Legislature:
Category:
Reset
Active:

Postijiet mogħtija mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xahar b'xahar fl-aħħar erba' snin kemm ingħataw postijiet mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew/u l-Awtorità tad-Djar (bħala suċċessura legali tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali) jew mid-Divizjoni Proprjetajiet tal-Gvern bil-kera liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin? Fejn kienu l-postijiet u minn fejn kienu ġejjin ċ-ċittadini li ħadu dawn il-postijiet b'titolu ta' kera? F'kull każ kemm hi l-kera? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ogħti ta' postijiet tal-Gvern bil-kera soċjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra: a) min huma l-uffiċjali li qegħdin fuq il-Bord tal-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jirrappreżentaw lil diversi ministeri; b) jekk dawn l-uffiċjali humiex kompensati għal-laqgħat li jattendu tal-Bord tal-istess Awtorità; u ċ) jekk fl-affermattiv, x'inhu l-kumpens u minn min jingħata?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali pubbliċi fuq il-Bord tal-MEPA huma s-segwenti: s-Sur Charles Bonniċi - Ministeru tas-Saħħa s-Sur Anthony Zammit - Ministeru għal Għawdex s-Sinjura Chiara Borg - Ministeru għall-Politika Soċjali. Huma jithallsu Eur2,620.54 fis-sena mill-MEPA ta' dan ix-xogħol li, minbarra l-laqgħat tal-MEPA jinkludi ukoll sehem f' interviewing panels .
Leg 11 PQ #33220 Sitting 462 2012-03-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kulleġġ Maria Reġina — skola sekondarja tas-subien - studenti u għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u għalliema fl-iskola sekondarja tas-subien tan-Naxxar fil-Kulleġġ Maria Reġina? F'kemm klassijiet u forms huma mqassmin l-istudenti? Xi pjanijiet hemm għal din l-iskola għas-snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fl-iskola tas-subien tan-Naxxar fil-Kulleġġ Maria Regina hemm: Għalliema - 27 Studenti - 125 Form IV’s - 4 Klassijiet - 73 student Form V’s - 3 Klassijiet - 52 student L-iskola se tagħlaq din is-sena u l-istudenti se jmorru l-iskola Sekondarja tas-Subien tal-Mosta. Il-blokk se jintuża mill-iskola tal-Kulleġġ San Nikola.
Leg 11 PQ #32933 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tnaqqis mill-budget

Question

Tista' l-Ministru tagħti iktar dettalji u informazzjoni wara l-mistoqsija parlamentari 32240 li staqsa l-Onor. Joe Mizzi dwar ir-revizjoni 'l isfel fil-voti/budget li jaqgħu/jaqa' taħt il-qasam tal-edukazzjoni, anke billi tikkwota mil-line items li ġew approvati fl-aħħar budget estimates? L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla okkorrendo kif se jintlaqtu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ukoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda fejn dan possibbli, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal professuri, lecturers, għalliema, learning support assistants u professjonijiet oħra li jħarrġu u jagħtu sapport lill-istudenti jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom ta’ professuri, lecturers, għalliema, learning support assistants u professjonijiet oħra li jħarrġu u jagħtu sapport lill-istudenti

Estratt tal-ilma mill-acquifer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie estratt ilma mill-acquifer fis-snin 50, 60, 70, 80, 90, 2000-2010 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28937.
Leg 11 PQ #32979 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Belt — Triq ir-Repubblika - informazzjoni rigward l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet tal-proprjetà li sa ftit ilu kienet l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss fi Triq ir-Repubblika l-Belt? Kemm intnefaq s'issa? Min hu l-perit li qed jieħu ħsieb ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet? Meta hu ppjanat li dik il-proprjetà terġa' tintuża bħala dar it-tagħlim tal-mużika bħal ma kien isir qabel? Altrimenti għaliex il-gvern beħsiebu juża din il-proprjetà hekk kif jitlesta r-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onorevoli interpellant għandu informazzjoni skorretta. Qatt ma kellna Skola tal-Mużika fi Triq ir-Repubblika l-Belt. Nassumi li qed jirreferi għall-bini fi Triq l-iFran. Għalhekk nirreferieħ għat-tweġiba li ngħataw għall-Mistoqsija Parlamentari tal-istess interpellant Numru 27569 u Numru 25003. Restawr għadu ma bediex, għaliex l-iskola tal-Mużika mhux se tirritorna f’bini antik, iżda f’Kulleġġ ġdid tal-Arti. Għad m’hemm l-ebda deċiżjoni dwar il-futur ta’ din il-propjeta. Ir-restawr isir skont l-użu tal-bini.

