Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kon-katidral ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jindika: 1) ta' min hu t-titlu ta' ownership fuq il-Kon-katidral ta' San Ġwann? Jekk il-pussess qiegħed favur terz, b'liema titlu qiegħed dan it-terz igawdi l-pussess? 2) ta' min hu t-titlu ta' ownership tal-pjazza li tiġi eżattament quddiem il-Kon-katidral ta' San Ġwann?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann inkluż il-blokk li jdawwar il-Kon-Katidral, huma amministrati mill-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann wara ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-Arċidjoċesi ta’ Malta skond l-Att ta’ Fondazzjoni Numru 72 li sar fil-31 ta’ Lulju 2001. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjazza li tiġi quddiem il-Kon-Katidral hija proprjetà tal-Gvern.

Raħħala b'titolu ta' qbiela — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern huwiex se joffri akkomodazzjoni alternattiva lir-raħħala kollha li jgħixu fid-diversi rziezet b'titolu ta' qbiela pagabbli lill-Joint Office liema rziezet se jkollhom jispiċċaw biex tiġi mgħoddija t-triq li se sservi lil Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6183 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità korrettiva ta' Kordin — Sezzjoni YOURS

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm huwa l-ammont ta' residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tas-sezzjoni YOURS li tqiegħdu f'ċella ta' iżolament xahar b'xahar fl-aħħar sena? Persuna li jitpoġġa f'ċella ta' iżolament kif jinżamm liebes? Iċ-ċella ta' iżolament tkun attrezzata b'mod li t-temperatura tiġi aġġustata 'l fuq meta jkun l-eqqel tal-bard, bħalma kien f'Jannar li għadda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 in-numru ta' priġunieri fis-sezzjoni tal-YOURS li għamlu xi perijodu ta' reklużjoni huwa kif ġej:- Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm protokol stabbillit rigward l-ilbies li huwa bbażat fuq ir-raguni li għaliha il-pruġunier ikun tpoġġa f’ dan il-post. Jekk, per eżempju, priġunier ikun hedded li jweġġa' lilu innifsu, allura, wara konsultazzjoni mal-awtorita' medika tal-facilita’- jiġi deċiż x'ilbies għandu jingħata. Maż-żmien, l-ilbies jiġi revedut skont l-imġieba u l-andament tal-priġunier. Infurmat ukoll li meta fil-passat kien hemm attrezzaturi biex jikkontrollaw it-temperatura f'dawn il-postijiet, wieħed mill-priġunieri pprova jqabbad is-saqqu li kellu, minkejja li dan it-tagħmir kien installat fl-għoli. Għaldaqstant, sabiex ma jweġġa’ ħadd, il-priġunier illum jingħata numri ta' kutri termiċi skont il-bżonnijiet tiegħu.
Leg 11 PQ #6184 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Teatri Maltin u Għawdxin — Ċensura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il play teatrali ġiet ċensurata milli tittella' fit-teatri Maltin u Għawdxin fl-aħħar għaxar snin u x'kien l-isem ta' kull play? Kemm-il film ġie ċensurat fl-aħħar għaxar snin milli jintwera fis-cinemas Maltin u Għawdxin fl-aħħar għaxar snin u x'kienu l-ismijiet ta' kull film?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin ma ġie iċċensurat l-ebda film, filwaqt li fir-rigward ta' plays teatrali, ġiet iċċensurata waħda, bl-isem ta' STITCHING.

