Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea — Communications Committee
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7778 u 8108 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għall-Politika Soċjali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu u cioè: Tenut kont tal-konkluzjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda -
http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d
- fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru ta' l-Emerġenza Ewropew, jista' il-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar
ad hoc
biex jigu trattati l-problemi principali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jigi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji?
Jaħseb l-Ministru li jekk il-Gvern jagħżel li ma jagħmel xejn, ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Task Force li ġiet appuntata minn dan il-Ministeru sabiex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tas-sistema 112, ressqet numru ta’ suġġerimenti. Għandu jingħad, pero`, illi dawn mhumiex kollha marbuta mar-rekwiżiti tal-Acquis Komunitarju relevanti.
Fost ir-rakkomandazzjonijiet li saru mit-
Task Force
, kien hemm dawk tekniċi li jirrigwardaw is-sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju tas-servizzi ta’ emerġenza pprovduti mill-entitajiet involuti, jiġifieri l-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, l-Armata u d-Dipartiment tas-Saħħa.
Ġie propost ukoll li titwaqqaf is-sistema magħrufa bħala
112 Public Safety Answering Point
(PSAP), li tiġbor f’post wieħed lil dawn l-entitajiet imsemmija, u li l-bażi tagħha, iżda, tkun f’sit li ma jappartjeni lill-ebda waħda minnhom.
Barra min hekk, it-
Task Force
irrakkomandat ukoll:
- It-taħriġ u ċertifikazzjoni għall-uffiċjali tal-112 PSAP;
- L-analiżi tas-sejħiet għall-għajnuna li jsiru fuq in-numru 112, li tinkludi l-monitoraġġ ta’ sejħiet pendenti u telefonati mhux imwieġba;
- Il-monitoraġġ minn persuni tekniċi tal-
hardwar
e
,
software
u komunikazzjoni bir-radju mħaddma mill-awtoritajiet.
Skont l-estimi li għamlet it-
Task Force
, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula minnha ser jiswew lill-Gvern madwar 14-il miljun Ewro.
Fost id-diversi fatturi li ser jiġu meqjusa f’dan il-proġett, hemm il-
cost effectiveness
, kif ukoll il-flessibbilita` fis-sistema sabiex pajjiżna jkun jista’ jwettaq b’faċilita` akbar u bl-anqas spejjeż possibbli xi
upgrading
li jkun meħtieġ li jsir biex jibqa’ konformi ma’ normi tal-UE li jistgħu jidħlu fis-seħħ matul is-snin li ġejjin.
Bħalissa l-Gvern għaddej mill-proċess li jibda jwettaq xi miżuri li għandhom iwasslu biex is-servizz ta’ emerġenza 112 ikun wieħed aktar effiċjenti u effettiv, u fl-istess ħin konformi man-normi tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Gvern qiegħed isegwi mill-qrib id-diskussjonijiet li jsiru fil-kuntest Ewropew sabiex iżomm ruħu aġġornat mal-miżuri li l-Unjoni qed tipproponi li jitwettqu f'dan is-settur.
Peress illi kif stabbilit bl-Artikolu 8 sub-artikolu (7) (b) ta’ l-Att XV ta’ l-1999 (Kap 411 tal-Liġijiet ta’ Malta) dwar il-Protezzjoni Civili, l-Assoċjazzjoni Protezzjoni Civili għandha:
“bil-għan li tagħmilha possibbli ………… tikkunsidra u ġġib quddiem l-awtoritajiet kompetenti kull ħaġa li tolqot il-welfare u l-effiċjenza professjonali tal-membri ta’ dik l-assocjazzjoni, inkluz dak li jolqot is-siegħat tax-xogħol tagħhom, leave, ħlas u allowances, pensjonijiet u kundizzjonijiet tas-servizz u regoli tad-dixxiplina oħra b’mod ġenerali ……….;”
