Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4875 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mir-records ta’ l-inkjesti Maġesterjali miżmuma fir-Reġistru tal-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali, ma jirriżultax li kien hemm xi inkjesti Maġisterjali fuq l-allegati splużjonijiet.
Jekk jiġi ratifikat it-Trattat ta' Lisbona mill-Irlandiżi, jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jimtela' s-sitt siġġu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kunsill Ewropew tal-11 u 12 ta’ Diċembru 2008 stabbilixxa miżuri tranżitorji fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew jekk it-Trattat ta’ Lisbona jidħol fis-seħħ wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Ġunju 2009. Dawn il-miżuri tranżitorji jipprovdu għal żieda fin-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew għal numru ta’ Stati Membri, inkluża Malta, kif stabbilit mit-Trattat ta’ Lisbona. Din iż-żieda se ssir permezz ta’ Protokoll li jrid ikun negozjat u mbagħad ratifikat mill-iStati Membri kollha biex jidħol fis-seħħ mhux iktar tard mill-2010.
Għalhekk, huwa neċessarju li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona u dan il-Protokoll sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol biex ikun determinat kif jista’ jimtela’ dan is-siġġu l-ġdid ta’ Malta fil-Parlament Ewropew. Ta’ min ifakkar li dan is-siġġu huwa frott il-ħidma tal-Gvern Malti waqt in-negozjati fuq it-Trattat ta’ Lisbona u rrid pubblikament nirringrazzja lil dawk kollha li kienu nvoluti f’dawn in-negozjati. Huwa wkoll riżultat tal-ħidma tal-Gvern Malti u dak Spanjol, li l-Kunsill Ewropew tal-11 u 12 ta’ Diċembru 2008 ftiehem fuq il-miżuri tranżitorji li ser jipprovdu biex Malta tkun tista’ timla dan is-sitt siġġu qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014.
B’danakollu, nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li s-sitt siġġu ta’ Malta se jimtela’ b’mod trasparenti konformi mat-tradizzjonijiet elettorali tagħna u l-proċeduri li huma jew jistgħu ikunu stabbiliti mil-liġi Maltija dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-ministru jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin:
a) iżżewġu Malti/ija?
b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn?
ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa?
d) iħaddmu n-nies magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali:
i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment;
ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B). Minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz!
Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li f'pajjiżna għandna sitwazzjoni li prattikament min għandu 18, 19, 20 jew 21 sena ma jistax jikri vettura, anke jekk ikollu l-liċenzja, peress li l-aġenziji tal-assigurazzjoni m'humiex lesti jassigurawhom, jaħseb il-Ministru li din hi sitwazzjoni inġusta? X'se jagħmel dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-suq Malti ta’ l-assigurazzjoni huwa wieħed li jimxi fuq il-prinċipju ta’ suq liberu. Għalhekk l-għażla ta’ liema tip ta’ riskji jiġu assigurati huwa tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni u mhux imposta minn ebda liġi. Id-deċiżjoni biex kumpannija ta’ l-assigurazzjoni tassigura riskju, hija bbażata fuq fatturi differenti fosthom l-eta’ tas-sewwieq u l-‘claims experience’ in ġenerali tas-sewwieq ta’ eta żgħira.
Il-mistoqsija għamlet referenza ukoll għall-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni. Jista’ jagħti l-każ illi waqt li l-aġenziji ta’ l-assigurazzjoni jkollha r-restrizzjonijiet imposti mill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni (“il-Prinċipal tagħha”) ta’ liema tipi ta’ riskji tista’ tassigura, mhux neċessarjament ikun il-każ li l-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni tapplika dawn ir-restrizzjonijiet.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — entitajiet
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kull entità governattiva li taqa' taħt id-dekasteri tal-:
a) kultura u
b) patrimonju,
bil-membri ta' kull bord/entità?
Tista' tispjega ukoll il-ħidma tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività mit-8 ta' Marzu 2008 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jippromwovi l-kunċett ta' teleworking għal ħaddiema nisa maċ-Ċivil li jkunu saru ommijiet? Kemm hemm ħaddiema taċ-Ċivil li jibbenefikaw mit-teleworking?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-prinċipju, is-sistema tat-teleworking tapplika għall-ħaddiema tal-Gvern kollha sakemm ix-xogħol ikun adattat għat-teleworking. Meta ġiet introdotta s-sistema tat-teleworking inħarġu guidelines estensivi biex jaffiċilitaw id-dħul ta’ din is-sistema fid-dipartimenti u fost l-impjegati kollha, inklużi l-ommijiet u l-missirijiet il-ġodda.
