Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pubblikazzjoni ta' kotba bil-Malti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ippubblikati kotba bil-Malti sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-kotba bil-Malti ppubblikati f’dawn l-aħħar għaxar snin huma kif ġej: SENA NRU. TA’ KOTBA BIL-MALTI 1999 218 2000 210 2001 251 2002 281 2003 286 2004 250 2005 295 2006 291 2007 232 2008 158 L-ammont ta’ kotba għas-sena 2008 għad irid jiżdied peress li skond il-liġi tad-Depożitu Legali hemm żmien ta’ 3 xhur biex ktieb jiġi depożitat fil-Biblijoteka Nazzjonali u għaldaqstant għad iridu jidħlu diversi kotba li ġew ippubblikati fl-aħħar 3 xhur tas-sena 2008.
Leg 11 PQ #5153 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pazjenti Maltin — kura min sptarijiet barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema sptarijiet barranin marru għal kura pazjenti Maltin? Kemm pazjenti Maltin marru fi sptarijiet barranin fl-aħħar tliet snin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità dwar it-Trasport — arretrati ta' multi tal-wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex tapprova fil-prinċipju l-possibilità li xi ħadd li jkollu vetturi liċenzjati fuq ismu u li jkollu arretrati ta' multi tal-wardens jkun jista' jħallas id-dejn ratealment kull xahar u l-liċenzji tiġġeddidlu xorta waħda? Jaħseb li m'humiex sewwa li liċenzja ma tistax tiġġedded qabel ma jitħallsu l-multi kollha f'nifs wieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Taqsima Proprjetà — acquisition rent u titolu ta' dominju pubbliku

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'tifhem it-Taqsima Proprjetà tal-gvern bil-kliem: a) acquisition rent u b) titolu ta' dominju pubbliku? Jista' jindika taħt liema liġi jiskattaw dawn iż-żewġ termini u x'inhi l-politika tat-Taqsima de quo dwar l-acquisision rents u t-titli ta' dominji pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li : a) L- acquisition rent jew kera ta’ akkwist, hija kera li titħallas lis-sidien ta’ proprjeta’ li ġiet esproprijata mill-Gvern għal Pussess u Użu. b) Meta l-proprjeta’ esproprijata ikun se jkollha użu permanenti, il-Gvern jista’ jesproprija taħt titolu ta’ Dominju Pubbliku. F’dan il-każ, titħallas kera’ ta’ għarfien ( recognition rent ). Dawn iż-żewġ termini jaqgħu taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Id-Dipartiment iħallas kera ta’ akkwist fejn il-proprjeta’ ġiet esproprijata taħt titolu ta’ Pussess u Użu u kera ta’ għarfien fejn il-proprjeta’ giet esproprijata taħt titolu ta’ Dominju Pubbliku. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jakkwista b’xiri l-proprjeta’ li qiegħda għandu b’dawn it-titoli billi jikkapitalizza l-kera skond il-provedimenti ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet.
Leg 11 PQ #4875 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant ta' Sant'Antnin — Splużjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

