B'referenza għall-proġett ta' Sant Iermu u l-madwar li għadu kif tħabbar, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażel il-Perit Demicoli? X'inhu r-rwol ta' dan il-perit? Kemm ser jitħallas għas-servizzi tiegħu? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar ma dan il-perit għax-xogħol tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Perit Demicoli ġie magħzul għall-proġett ta’ Sant Iermu għax kien persuna li kienet ikkunsidrata li għandha il-kredenzjali kollha meħtiega biex tagħti disinn sodisfacenti għall-proġett ta’ din in-natura. Il-Perit Demicoli għandu esperjenza vasta ta’ xogħol ta’ dan il-kobor kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Huwa ntagħżel minħabba l-kapaċitajiet tekniċi u artistiċi tiegħu.
Il-ftehim għadu mhux konkluz iżda għandu jigi iffirmat fil-ġranet li ġejjin. Il-ftehim għandu jkopri dawn is-servizzi:
“
Concept designs
” u “
project brief
” dak li aħna insibuh bħala “
Master Plan
”.
“
Outline bills of quantities
” marbut ma’ “cost budgeting” kif ukoll dokumentazzjoni neċessarja li twassalna għall-applikazzjoni preliminari tal-permessi għall-bini minn għand il-MEPA.
Il-kumpens jigi maħdum fuq numru ta’ siegħat meħuda mill-perit fuq il-proġett, kif ukoll l-istaff tiegħu, liema ħlas huwa “
capped
” sa mhux aktar minn 30,000 Ewro. Fażijiet oħrajn li huma ta’ natura ta’ konsulenza varji u li allura jaqaw barra minn din il-fazi, huma regolati taht it-tariffa publikata.
Peress li f'pajjiżna għandna sitwazzjoni li prattikament min għandu 18, 19, 20 jew 21 sena ma jistax jikri vettura, anke jekk ikollu l-liċenzja, peress li l-aġenziji tal-assigurazzjoni m'humiex lesti jassigurawhom, jaħseb il-Ministru li din hi sitwazzjoni inġusta? X'se jagħmel dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali:
i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment;
ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B). Minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz!
Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?
Stante li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qed jistenna sentenza quddiem it-Tribunal Industrijali fl-ismijiet li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jintervjeni biex il-Visa temporanja tiegħu tiġi estiża għaż-żmien meħtieġ biex tinqata' s-sentenza u occorrendo jinqata' l-Appell?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4498 li jien kont tajtu dwar il-persuna konċernata, ninfurmah li sabiex jiġi mġedded il-permess eżistenti li din il-persuna għandha sabiex tkun tista' toqgħod f'Malta għar-raġunijiet msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari, hija mitluba immedjatament tagħmel l-applikazzjoni meħtieġa mad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates.
Jaħseb il-Ministru li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċittazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil-Young People’s Unit kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?
Tista' l-Ministru tgħid minn min kien kompost il-kumitat li ħa ħsieb l-organizzazzjoni tal-karnival ta' din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn din is-sena l-organizazzjoni tal-Karnival kienet f’idejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ħatar grupp konsultattiv biex jgħin fit-tħejjijiet ta’ l-organizazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Karnival.
It-tim kien kompost mis-Sur Adrian Mamo – Chairman tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Ms Davinia Galea – CEO Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti; is-Sur Anton Miceli –
Project Manager
ta’ l-attivitajiet tal-Karnival mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, flimkien mas-Sinjuri Raymond Mugliett, Joseph Sapiano u George Zahra bħala
advisors
. Flimkien ma’ dawn kien hemm ukoll il-membri ta’ l-Għaqda Parteċipanti Karnival immexxija mill-President ta’ l-Għaqda s-Sur Jason Busuttil u s-Segretarju ta’ l-istess għaqda s-Sur Brian Bonnici. Fl-organizazzjoni taw is-sehem ukoll nies oħra li tul is-snin dejjem għenu b’mod jew ieħor fl-organizazzjoni ta’ l-attivitajiet tal-Karnival fosthom Mario Camilleri u Alfred Debono.