Carnival village

Question

Tista' l-Ministru tindika x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar il-Carnival Village li ilu jiġi mwiegħed fil-manifesti elettorali tal-Partit Nazzjonalista b'mod ripetut? Fejn se jsir dan il-villaġġ? Kemm se jiġu allokati fondi għalih? F'liema stadju wasal dan il-proġett? Tista' tindika wkoll jekk hux se jiġi provdut post alternattiv għad-dilettanti tal-karnival biex jippreparaw il-karrijiet minflok il-Forti Sant'Iermu? Huwa veru li qed jinbnew hangars fejn id-dilettanti jkunu jistgħu jaħdmu? Jekk iva, fejn? F'liema daqs? Saret konsultazzjoni mad-dilettanti? Tista' tindika għaliex m'huwiex jingħata ċans lil żgħażagħ ġodda li jipparteċipaw fil-karnival bħala parteċipanti? Tista' tiddikjara jekk il-premjijiet tal-karnival humiex se jiġu riveduti 'il fuq peress li dawn ilhom ma jiġu riveduti snin twal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Kontijiet tad-dawl

Question

Stante li l-metre reader tal-Koroprazzjoni Enemalta jaqraw l-arloġġ kull sitt xhur u stante li l-kontijiet joħorġu kull xahrejn, jaħsibx il-Ministru li dan qed iwassal biex in-nies iħallsu flus għall-units li jkunu jiswew aktar skond iċ-ċaqliq tas-surcharge? Dan ifisser per eżempju li wieħed se jħallas f'Ottubru bis-surcharge bl-għoli ta' konsum li jkun sar f'Settembru meta surcharge kienet irħas. Jista' jindirizza din l-anomalija lill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Le. L-iskejjem tal-konsum u l-aġġustamenti spissi bil-qari attwali statistikament jinnewtralizzaw kull anomalija. Iżda barra minn hekk, jekk il-konsumatur ma tgħoġbux din is-sistema jista jċempel hu stess ir-"reading" tal-meter. Il-meters il-ġodda li jżommu kont tal-konsum għadhom jagħtu dettalji li għandhom jissodisfaw lill-konsumaturi kollha li qed iħallsu biss għal dak li jikkonsmaw.
Leg 11 PQ #5866 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Organizzazzjonijiet Non-Governattivi — għajnuniet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Organizzazzjonijiet Non-Governattivi li huma rikonoxxuti mill-Gvern bħala NGOs li jikkwalifikaw għal għajnuniet ta' fondi mill-Unjoni Ewropea (Cohesion/Structural Fund)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kon-katidral ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jindika: 1) ta' min hu t-titlu ta' ownership fuq il-Kon-katidral ta' San Ġwann? Jekk il-pussess qiegħed favur terz, b'liema titlu qiegħed dan it-terz igawdi l-pussess? 2) ta' min hu t-titlu ta' ownership tal-pjazza li tiġi eżattament quddiem il-Kon-katidral ta' San Ġwann?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Aċċess għall-garage

Question

In segwitu tal-mistoqsija parlamentari 1747, jista' issa l-Ministru jgħid x'sar konkretament biex tissolva l-problema msemmija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern qed titlob lill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex tagħmel xogħol ta’ illivellar ta’ triq in kwistjoni.

Marsaskala — Wied iz-Ziju - Esproprjazzjoni tal-art

Question

In segwitu tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3117, jista' l-Ministru jippreżenta mappa fejn jiġu indikati: liema partijiet ġew provduti l-fondi għall-akkwist tal-art; liema partijiet għadhom ma ġewx provduti l-fondi; liema partijiet diġà tħallsu in toto; liema partijiet tħallsu parzjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi medda art li tkopri l-artijiet magħrufa bħala Wied iz-Ziju limiti ta’ Marsaskala, ta’ l-artijiet magħrufa bħala tal-Iskarpell imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 3117. Sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant trid ammont sostanzjali ta’ żmien u riżorsi, peress li din il-medda art għandha kejl ta’ madwar 450 tomna. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jindika preċiżament fuq pjanta dwar liema parti minn din l-art qiegħed jitlob l-informazzjoni.

