Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Triq Vittorio Cassar - triq

Question

Jista' l-Ministru jindika meta se ssir Triq Vittorio Cassar f'Wied il-Għajn ? Għaliex il-Gvern qed idum daqshekk biex jagħmel din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6716.
Leg 11 PQ #7277 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6929 u 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali: i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment; ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B) u minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz! Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7278 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6921 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6920 u jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin: a) iżżewġu Malti/ija? b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn? ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa? d) iħaddmu n-nies magħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

films miġbudin Malta — budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6911 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs tal-futbol Ingliż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm avviċinamenti minn clubs tal-futbol Ingliż apparti x-Sheffield United biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tisponsorjahom? Kemm hu fattibbli li l-isponsorship isir ma' team tal-Premier League jew Serie A?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qabel ma sar avviċinament mix-Sheffield United, ma kien hemm ebda tim ieħor Ingliż li avviċina l-MTA għal skop ta’ sponsorizzar. Għal dak li huma timijiet tal-Premier League Ingliż jew tas-Serje A Taljana, biex wieħed jieħu l-istess tip ta’ riklamar li qed tieħu Malta permezz tal-ftehim max-Sheffield United, inkunu qed nitkellmu dwar ċifri li jilħqu l-miljuni ta’ Ewro, skond kemm huwa kkwotat it-tim. Normalment, il-prezzijiet mitluba minn timijiet ta’ din il-kwalita’ għal sponsorizzar simili huma finanzjarjament projbittivi.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — vot finanzjarju u nefqa attwali - refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm (a) kien il-vot finanzjarju allokat u (b) in-nefqa attwali biex isir refurbishment fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali f'Beltissebħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

tfal li għamlu l-eżami tal-MATSEC — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid: Kemm kien hemm tfal, bniet u subien, tas-Secondary Schools li spiċċaw il-form 5 fis-sena 2008? Kemm minnhom, bniet u subien, qagħdu għall-ezami tal-MATSEC? Kemm minnhom, bniet u subien, ġabu eżami wieħed, tnejn, tliet, erba', ħamsa jew iktar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Triq tal-Barrani — speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6885 u 6603 u jgħid jekk aħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7152 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi il-ġdida fuq it-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6883 u 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6607.
Leg 11 PQ #7153 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Young People's Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6882 u 6604 u jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil-Young People’s Unit kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fil-Young People’s Unit iddaħħlu biss żgħażagħ li fil-fatt għandhom problemi ta' saħħa mentali kif definit fl-International Classification of Diseases tal-WHO. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7154 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs tal-futbol Ingliż

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6911 u jgħid jekk kienx hemm avviċinamenti minn clubs tal-futbol Ingliż apparti x-Sheffield United biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tisponsorjahom? Kemm hu fattibbli li l-isponsorship isir ma' team tal-Premier League jew Serie A?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6911.
Leg 11 PQ #6607 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi il-ġdida fuq it-turiżmu

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċni tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6541. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għadha topera network ta’ uffiċini barra minn Malta li jkopri l-istess swieq li kienu koperti fl-2004. Inżammu wkoll uffiċini fi swieq kunsidrati bħala importanti ħafna bħar-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Italja. L-MTA m’għadhiex tħaddem impjegati fl-uffiċini ta’ Moska, Pariġi, Stokkolma u Amsterdam iżda għandha kuntratt ta’ servizz mar-rappreżentanti f’dawn is-swieq. L-uffiċċju fl-Istati Uniti kien ingħalaq fl-2003 għal raġunijiet strateġiċi, l-istess kif ġara fil-każ tal-uffiċċju li kien jinsab fl-Ambaxxata Maltija f’Beijing. F’dawn iż-żewg każi, il- fixed cost assoċjat maż-żamma ta’ l-uffiċini kien kunsidrat għoli wisq meta mqabbel mal-ammonti ta’ turisti attirati minn dawn iż-żewġt iswieq.
Leg 11 PQ #6883 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi il-ġdida fuq it-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6607.
Leg 11 PQ #6931 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħwienet tal-logħob tal-azzard f'żoni residenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6611 u jiddikjara jekk jaqbilx li f'żoni residenzjali ma jkun qatt aċċettat li jinfetħu ħwienet ġodda tal-logħob tal-azzard? X'għandu xi jgħid għall-applikazzjoni ta' ftuħ ta' ħanut tal-azzard fi Vjal il-25 ta' Novembru, ż-Żejtun, f'żona residenzjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Arts Council

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista' tal-isponsorships li ngħataw mill-bidu tas-sena 2008 sal-lum mill-Arts Council? Tista' tgħid kemm u liema minnhom ġew rifjutati, flimkien mal-kriterji applikati fl-aċċettazzjoni u fir-rifjut ta' talbiet simili? In oltre, napprezza wkoll jekk ningħata l-ammonti ta' l-isponsorship involut.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6856, Seduta 90.
Leg 11 PQ #7012 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Original Survey Reports

