reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.