Is-sistema tat-
teleworking
hija meqjusa li hija għodda importanti fost id-diversi miżuri favur il-familja (fosthom l-
maternity leave
, il-
leave
għall-adozzjoni, il-
leave
għall-
fostering
, il-
leave
għall-ġenituri, il-
career break
, ix-xogħol fuq sigħat imnaqqsa, il-
leave
ta’ responsabbilità, u l-
flexitime
) li l-ħaddiema fis-servizz pubbliku jistgħu jagħmlu użu minnhom biex jgħinuhom ilaħħqu bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-familja. Is-Servizz Pubbliku jippromwovi dawn il-miżuri kollha sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jutilizzaw il-miżuri li l-iktar jgħoddu għaċ-ċirkostanzi tagħhom.
Bħalissa hemm madwar mija u sbatax (117) impjegat fis-servizz pubbliku li jaħdmu bit-
teleworking
. Mija u sebgħa (107) huma nisa u għaxra (10) huma rġiel.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi r-rata li biha l-combustion plants fil-Power Station tal-Marsa jaħarqu l-enerġija? Kemm hi dik permessa mill-Unjoni Ewropea? X'inhu l-impatt jekk dawn il-plants ikollhom jgħalqu qabel l-2015? Xi pjan ta' kontinġenza għandu l-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati patents u trademarks sena b'sena mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum? Kemm minn dawn il-patentsu trademarks huma owned minn persuni legali jew naturali Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati:
a) Full time farmers
b) Part-time farmers
ċ) Full time fishermen
d) Part-time fishermen?
Jista' jikklassifika l-istess informazzjoni skond:
a) Age group
b) Lokalità
ċ) Income?
Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?
Jista' l-Ministru jindika kemm irċieva offerti għax-xiri tal-Malta Shipyards? Mingħand min? B'liema prezzijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox il-Privatisation Unit irċeviet 14 –il proposta:
Ship Repair
3
Ship Building
3
Super Yachts
5
Manoel Island Yacht Yard
3
Minħabba raġunijiet kummerċjalment sensittivi, f’dan l-istadju, l-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6604 u jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young
People’s Unit
tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil-
Young People’s Unit
kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6603 u jgħid jekk aħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid huwiex minnu li t-tined li ġew stallati fuq Ħaġar Qim u l-Imnajdra se jitneħħew minħabba l-fatt li r-riħ qed ikissrihom kull darba? X'se jsir minflokhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kuntrarju għall-informazzjoni li jista’ għandu l-Onorevoli Interpellant, mhux talli qatt ma kien hemm xi ħsieb li t-tined protettivi jitneħħew fil-futur qrib, iżda bil-maqlub, ix-xogħol fuq l-installazzjoni tat-tinda protettiva fuq l-Imnajdra miexi il-quddiem b’ritmu tajjeb, u sal-lum 11 mit-18-il pannel li flimkien jiffurmaw it-tinda tal-Imnajdra huma installati fil-post.
Tajjeb li wieħed jerġa’ jtenni, kif diġa ġie spjegat lill-publiku aktar minn darba fil-medja, li l-ebda parti tat-tined li hija kompletament installata ma sostniet xi ħsara. Żewġ pannelli tat-tined iċċarrtu bir-riħ meta dan kien qed jonfoħ b'forza ta' riefnu ‘l fuq min-normal u ‘l fuq minn dak li kien mistenni fir-rapporti tat-temp, meta dawn iż-żewġ pannelli ma kienux għadhom stirati sewwa. F'dan l-istadju, li jieħu madwar għaxar t’ijiem, il-materjal tal-pannelli jkun l-iżjed vulnerabbli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm avviċinamenti minn clubs tal-futbol Ingliż apparti x-Sheffield United biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tisponsorjahom? Kemm hu fattibbli li l-isponsorship isir ma' team tal-Premier League jew Serie A?