Peress illi l-istatut approvat mill-Ministru responsabbli mill-Protezzjoni Civili ai termini ta’ l-Artikolu 8 sub-artikolu (7) (c) tal-istess Att XV msemmi u mpoġġi fis-seħħ bl-Artikolu 13 (2) ta’ l-Avviz Legali 207 tas-sena 1999, (Tieni Skeda ma’ l-istess Avviz Legali) igħid illi l-għanijiet u l-iskopijiet ta’ l-Assocjazzjoni jkunu (fost oħrajn): “Biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi ta’ l-impjiegi u tas-salarju u ġeneralment tipproteġi l-interessi u d-drittijiet professjonali tal-membri tagħha. Biex tħares u ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg tal-membri u biex iġġib ’il quddiem l-interessi tagħhom, biex tirrappreżenta l-interessi tal-membri f’diskussjonijiet man-naħa uffiċjali fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u biex tkabbar il-benesseri tal-membri tad-Dipartiment u tad-dipendenti tagħhom, permezz ta’ dawk is-servizzi li minn żmien għal żmien jistgħu jkunu possibbli, inkluz poloz ta’ l-assikurazzjoni kollettiva;”
Peress li l-Joint Negotiating Council prospettat mill-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi baqa' qatt ma twaqqaf, jaħseb il-Ministru li fin-nuqqas ta' twaqqif tal-JNC jilledi d-drittijiet tal-membri tal-Assocjazzjoni illi allura m'għandhom ebda forum legali fejn wieħed jista' jiddisponi minn vertenzi ta' natura industrijali? X'se jagħmel il-Ministru dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Joint Negotiating Council jitwaqqaf meta union li tirrapreżenta l-maggoranza tal-ħaddiema f’kategorija li tipprovdi servizz essenzjali titlob dan. Ma jirriżultalix li l-Assoċjazzjoni Protezzjoni Ċivili hija reġistrata bħala union.
Informat li bħalissa għaddej proċess ta’ review tal-liġi tax-xogħol biex naraw eżattament jekk, fejn u kif hemm bżonn ta’ xi aggornament f’din il-liġi.
Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni:
L-ammont ta' żgħażagħ:
1) taħt l-età ta' 25 sena
2) bejn l-età ta' 26-35 sena
li kienu qed jirreġistraw fuq
1) part 1
2) part 2
xahar b'xahar minn Marzu 2008 sa Marzu 2009?
Kull fiġura, kemm tiġi bħala persentaġġ mit-total ta' l-unemployed f'pajjizna?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-ammont ta’ żagħżagħ taħt l-eta’ ta’ 25 sena u bejn l-eta’ ta’ 26 u 35 sena li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru xahar b’xahar minn Marzu 2008 sa Marzu 2009. Kull figura qed tiġi murija wkoll bħala persentaġġ mit-total ta’ nies qegħda f’pajjiżna.
Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea — Communications Committee
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7778 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Tenut kont tal-konkluzjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda -
http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d
- fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru ta' l-Emerġenza Ewropew, jista' il-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar
ad hoc
biex jigu trattati l-problemi principali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jigi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji?
Jaħseb l-Ministru li jekk il-Gvern jagħżel li ma jagħmel xejn, ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jidħol fil-każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u jgħaddi biex jippermetti li l-vettura li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ta' din il-persuna tiġi reġistrata taħt is-sistema Maltija tar-reġistrazzjoni tal-vetturi mingħajr ma tħallas taxxa ta' reġistrazzjoni (i.e. tħallas biss tal-pjanċi) u dan stante li din il-vettura ilha iktar minn sentejn fil-proprjeta' ta' din il-persuna?
Għal kull buon fini jrid jingħad li l-persuna hija Ingliża, twieldet l-Ingilterra, abitat dejjem l-Ingilterra għal 30 sena sħaħ u ġiet toqgħod Malta permanentament f'Ottubru li għadda. Il-vettura ġiet mixtrija fl-2001 fl-Ingilterra stess.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi taħt l-Abbozz ta’ Liġi, kif ġie emendat, persuna tkun tista’ tikkwalifika għal eżenzjoni fuq il-vettura tagħha taħt l-iskema tat-trasferiment ta’ residenza, jekk il-persuna tkun ittrasferiet ir-residenza tagħha f’Malta fit-3 ta’ Novembru, 2008 jew wara dik id-data u l-vettura trid tkun inġiebet hawn Malta mill-1 ta' Lulju 2008 lil hawn. Biex wieħed ikun jaf jekk jikkwalifikax jew le, irid, l-ewwelnett, japplika u jipprovdi provi suffiċjenti tat-trasferiment ta’ residenza abbażi tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni.