Belt — Triq ir-Repubblika - informazzjoni rigward l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet tal-proprjetà li sa ftit ilu kienet l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss fi Triq ir-Repubblika l-Belt? Kemm intnefaq s'issa? Min hu l-perit li qed jieħu ħsieb ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet? Meta hu ppjanat li dik il-proprjetà terġa' tintuża bħala dar it-tagħlim tal-mużika bħal ma kien isir qabel? Altrimenti għaliex il-gvern beħsiebu juża din il-proprjetà hekk kif jitlesta r-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #33003 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Patrol boats — spejjeż ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm swew fi spejjeż ta' manutenzjoni l-erba' patrol boats li nxtraw madwar sena u nofs ilu mill-Awstralja? Min qed jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż ta' manutenzjoni; il-fondi Maltin in toto jew xi fondi oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ispejjeż ta’ manutenzjoni ta’ l-erba’ Austal Class Patrol Boats huwa hekk: €93,000 huma spejjeż fuq xogħolijiet ta’ manutenzjoni skedati u ta’ rutina u €24,000 huma spejjeż marbutin ma’ tiswijiet mhux previsti, xiri ta’ xi għodod u tagħmir addizzjonali. Barra dan l-FAM żammet maħżun numru ta’ oġġetti oħra f’każ ta’ ħsarat jew manutenzjoni ta’ rutina. Il-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż qed isir mill-fondi annwali allokati mill-Ministeru tal-Finanzi lill-FAM.

estensjoni tal-power station — ħażna għall-heavy fuel oil

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-estensjoni tal-power station għandhiex sistema ta' storage li taħżen il-heavy fuel oil? B'liema sistema qed issir din il-ħażna fl-istorage facility tal-estensjoni u kif qed jinġarr il-heavy fuel oil mill-vapur għall-istorage facility tal-estensjoni? Qed tintuża s-sistema konvenzjonali ta' pipeline mill-moll għal ġewwa l-estensjoni? Jekk le, għaliex? Kemm qed tiswa kuljum is-sistema li qed tintuża bħalissa u għaliex qed tintuża din is-sistema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32850 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Komunikazzjoni rigward il-fondi edukattivi Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument, transcript, recording jew xi forma oħra ta' communique li tressqet quddiem jew inġabret minn jew b'xi mod ieħor ġiet a konjizzjoni tal-entità/bord ad hoc kompost minn tliet min-nies iċċerjat mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kien irrediga rapport dwar il-każ tas-sospensjoni tal-fondi edukattivi Ewropej (Youth In Action, Life Long Learning) minħabba mismanagement grossolan fi ħdan il-EUPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 24664 u 25443 rispettivament.
Leg 11 PQ #32851 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IAID — rapport fuq sospensjoni ta' fondi edukattivi ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' żewġ rapporti li kienu saru mill-IAID in konnessjoni mal-każ tas-sospensjoni tal-fondi edukativi Ewropej (Youth in Action, Life Long Learning) minħabba mismanagement glossolan fil-EUPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skont l-Artiklu 22 (2) tal-Att intitolat 'Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji' (Kapitlu 461 tal-Liġijiet ta' Malta) ‘Id-Direttur għandu jittratta r-rapporti interni dwar l-awditjar u r-rapporti ta’ investigazzjonijiet finanzjarji bħala strettament konfidenzjali u għandu, ħlief għall-iskop ta’ xi investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali, jikxef biss x’ikun fihom lis-Segretarju Permanenti jew, skont il-każ, lill-President tal-Kumitat ta’ Awditjar tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u, jekk ikun meħtieġ, lill-Bord, jew lill-Awditur Ġenerali’.

