Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7280 u 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7280.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) għal kemm fondi strutturali / ta' koeżjoni Malta, kienet tapplika għas-snin 2007 u 2008?
b) kemm fil-fatt ġew utilizzati fondi strutturali/ ta' koeżjoni fis-snin 2007 u 2008? Kif intnefqu dawn il-fondi?
Jista' jagħti iktar informazzjoni dwar is-€46 miljun li ġew depożitati fil-Bank Ċentrali Malti? Meta ġew depożitati? F'liema dati? Kif se jintużaw?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn stante li f'din il-familja jgħixu żewġ persuni, it-tnejn bir-relief, wieħed minnhom qiegħed rikoverat fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid għalfejn inqata' s-servizz tad-dawl? Jaħseb li l-Gvern tramite l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellu jagħti ż-żmien għall-ħlas? Jaħseb li t-talba ta' €350 hija projbittiva biex jerġa' jiddaħħal id-dawl fid-dar de quo tenut kont iċ-ċirkostanzi soċjali tal-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant hu ta' natura soċjali. Nitlob għalhekk lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat minħabba li l-Gvern ma jeżerċitax il-politika soċjali tiegħu permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jispjega x'inhi l-iskema konnessa mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħha jingħataw ross u għaġin lill-familji fil-bżonn? Min jirregola t-tqassim ta' dan l-ikel? Kif jigi aċċertat li kollox jimxi skond is-sewwa?
Kemm tqassmu ross u għaġin jew ikel ieħor taħt din l-iskema, sena b'sena minn kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea? F'liema rħula tqassmu? Kemm gawdew familji?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7416 u jgħid kemm hu l-ammont ta' Karti tal-Identità temporanji li nħarġu lil persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta sena b'sena mill-2001 sal-lum?
Kemm hu l-ammont ta' persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta li ċċaħħditilhom it-talba msemmija u li ilhom f'pajjiżna għal aktar minn sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7418 u jispjega x'se jsir eżatt biex jitneħħa l-asbestos mill-Isptar Boffa? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proċess?
Jista' wkoll jikkonferma l-pjanijiet tal-Gvern li jutilizza l-Isptar San Luqa bħala awżiljarju għal dak ta' Mater Dei?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7484, 7280 u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7280.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7278 u 6921 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rċevejt ir-Rapport Annwali tal-MEPA nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu. Dan ir-Rapport ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1 ta’ April.
Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7277, 6929 u 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali:
i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment;
ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B) u minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz!
Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment tal-Anzjani iddeċieda li din il-persuna jkun aħjar li tiġi trasferita kemm fl-interess ta' l-istess impjegata kif ukoll minħabba esiġenza tas-servizz.
B'referenza għat-twessiegħ ta' Triq il-Foss u l-kostruzzjoni ta' Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, Fgura jaħseb il-Ministru li l-pjanta proposta mill-Awtorità dwar it-Trasport li dettalji dwarha qed jidhru separatament, għandha tinbidel b'mod li t-twessiegħ tat-triq għandu jsir fil-parti żdingata biex jiġu protetti l-ħbula tar-raba' li jinħadmu u li huma saqwija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir biex jitnaddaf l-ambjent mitluq u degradanti li hemm fil-passaġġi li jdawru l-iskola primarja tal-Fgura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħaddiema mis-Sezzjoni ta’ l-Agrikoltura perjodikament jiġu jaħartu l-ħamrija, ineħħu l-ħaxix ħażin u jiżbru s-siġar tal-madwar. Wara jitneħħa l-materjal ħazin billi jinġiebu vetturi mill-istess Dipartiment.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ser jagħmel il-Gvern biex jilqa' għal kriżi akuta fin-negozji f'Buġibba, partikolarment dawk li jiddependu mit-turiżmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern permezz tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għaddej b’ħidma kontinwa, id f’id mas-settur privat sabiex inaqqas b’kemm jista’ jkun l-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja internazzjonali fuq it-turiżmu. Dan qed isir permezz ta’ moniteraġġ kontinwu tal-andament ta’ l-industrija, riklamar aktar iffukat u diskussjonijiet kontinwi ma operaturi f’dan il-qasam inkluż linji tal-ajru.