No response available.
Leg 11 PQ #4875 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant ta' Sant'Antnin — Splużjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4897 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sistema PISCES — Istallazzjoni f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm-il sistema PISCES ġiet istallata f'Malta u fejn? X'data żżomm il-PISCES, f'liema forma u kemm iddum miżmuma fis-sistema? Min għandu aċċess għal din id-data? Il-PISCES f'Malta tirċievi informazzjoni jew data minn xi sistema barra minn Malta jew minn pajjizi oħra li għandhom il-PISCES? Il-PISCES f'Malta tibagħat informazzjoni tagħha lil pajjiżi oħra u liema huma dawn il-pajjiżi? Jista' l-PISCES jiċċekja l-identitajiet tan-nies hekk kif ikunu deħlin f'Malta, ma' databases oħra? Liema huma dawn id-databases?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-sistema PISCES qegħda tintuża fil-port controls ta' l-ajruport kif ukoll tas-seaport. Din is-sitema tiġbor informazzjoni li jkun hemm fuq il-passaport u l-moviment ta' persuni minn pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea. It-tagħrif li jinġabar fuq din is-sistema huwa għall-użu ta' l-awtoritajiet lokali u ma hi mqabbda ma' ebda sistema barra l-pajjiż.
Leg 11 PQ #4939 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Appoġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 459 u in vista tar-risposta li qed tidher separatament tal-aġenzija Appoġġ li daħlet f'kawża li l-ismijiet tagħha qed jidhru separatament, jista' l-Ministru jgħid x'għandu xi jgħid għall-mistoqsija oriġinali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mhuwiex minnu li l-Aġenzija APPOGG m’għadhiex toffri supervised access visits b’xejn u toffri biss is servizz jekk ikun bi ħlas. Infatti fil-preżent l-Aġenzija APPOGG qegħda toffri s-servizz lil 81 każ b’total tal-fuq minn 1,200 siegħa ta aċċess fix-xahar. Dan is-servizz jingħata kollu b’xejn. L-Aġenzija tagħti s-servizz ukoll lil 5 każijiet oħra bi ħlas fuq Ordni tal-Qorti. Bejn Ġunju u Ottubru l-Aġenzija allokat 18 il-każ ġdid – dawn il-każijiet qegħdin jingħataw is-servizz mingħajr ħlas. Is-servizz għandu 18 il-każ fuq il-waiting list, dan minħabba nuqqas ta' risorsi finanzjarji biex jiġu allokati aktar każijiet. Dawn il-każijiet jiġu allokati mingħajr ħlas meta l-Aġenzija tkun f’pożizzjoni li talloka aktar każijiet. Jekk jinqalgħu ċirkostanzi fejn l-Onorabbli Qorti tordna li l-aċċess għandu jibda b’mod immedjat u jidhrilha dejnu li tordna li l-klijenti jħallsu għas-servizz, l-Agenzija tipprovdi s-servizz bi ħlas. Iżda huwa biss f’dawn iċ-ċirkostanzi li s-servizz ta' aċċess b’superviżjoni jingħata bi ħlas.
Leg 11 PQ #4683 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żieda fil-Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4603 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe': Stante li fil-baġit għas-sena 2008 il-gvern kien ta' żieda ta' Lm6 lil kulħadd inkluż il-pensjonanti, u stante li kien qasamha fi ħlas ta' Lm 4 fix-xahar fiċ-ċekk tal-pensjoni u ħlas ieħor ta' sena f'daqqa' tal-ekwivalenti ta' Lm 2 fix-xahar, u stante li milli jidher din is-sena li pensjonanti mhux ser jirċievu l-ekwivalenti ta' ħlas ta' sena f'daqqa ta' Lm 2 fix-xaħar, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4603 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dan ifissirx allura li l-miżura ta' żieda ta' Lm 6 fix-xahar lill-pensjonanti li ngħatat is-sena l-oħra ma kenitx waħda reali, imma kient immaskerata għal sena waħda biss?

Response (DALLI, JOHN)

Niċħad kategorikament l-allegazzjoni fl-aħħar parti tal-Mistoqsija. Iż-żieda kollha għall-għoli tal-ħajja li se titħallas lill-pensjonanti fl-2009, inkluża l-parti li se titħallas f’daqqa fil-bidu tas-sena, ser tkun b’żieda fuq dik li tħallset fl-2008.

Orkestra Filarmonika Nazzjonali — saħħa u sigurtà

Question

Tista' l-Ministru tispjega jekk l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hux tinvestiga s-sit tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u jekk din instabitx li s-swali tat-taħriġ tagħha mhumiex addattati għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem? Sussegwentement tista' tinforma x'direttivi ħarġet l-awtorità u x'passi qed jittieħdu mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tiġi miġbura mill-Orkestra Nazzjonali.