LGA — pożizzjonijiet ta' tmexxija - kredenzjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi kriterji intużaw u xi kredenzjali jkunu ġew mitluba biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi dan il-LGA?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #32853 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IAID — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min jiġi infurmat meta ssir investigazzjoni mill-IAID? Liema strumenti legali jirregolaw l-IAID? Tista' tpoġġi r-regoli relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skont Artiklu 14 (1) ir-rapport tal-investigazzjoni jintbagħat lis-Segretarju Permanenti li l-entita` investigata tkun taqa' taħt is-superviżjoni tiegħu. Skont Artiklu 18 jekk jirriżulta li l-irregolarità/frodi jekk tiġi ppruvata tkun tikkostitwixxi reat kriminali, r-rapport jintbagħat minnufih lill-Avukat Ġenerali. L-IAID hu regolat bl-Att intitolat 'Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji' (Kapitlu 461 tal-Liġijiet ta' Malta) liema l-imsemmi Att qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 11 PQ #32931 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università — finanzjament

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32571, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'options hemm għad-diskussjoni? Għaliex inħasset il-ħtieġa li jinstab mudell ġdid u differenti? Min qed jieħu sehem fit-taħditiet u kemm-il laqgħa saret fuq dan is-suġġett f'din il-leġislatura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università qed taħdem fuq mudell finanzjarju biex jiġi stabbilit il- cost-basis ta’ kull programm ta’ studju. Dan qed isir biex wieħed jiżgura li l-Università tirċievi fondi li jirriflettu l-bżonn tagħha fuq bażi tal-attività li tagħmel u s-servizz li tipprovdi.
Leg 11 PQ #32932 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — kariga ta' direttur eżekuttiv u deputat direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kariga ta' direttur eżekuttiv u deputat direttur fl-Istitut għall-Istudju Turistiċi ġewx mimlija b'mod permanenti? Il-perjodu ta' prova (probation) għadda? X'inhuma l-kondizzjonijiet tal-impieg tagħhom, inkluż perks eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Kopja tas-sejħa tad-Direttur Eżekuttiv u ta’ Deputat Direttur li jinkludu l-kondizzjonijiet kollha tal-impjieg tagħhom.

Heritage Malta — informazzjoni dwar is-CEO

Question

B'referenza għall-mili tal-kariga ta' CEO ta' Heritage Malta, jista' l-Ministru jgħid għaliex inħatar l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament bħala CEO ta' Heritage Malta meta ma kienx wieħed mill-applikanti meta saret sejħa pubblika? Kif intagħżel? X'kwalifiki għandu fil-qasam tat-tmexxija tal-wirt storiku u fil-qasam tar-restawr? Kemm hu s-salarju tiegħu u x'inhuma l-kundizzjoniet oħrajn li għandu? Kemm hi twila t-tenuta (tenure) tiegħu fil-kariga?

Response (DEMARCO, MARIO)

Infurmat li wara li Heritage Malta ippublikat zewg sejhiet pubblici, wahda fi Frar tal-2010 u ohra f’Awissu tal-2011, u wara li fiz-zewg sejhiet, minn dawk li applikaw ma’ nstab hadd li kien ikkunsidrat addattat ghal kariga, il-Gvern fuq talba tal-Bord ta’ Heritage Malta, iddecieda li l-persuna imsemmija ghandha tigi detailed mal-Agenzija skond Art 18 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap 445). Il-persuna imsemmija minbarra li ghandha il-kwalifiki u l-esperjenza li jissodisfaw dak li gie mitlub fis-sejhiet imsemmija, kienet ukoll tokkupa il-kariga ta’ Segretarju Permanenti fis-servizz pubbliku. Għal kumplament tat-tweġiba nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 32826.