Jikkonsidra l-Prim Ministru li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċni tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-għadam li hemm fil-katakombi tal-Lhud fir-Rabat humiex se jiġu midfuna skont ir-rit Lhudi? Xi ftehim intlaħaq mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kemm is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kif ukoll Heritage Malta jaqblu li l-għadam misjub ġewwa l-Katakombi Rumani 10,12,13,14,17A magħrufa bħala ta’ San Pawl, ir-Rabat, għandhom jingħataw dfin skond ir-rit Lhudi.
Fil-fatt, fit-23 ta’ Frar 2009 intlaħaq qbil bejn il-komunita Lhudija ta’ Malta u l-Gvern Malti, rappreżentat mis-Sovrintendenza u Heritage Malta, sabiex dan l-għadam jindifen skond ir-rit Lhudi.
Skond dan il-qbil l-għadam għandu l-ewwel jiġi dokumentat b’mod xjentifiku f’konformita mal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Wara li jitlesta l-istudju, l-għadam għandu jiġi midfun.
Minkejja li r-rappreżentanti tal-Komunita Lhudija f’Malta għażlu li jirtiraw mill-qbil milħuq, kemm is-Sovrintendenza kif ukoll Heritage Malta lesti li jkomplu l-proċess skont kif miftiehem.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-Gvern beħsiebu joħroġ it-tender għat-tmexxija tad-Dragonara Casino, partikolarment wara li din it-tender suppost li ħarġet f'Ottubru tas-sena l-oħra? Għalfejn qed ikun hemm dan id-dewmien fil-ħruġ tat-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tender qed jiġi imħejji u jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux pjan li jwaqqaf mill-ġdid banda nazzjonali? Taħseb li banda nazzjonali jkollha rwol importanti f'pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jieħu diversi inizjattivi ġodda u innovattivi li huma aktar meħtieġa u ta’ prijorita’ kulturali għall-pajjiżna.
Jista’ jkun li t-twaqqif ta’ banda nazzjonali tkun ikkunsidrata fil-futur.
B'referenza għall-proġett ta' Sant Iermu u l-madwar li għadu kif tħabbar, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażel il-Perit Demicoli? X'inhu r-rwol ta' dan il-perit? Kemm ser jitħallas għas-servizzi tiegħu? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar ma dan il-perit għax-xogħol tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas f'salarju u f'allowances il-persuna li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tindika, referibbilment għas-sejħa tal-Kunsill Malti dwar il-Kultura u l-Arti għall-pożizzjonijiet ta' Artistic Directors li saret f'Novembru tas-sena l-oħra:
i. Kemm kienu meħtieġa Artistic Directors?
ii. Kemm applikaw?
iii. Kienx hemm time limit li fih setgħu japplikaw dawk kollha interessati fil-post ta' Artistic Directors?
iv. Kienx hemm time limit li fih kellhom jitħabbru r-riżultati tal-mili tal-post(ijiet) ta' Artistic Directors?
v. Min kien fuq il-Bord ta' l-Għażla?
vi. Tikkonferma l-Ministru li fil-31 ta' Jannar, 2009 saru intervisti għall-post(ijiet) de quo?
vii. Tikkonferma l-Ministru li mhux kulmin applika ntbagħat għall-intervisti?
viii. Fuq liema kriterji sar dan ix-short list?
ix. Għalfejn kulmin applika ma ġiex informat li ntgħażel jew ma ntgħażilx għax-shortlisting?
x. Taħseb li dan il-proċess kien mill-bidu sal-aħħar proċess għal kollox mhux trasparenti u li jimmerita li jerġa' jibda mill-bidu?
xi. Kemm fil-fatt attendew għall-intervisti tal-31 ta' Jannar 2009?