Korporazzjoni Enemalta — Kontijiet tad-dawl

Question

Stante li l-metre reader tal-Koroprazzjoni Enemalta jaqraw l-arloġġ kull sitt xhur u stante li l-kontijiet joħorġu kull xahrejn, jaħsibx il-Ministru li dan qed iwassal biex in-nies iħallsu flus għall-units li jkunu jiswew aktar skond iċ-ċaqliq tas-surcharge? Dan ifisser per eżempju li wieħed se jħallas f'Ottubru bis-surcharge bl-għoli ta' konsum li jkun sar f'Settembru meta surcharge kienet irħas. Jista' jindirizza din l-anomalija lill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dragonara Casino — Tender

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-Gvern beħsiebu joħroġ it-tender għat-tmexxija tad-Dragonara Casino, partikolarment wara li din it-tender suppost li ħarġet f'Ottubru tas-sena l-oħra? Għalfejn qed ikun hemm dan id-dewmien fil-ħruġ tat-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5538 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Embarcation u Desembarcation Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaċ-ċittadini mill-Unjoni Ewropea li jaslu u jitilqu Malta, liema kienet id-data (jum, xahar u sena) meta ma baqax obbligatorju li tintela': a) id- Desembarcation Card ? b) l-Embarcation Card?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ħtieġa li ċittadini ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jimlew l-Embarkation u d-Disembarkation Card tneħħiet fl-1 ta' Jannar 2001 u fl-1 ta' April 2004 rispettivament.
Leg 11 PQ #5467 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — Ħarbiet minn pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm ħarbiet minn pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli fl-aħħar sentejn? Kemm minn dawn il-pazjenti spiċċaw f'disgrazzja? Saret inkjesta fuq il-każijiet li spiċċaw f'disgrazzja? X'passi ttieħdu wara li saru dawn l-inkjesti fil-mod kif jaħdem l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5468 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba u speċjalisti

Question

Jista' l-Ministru jindika sena b'sena fl-aħħar għaxar snin: 1) Kemm iggradwaw studenti bil-grad ta' M.D. mill-Università ta' Malta 2) Kemm tobba marru jaħdmu barra minn Malta 3) Kemm speċjalizzaw tobba, f'liema grad u minn liema università 4) Kemm mit-tobba li speċjalizzaw telqu barra minn Malta 5) Kemm mit-tobba, speċjalizzati u m'humiex, li telqu barra minn Malta reġgħu ġew lura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Impjant ta' Sant' Antnin — impatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin se jkun komplut u jibda jiffunzzjona in toto? Jista' jgħid ukoll: a) Jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju dwar l-impatt li l-Impjant jista' jkollu fuq is-saħħa tar-residenti qabel ma jgħaddi għat-tieni fażi? b) Jekk jaqbilx li l-espert tal-WasteServ Dr. Monks kien iddikjara pubblikament fit-22 ta' Settembru 2005 waqt il-laqgħa pubblika għall-approvazzjoni tal-Outline Development li dan l-istudju ma kienx sar għax iqum ħafna flus? ċ) Jekk jistax ippoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju, rapport li l-Ministru għandu dwar il-potenzjal ta' impatt tal-Impjant fuq is-saħħa tar-residenti? Jaħseb li l-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR li tittratta dwar dan hijiex assolutament inkonklussiva, rudimentali u mhux tad-depth li dan is-suġġett jimmerita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħat f’xi seduta oħra.

Marsaskala — Wied iz-Ziju - Esproprijazzjoni ta' l-art

Question

In segwitu tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3117, jista' l-Ministru jippreżenta mappa fejn jiġu ndikati: liema partijiet ġew provduti l-fondi għall-akkwist ta' l-art; liema partijiet għadhom ma ġewx provduti l-fondi; liema partijiet diġà tħallsu in toto; liema partijiet tħallsu parzjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5127 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Requisition Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irtirati requisition orders fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, skond il-lokalità? Għalfejn ġew irtirati dawn ir-requisition orders? Kemm minnhom jirreferu għal orders li skattaw wara l-1995? Kemm inħarġu requisition orders sena b'sena mill-1995 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5128 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

rekords tal-atti, mandati — online

Question

Jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li r-rekords tal-atti, mandati eċċ ikunu online?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi parti mill-informazzjoni li qed jirreferi għaliha hija fil-fatt diġa' aċċessibbli fuq il-computers tal-Qorti.