Heritage Malta — flus ivvotati għall-Forti Sant Anġlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus vvotati minn Heritage Malta għall-Forti Sant Anġlu fl-2009, 2010 u 2011 u kemm intefqu minnhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Fil-budget ghas-sena 2010 kienu kommessi €1.5m ghal Forti Sant’ Anġlu mill-fondi nazzjonali. Fl-2011 kien hemm €1m filwaqt li ghas-sena 2012 l-vot huwa ta’ €350,000. S’issa intefqu (inkluz xoghol li huwa kommess) €481,300 fuq dawn ix-xoghlijiet. F’dawn is-snin sar ix-xoghol kollu ta’ preparazzjoni mehtieg, inkluzi s- surveying , applikazzjonijiet lill-MEPA, Cost Benefit Analysis, etc., sabiex giet mitfugha applikazzjoni ghall-fondi mill-ERDF. Saru wkoll dawn ix-xoghlijiet: restawr tas-saqaf tal-polverista, restawr tal-qanpiena tal-Assedju u xi strutturi ohra li kienu perikolanti, inkluz opramorta ma’ rampa li twassal mil-livell t’isfel ghal-livell mezzan tal-Forti. Tnehhew tunnellati kbar ta’ materjal li kien jinsab fil-Forti. Saret ukoll investigazzjoni arkeologika fid-dahla principali tal-fortizza sabiex setghat tinhareg l-offerta tar-restawr ta’ l-istess dahla. Tnehhew strutturi moderni ta’ wara l-1979 li ma kienux jirrispettaw l-importanza storika tal-Forti, fosthom is- swimming pool . Dan ix-xahar se jibda x-xoghol mehtieg fuq ir-restawr tal-bieb, filwaqt li hemm appell fuq l-offerta ghax-xoghol ta’ restawr tar-rampa li twassal ghad-dahla ewlenija tal-forti. Fadal xoghlijiet ohra li jridu jsiru u li jridu jithallsu minn dan il-vot. Dawn jinkludu, fost l-ohrajn, il-bini mill-gdid tal-volta fid-dahla tal-Forti, kif ukoll ir-rikostruzzjoni tat-troll mgarraf tas- sally port li jwassal ghall-Batterija ta’ de Guiral. Dan it-tender, li huwa stmat li jammonta ghal madwar €300,000 se jigi ppubblikat fil-gimghat li gejjin. Barra minn hekk, sabiex jitwaqqaf id-dhul minghajr kontroll gewwa l-fortizza, u jinqered il- vandalizmu, mill-2008 sal-lum intefqu wkoll €217,372 ohra sabiex ikun hemm servizz kontinwu ta’ sigurtà mal-Forti. Sadanittant fi Frar ta’ din is-sena gie approvat il-progett ghal Forti Sant Anglu ko-finanzjat mill-ERDF li jammonta ghal €13.4m.

Heritage Malta — informazzjoni dwar il-kap tal-proġetti

Question

B'referenza għall-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kien kap tad-dokumentazzjoni f'Heritage Malta (HM) li irriżenja biex inħatar konsulent fl-istess Heritage Malta għall-proġetti ERDF u reġa' rriżenja qabel m'għalaqlu l-kuntratt biex reġa' nħatar din id-darba bħala kap tal-proġetti fl-istess Heritage Malta, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki ghandu fil-qasam tat-tmexxija tal-wirt storiku u fil-qasam tar-restawr dan il-perit? Kemm hu s-salarju tiegħu, inkluż bonuses u benefiċċji oħra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li l-perit imsemmi ggradwa mill-Universita’ ta’ Malta f’Novembru ta’ l-2002 fil-Baċċelerat għall-Arkitettura u Inġinerija, u ngħata l- warrant ta’ Perit fl-2004. Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Universita ta’ Malta bejn l-2004 u l-2007, fejn iggradwa f’livell ta’ Masters fil-Konservazjoni tal-bini (Conservation Technology for Masonry Buildings) . Mill-2002 sa l-2007, huwa kien jaħdem fil-kamp privat, bħala perit speċjalizzat fir-restawr. Mill-2008 sa l-2011 dan il-perit kien impjegat f’livell ta’ manager mal-aġenzija, l-ewwel bħala manager fid-dipartiment tad-Dokumentazzjoni u mbagħad fuq kuntratt definit bħala Project Manager fuq il-proġett ta’ l-ERDF 032 (Ġgantija, Tarxien u Katakombi ta’ San Pawl). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-Kap tad-Dipartiment tal-Proġetti li fih id-dettalji kollha mitluba fil-kumplament tal-mistoqsija.