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti msejħa Original Survey Reports magħmula mill-konsulenti mqabbda mill-WasteServ fir-rigward tal-istudji in konnessjoni mal-E.S. dwar il-proċess tal-Impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn? Jista' jagħti r-raġunijiet għala dawn l-Original Survey Reports tal-konsulenti, li qed issir referenza għalihom, ma ġewx ippubblikati kif jitolbu l-E.I.A. Regulations 2001 Art. 20(4)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Art. 20(4) tar-Regolamenti dwar l-Istudju fuq l-Impatt Ambjentali tal-2001 jirreferi għall-'Original Environmental Survey Reports' li fil-proċess tal-EIA ifissru l-istudji tal-baseline li jkun saru biex janalizzaw l-impatti tal-iżvilupp. Fil-każ tal-Environmental Impact Statement li ġie ikkommissjonat mill-Wasteserv għar-rigward ta' l-Impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, dawn l-istudji ġew inkorporati fil-Coordinated Assessment Report li sar b'konnessjoni ma' dan l-iżvilupp. Għalhekk f'dan il-każ, l-informazzjoni essenzjali kollha mitluba biex tittieħed deċiżjoni infurmata kienet tinsab ġewwa l-EIA fil-forma ta' kapitli differenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7013 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin — Studji bażiċi fuq Terms of Refence

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-istudji bażiċi (baseline studies) li jidhru hawn taħt u li huma ndikati fit-Terms of Reference (TOR) li abbażi tagħhom saru l-istudji in konnessjoni mal-proċess rigward l-impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, baqgħu ma sarux: a) TOR Art.4.9: prevailing background on noise levels b) TOR Art 4.10: the current background levels of pollution. Details on prevailing wind and climate conditions shall also be included, amongst other relevant parameters ċ) TOR Art 4.11: An assessment of current levels of odours; An assessment of current levels of dust; Odour panel should be also considered d) TOR Art. 4.12: Existing rodent population around the site e) TOR Art. 4.13: The Existing level of contamination of the site shall be investigated?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-Environmental Impact Assessment relatat ma' l-iżvilupp tal-Impjant ta' Sant'Antnin, il-baseline studies (studji bażiċi) ġew inkorporati bħala parti integrali fil-kapitli differenti ta' dan ir-rapport. Għaldaqstant, l-istudji imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari 7013, jinsabu f'dawn il-kapitli tal-EIA: a) Prevailing background on noise levels - Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 12 tal-EIS; b) Current background levels of pollution. Details on prevailing wind and climate conditions shall also be included, amongst other relevant parameters - Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 13 tal-EIS; c) An assessment of current levels of odours; an assessment of current levels of dust; Odour panel should be also considered - Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 13 tal-EIS; d) Existing rodent population around the site - Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 14 tal-EIS; e) Existing level of contamination of the site shall be investigated - L-aħħar kummenti li ġew traċċati fil- file juru li dan l-istudju baqa' ma sarx, anke wara it-tieni round ta' kummenti fuq l-EIS.

Impjant ta' Sant' Antnin — impatt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5251 u jgħid meta l-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin se jkun komplut u jibda jiffunzzjona in toto? Jista' jgħid ukoll: a) Jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju dwar l-impatt li l-Impjant jista' jkollu fuq is-saħħa tar-residenti qabel ma jgħaddi għat-tieni fażi? b) Jekk jaqbilx li l-espert tal-WasteServ Dr. Monks kien iddikjara pubblikament fit-22 ta' Settembru 2005 waqt il-laqgħa pubblika għall-approvazzjoni tal-Outline Development li dan l-istudju ma kienx sar għax iqum ħafna flus? ċ) Jekk jistax ippoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju, rapport li l-Ministru għandu dwar il-potenzjal ta' impatt tal-Impjant fuq is-saħħa tar-residenti? Jaħseb li l-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR li tittratta dwar dan hijiex assolutament inkonklussiva, rudimentali u mhux tad-depth li dan is-suġġett jimmerita?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li sa ftit ġimgħat oħra hu maħsub li l-impjant jkun komplut u jibda jiġi kkumissjonat. L-istudji kollha neċessarji saru qabel ma nħarġu l-permessi għall-bini skond kif rikjest mill-awtoritajiet konċernati, u dawn ġew approvati mill-istess awtoritajiet. Ma hemmx ħsieb li jkun hemm tkabbir ta’ dan l-impjant u għaldaqstant mhux maħsub li jkun hemm it-tieni fażi. Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lil Onor interpellant li kwalunkwe studju mitlub minn kwalunkwe awtorità ġie kkummisjonat u approvat u ma hemm l-ebda studju li ma sarx minħabba spejjeż relatati. Id-dokumenti kollha kienu għad-disposizzjoni tal-pubbliku waqt il-proċess wiesa` ta’ konsultazzjoni marbut ma’ l-istess applikazzjoni u permess. Nirrepeti li l-istudji li saru kollha inkluż il-parti tal-EIA/S tas-soċjetà SLR ġew approvati mill-awtoritajiet konċernati wara li ħarġu għall-konsultazzjoni.