xii Kemm eventwalment ġew ammessi għall-post(ijiet) ta' Artistic Directors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti laqa’ applikazzjonijiet għal sitt attivitajiet li huma l-Għanafest, Mnarja, Malta Arts Festival, Jazz Festival, Notte Bianca u Milied. Il-Kunsill irċieva wieħed u tletin applikazzjoni għal Artisitic Directors. Dawn l-applikazzjonijiet għalqu fid-9 ta’ Diċembru 2008. Ma kienx hemm time limit specifikat għat-tħabbir tar-riżultati. Il-Bord ta’ l-Għażla kien jikkonsisti bejn tlieta u ħames membri tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u rappreżentant/ossevatur mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. L-intervisti saru fil-31 ta’ Jannar 2009 u fl-4 ta’ Frar 2009. L-intervisti saru ma’ tnax-il applikant, filwaqt li l-kriterji ta’ short listing kienu bbażati fuq diversi fatturi ta’ ħtieġa essenzjali fosthom dik ta’ leadership, komunikazzjoni u team work, programmar u preparazzjoni ta’ baġit kif ukoll kienu meħtieġa viżjonijiet u direzzjonijiet artistiċi. Ġew infurmati biss dawk li kienu shortlisted bħala parti minn proċess ta’ l-għażla. Jirriżulta li dan il-proċess sar b’mod trasparenti u bl-approvazzjoni tal-Kunsill.
Disa’ applikanti attendew għall-intervisti tal-31 ta’ Jannar 2009 filwaqt li tlieta oħra kienu preżenti għall-intervisti ta’ l- 4 ta’ Frar 2009. Intgħażlu erba’
Artistic Directors
għall-Għanafest, il-Malta Arts Festival, il-Jazz Festival u n-Notte Bianca.
Tikkontempla l-Ministru li l-Karnival jiċċaqlaq għat-tieni ġimgħa ta' Mejju biex issir attrazzjoni iktar qawwija għat-turiżmu, waqt li ċ-ċelebrazzjonijiet isiru aħjar b'iktar xogħlijiet u grandjożitá?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jieħu ħsieb il-parti organizzattiva u amministrattiva tal-Karnival ta’ Malta. Huwa fid-dover tal-Kunsill li l-attivitajiet nazzjonali jiġu marbuta mal-folklor u t-twemmin ta’ pajjiżna u l-patrimonju kulturali Malti.
B'referenza għall-files, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid meta s-sidien tal-art li ġiet esproprijata se jitħallsu, fiex waslu l-proċeduri u kemm hu l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuni li dwarhom qed tintalab l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom bil-miktub.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex iktar kompożituri (baned u orkestri) jikkomponu xogħlijiet ġodda? Jikkontempla l-Gvern li joħloq skemi li jinċentivaw dan, bħal per eżempju, li jagħti nifs finanzjarju jew mod ieħor lill-kompożituri li jippubblikaw xogħlijiet ta' valur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għandu Programm ta’ Għajnuna Kulturali li permezz tiegħu tingħata għajnuna finanzjarja lil diversi individwi u organizazzjonijiet fil-qasam kulturali.
Il-Ministeru wkoll min-naħa tiegħu ikollu diversi talbiet u jgħin individwi u organizazzjonijiet kulturali kemm finanzjarjament kif ukoll b’mezzi oħra.
Din il-ġimgħa stess uffiċjali mill-Ministeru tiegħi kellhom laqgħa mal-Għaqda tal-Każini u Baned li fiha kien sottomess memorandum lill-Ministeru dwar modi kif iż-żewġ naħat nistgħu nikkollaboraw flimkien biex inkomplu nxettlu l-imħabba lejn il-mużika u nressqu aktar żgħażagħ lejn il-mużika u ngħinu fit-tagħlim tal-kompożizzjoni u d-direzzjoni mużikali.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-Ministeru, il-lum permezz tal-PBS jieħu ħsieb jorganizza il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa u l-Junior Song Festival li t-tnejn jofffru opportunitajiet lill-kompożituri Maltin jiktbu xogħolijiet ġodda.