Tas-Silġ u San Pawl Milqi — kuntratt tal-missjoni arkijeloġika

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta waqqfet il-kuntratt tal-missjoni arkijeloġika Taljana għal Tas-Silġ u San Pawl Milqi? X'inhuma l-pjaniet għal dawn iż-żewġ siti?

Response (DEMARCO, MARIO)

Heritage Malta bħala operatur tas-siti fdati lilha mill-Gvern, qatt ma kellha kuntratt mal-Missione Archeologica Italiana dwar Tas-Silġ u San Pawl Milqi. L-attivitajiet tal-Missione kienu regolati skont il-permessi li joħroġ is-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali, li huwa r-regolatur f’dan il-qasam. L-aħħar permess f’dan ir-rigward għal Tas-Silġ skada fl-2011. Bħalissa qed titħejja pubblikazzjoni dwar l-iskavi. Heritage Malta f’dan l-istadju qed tipprepara sabiex tissottometti applikazzjoni għall-proġett taħt il-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea. L-investigazzjonijiet arkeoloġiċi f’San Pawl Milqi twaqqfu mill- Missione stess. Heritage Malta u s-Sovrintendent tal-Wirt Kultura qed jistennew ir-rapport dwar dawn l-istudji. Heritage Malta qed taħdem biex tissottometti applikazzjoni lill-MEPA sabiex jibda r-restawr tal-knisja, u qed tikkollabora mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex iġġib finanzjament mill-Unjoni Ewropea biex tibda d-dokumentazzjoni u r-rapporti meħtieġa sabiex tkun tista’ ssir proposta ta’ proġett fuq dan is-sit. Din il-proposta tinkludi il-konservazzjoni tal-fdalijiet u l-interpretazzjoni ta’ dan is-sit bl-iskop aħħari li dan ikun aċċessibli għall-pubbliku.

Tempji ta' Ħal Tarxien — fondi minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-fond tal Bank of Valletta għat-Tempji ta' Ħal Tarxien u għalxiex intnefqu? X'sar minnu l-proġett tal- ERDF għal tinda u visitor centre?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li mill-fond tal-BOV għat-Tempji ta’ Ħal Tarxien, li kien jammonta ghal €262,054 s’issa ntefqu €36,855 . Dawn intefqu ghall-preparamenti meħtieġa qabel ma jibda l-bini tal- Visitor Centre , kif ukoll għall-monitoraġġ tal-ambjent neċessarju għad-disinn ta’ tinda protettiva. Il-bilanċ li fadal fil-fond se jintefaq fuq il-bini tal-Visitor Centre. Iżda peress li dan il-bilanċ mhux biżżejjed għal dan l-iskop, dan il-proġett jista’ jibda meta jinstabu l-fondi kollha neċessarji. Il- Visitor Centre qatt ma kien parti mill-proġett tal-ERDF. Il-progett tal-ERDF jinkludi l-bini ta’ walkway u ta’ tinda protettiva. Il- walkway qed tiġi stallata bhalissa. It- tender għall-bini tat-tinda protettiva (stmat ghal madwar €1.45m), gie ppublikat f’Gunju 2011, iżda l-edba offerta ma’ ġiet magħżula. Għalhekk il-proċess issa qiegħed f’fażi ta’ negozjati ma’ dawk kollha li tefgħu offerta l-ewwel darba. Madanakollu diġà nbeda xogħol ta’ skavar arkeoloġiku bi preparazzjoni għall-fażi ta’ kostruzzjoni tat-tinda. Barra minn hekk, bħala parti mill-proġett tal-ERDF, diġà tlestew it-3D laser scanning tat-tempju, l-istallazzjoni ta’ weather station , studju dwar ‘Limits of Acceptable Change’, kif ukoll qed jiġi konkluż l-istudju biologiku fuq is-sit.