Taqsima Proprjetà — acquisition rent u titolu ta' dominju pubbliku

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'tifhem it-Taqsima Proprjetà tal-gvern bil-kliem: a) acquisition rent u b) titolu ta' dominju pubbliku? Jista' jindika taħt liema liġi jiskattaw dawn iż-żewġ termini u x'inhi l-politika tat-Taqsima de quo dwar l-acquisision rents u t-titli ta' dominji pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żieda fil-pensjoni

Question

Stante li fil-baġit għas-sena 2008 il-gvern kien ta' żieda ta' Lm6 lil kulħadd inkluż il-pensjonanti, u stante li kien qasamha fi ħlas ta' Lm 4 fix-xahar fiċ-ċekk tal-pensjoni u ħlas ieħor ta' sena f'daqqa' tal-ekwivalenti ta' Lm 2 fix-xahar, u stante li milli jidher din is-sena li pensjonanti mhux ser jirċievu l-ekwivalenti ta' ħlas ta' sena f'daqqa ta' Lm 2 fix-xaħar, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx allura li l-miżura ta' żieda ta' Lm 6 fix-xahar lill-pensjonanti li ngħatat is-sena l-oħra ma kenitx waħda reali, imma kient immaskerata għal sena waħda biss?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4495 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Home Help — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz Home Help biex jingħataw is-sapport tal-Gvern? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet u minn liema lokalità qegħdin jitolbu l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Wied il-Għajn — Triq il-Gandoffli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jirranġa Triq il-Gandoffli, f'Wied il-Għajn li tinsab fi stat diżastruż? Meta hu ppjanat li din issir? Ħarġet it-tender għal din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-programm ta’ toroq ġodda li se jinbnew mill-Gvern Centrali. L-ADT qed tħejji stejjem ta’ xi toroq li se jsiru fil-batch il-ġdid ta’ xogħlijiet.

Persuna Marokkina — estensjoni tal-VISA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara l-każ tal-persuna ta' ċittadinanza Marokkina li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex dan ikollu l-VISA estiża għal żmien biżżejjed sakemm tinqata' l-Kawza fit-Tribunal Industrijali li huwa għandu kontra soċjetà lokali b'mod illi hu jkun jista' jmur lura l-Marokk u jerġa' jiġi lura matul il-perijodu tal-prolazzjoni tal-award? Jista' jgħid jekk dan iż-żmien ikoprix kwalunkwe żmien li jkun meħtieġ f'każ li eventwalment isir l-appell minn dan l-award?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna konċernata għamlet applikazzjoni għall-permess ta' residenza mad-Dipartiment taċ-Cittadinanza u tal-Expatriates. Hi ngħatat awtorizzazzjoni temporarja, sabiex tkun tista' toqgħod Malta sakemm tittieħed deċizjoni dwar it-talba tagħha. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie deċiz li jinħareġ permess ta' residenza validu sal-31 ta' Diċembru 2008, u f'dan ir-riġward il-persuna konċernata hi mitluba li tmur id-Dipartiment imsemmi aktar 'il fuq sabiex tingħata dan il-permess, li hu fil-forma ta' sticker, li jitwaħħal fuq il-passaport tagħha. Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna se tħalli Malta fis-7 ta' Diċembru 2008 u għalhekk bis-saħħa ta' dan il-permess ta' residenza hi tkun tista' toħroġ minn Malta u miż-żona Schengen b'mod legali. Meta jkun meħtieġ tiġi lura sabiex tkun tista' tkompli l-proċeduri imsemmija fir-rigard tal-Kawża fit-Tribunal Industriali, il-persuna konċernata trid tagħmel talba għall-visa waqt li tkun il-Marokk fl-Ambaxxata Taljana, f'Rabat, il-Marokk; li fiċ-ċirkostanzi msemmija għandha tingħatalha.

Kalkara — Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp - post okkupat mill-berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli joħroġ mill-berġa substandard li hemm f'Misraħ Arċisqof Gonzi il-Kalkara, u jidħol minflok fil-fond maqbul mill-Kunsill Lokali Kalkara fi Triq San Mikiel fil-Kalkara? Jaf li s-Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp teħtieġ ħafna l-post li bħalissa okkupat mill-berġa li hu proprjetà tagħha? Għalfejn donnu waqaf kollox wara l-elezzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-kwistjoni hija dwar Berġa wżata mid-Dipartiment tas-Saħħa, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi t-talba tiegħu lil-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4173 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trelleborg — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tat-Trelleborg li għadhom fl-impjieġ mas-soċjetà de quo humiex se jingħataw xi forma ta' għajnuna minn xi fond ta' l-Unjoni Ewropea? X'inhi l-pożizzjoni dwar dawk li ġew redundant?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.