Qegħdin ukoll naħdmu sabiex intejbu l-prodott turistiku. Il-Gvern nieda diversi inizjattivi u qed jaħdem fuq numru ta’ proġetti inkluż proġetti fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra, li kollha għandhom igħinu sabiex jiġbdu aktar turisti lejn din iż-żona. Fost dawn ta’ min isemmi l-iskema ntiża għall-intrapriżi turistiċi, ko-finanzjati mill-fondi Ewropej li permezz tagħhom operaturi turistiċi ser ikunu qed jieħdu fondi sabiex itejbu l-kompetittivita’ tagħhom. Jien infurmat li daħlu numru t’applikazzjonijiet minn operaturi turistiċi minn Buġibba / Qawra. Ser toħroġ ukoll skema biex tgħin lukandiera jagħmlu xogħol ta’ titjib fil-lukandi tagħhom. Hemm ukoll proġettat bini ta’ akwarju pubbliku u bajja fil-Qawra. Dawn l-inizjattivi għandhom igħinu sabiex tiżdied il-kompetittivita’ ta’ dan il-lokal. Ovvjament dan isir jekk l-operatur privat ukoll jagħmel il-parti tiegħu u jinvesti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati patents u trademarks sena b'sena mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum? Kemm minn dawn il-patents u trademarks huma owned minn persuni legali jew naturali Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ID Cards temporanji li nħarġu lil persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta sena b'sena mill-2001 sal-lum?
Kemm hu l-ammont ta' persuni li qed ifittxu l-ażil f'Malta li ċċaħħditilhom it-talba msemmija u li ilhom f'pajjiżna għal aktar minn sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jorħsu b'20%? Għal liema perijodu japplika dan ir-roħs? Dan ir-roħs hu relatat ma' roħs fil-prezz taż-żejt mhux irfinut? X'wassal lill-Gvern biex jagħmel dan ir-roħs?
Stante li l-prezz taż-żejt niżel minn $147 għal $40 kull barmil, jidhirlu li dan ir-roħs kellu jkun iktar sostanzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija tal-Ministeru tiegħi tat-23 ta' Marzu 2009. Minħabba li l-elettriku f'Malta mhux iġġenerat mill-bramel taż-żejt mhux maħdum, ma nistax inwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant, għalkemm nitolbu jinnota li l-prezz hu $53 u mhux $40.
Jista' l-Ministru jispjega x'se jsir eżatt biex jitneħħa l-asbestos mill-Isptar Boffa? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proċess?
Jista' wkoll jikkonferma l-pjanijiet tal-Gvern li jutilizza l-Isptar San Luqa bħala awżiljarju għal dak ta' Mater Dei?
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-allegata sejba fis-sebgħinijiet ta' Ipoġew fiż-żona ta' fejn illum hemm Triq il-Lellux, Santa Luċija? Huwa minnu dan? X'sar minnu? Hemm ħsieb li jiġi maniġġjat u konservat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sena 1973 kien instab sit ta’ dfin preistoriku ġo żona li kienet ingħatat għal bini, u li llum tagħti fuq Triq il-Lellux, Santa Lucia. Dan is-sit huwa xi kultant deskritt bħala l-Ipoġew ta’ Santa Luċija.
L-art li fiha nstab dan s-sit arkeoloġiku, kien esproprijat mill-Gvern biex din is-sejba tkun protetta u kkonservata. Fis-snin ta’ wara din l-iskoperta, d-Dipartiment tal-Mużewijiet kien bena reċint madwar dan s-sit arkeoloġiku għal protezzjoni tiegħu.
Fi snin riċenti l-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucija wera interess li jibda jerfa’ r-responsabbilta` għall-mmaniġjar ta’ dan is-sit bi sħab ma’ organizzazjonijiet governattivi konċernati, bħas-Sovintendenza għall-Patrimonju Kulturali u bħal Heritage Malta.
Għalkemm fil-preżent ma hemmx ftehim bejn il-partijiet dwar kif dan s-sit jista’ jiġi mmaniġjat u kkonservat, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija disposta tiżviluppa ftehim ta’ dan it-tip mal-Kunsill Lokali jew ma’ għaqdiet non-governattivi tas-settur kulturali.
Dilettanti tal-karnival — proposti lil Prim Ministru
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7268 u cioè: Peress li għaddew ħames ġimgħat minn mindu d-dilettanti tal-karnival taw għadd ta' proposti lill-Prim Ministru f'Kastilja, tista' l-Ministru tgħid għala l-Gvern għadu ma tax risposta lil dawn id-dilettanti? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-proposti li tressqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-uffiċju tal-Prim Ministru għaddej bil-follow-up neċessarju fuq il-proposti li ġew ippreżentati.
Dawn il-proposti qed jiġu diskussi u analizzati minn diversi entitajiet u fil-futur qarib se ssir laqgħa mal-għaqda tal-parteċipanti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7280 u 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.