Fil-jiem li ġejjin, il-kumitat imwaqqaf fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi ħa jkun qed jipproċessa każijiet ta’ applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ meta persuna titrasferixxi r-residenza tagħha minn post barra minn Malta għal dak f’Malta.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-periklu li ħoloq is-sewage fil-baħar tal-Mellieħa, fiż-żona taċ-Ċumnija? Huwa aċċettabbli li impjant ta' €10.7 miljun iwassal għal dan kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara l-każ sabiex jingħata l-permess ta' residenza lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7750, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates li hu l-entita' responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza, m'għandu ebda talba għal tali permess mingħand il-persuna konċernata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sabiex jingħata VISA ħalli jkun jista' jkompli bil-ħidma tiegħu f'Malta abbażi tar-raġunijiet li qed jingħataw separatament?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7775, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata kellha awtoriżżazzjoni temporanja (interim) sabiex toqgħod Malta sal-15 ta' April 2009 sakemm tiġi eżaminata t-talba tagħha biex tirresjedi f'Malta.
Din il-persuna ma talbitx biex jiġi estiż dan il-permess, għalhekk m'għadhiex awtoriżżata tirrisjedi f'Malta.
Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea — Communications Committee
Question
Tenut kont tal-konkluzjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda -
http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d
- fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru ta' l-Emerġenza Ewropew, jista' il-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar
ad hoc
biex jigu trattati l-problemi principali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jigi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji?
Jahseb l-Ministru li jekk il-Gvern jagħzel li ma jagħmel xejn, ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Stante li s-servizzi tal-emerġenza ta' Malta huma magħmulin mill-
a) Pulizija
b) Protezzjoni ċivili
ċ) Health
d) Armata li però għandhom operator wieħed tas-servizz telefoniku tal-112 u stante li l-operator huwa l-Korp tal-Pulizija u s-servizz huwa bbazat id-depot, jista' l-Ministru jgħid:
1) X'tip ta' teknoloġija teżisti għall-entitajiet konċernati sabiex titħaddem il-linja tal-emerġenza 112?
2) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex jintagħraf in-numru ta' min qed iċempel għall-emerġenza u l-post li jkun jinsab fih? (
caller line id,
u
caller location id)
3) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex l-entitajiet tal-emerġenza jitkellmu bejniethom waqt li jkunu fuq xi sit ta' inċident?
4) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex ikunu identifikati l-eqreb servizzi ta' emerġenza għal xi inċident?
5) X'jiġri meta ċittadin iċempel fuq il-linja tal-emerġenza u tkun okkupata?
6) X'inhi l-istatistika ta' telefonati ta' emerġenza (imwieġba u mhux) għal din l-aħħar sena?
7) Kif inhu adattat is-servizz telefoniku tal-emerġenza għal persuni b'diżabbilità?
8) X'inhu l-inqas numru ta' operaturi li jitħallew mal-linja tal-112?
9) Jeżisti taħriġ professjonali għall-operaturi li jwieġbu dawn it-telefonati ta' emerġenza?
10) Liema lingwi jitħaddmu mill-operaturi f'kas ta' telefonati minn persuni barranin f'pajjiżna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7538 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn stante li f'din il-familja jgħixu żewġ persuni, it-tnejn bir-relief, wieħed minnhom qiegħed rikoverat fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jgħid għalfejn inqata' s-servizz tad-dawl? Jaħseb li l-Gvern tramite l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellu jagħti ż-żmien għall-ħlas? Jaħseb li t-talba ta' €350 hija projbittiva biex jerġa' jiddaħħal id-dawl fid-dar de quo tenut kont iċ-ċirkostanzi soċjali tal-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6916 u jgħid kemm hawn reġistrati:
a) Full time farmers
b) Part-time farmers
ċ) Full time fishermen
d) Part-time fishermen?
Jista' jikklassifika l-istess informazzjoni skond:
a) Age group
b) Lokalità
ċ) Income?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-informazzjoni mitluba dwar Full time farmers u Part-time farmers nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 3624. Ma tinżammx informazzjoni klassifikata bl-age group u l-anqas bl-income.
Rigward l-informazzjoni mitluba dwar
Full time fishermen
u
Part-time fishermen
jien infurmat li fl-aħħar tal-2008 kien hemm irreġistrati 408 dgħajsa full time u 718-il dgħajsa part-time. L-età tas-sidien ta’ dawn il-bastimenti tas-sajd tvarja bejn it-18 u s-86 sena. Dawn is-sidien huma minn madwar Malta u Għawdex kollu imma l-ikbar numru ta’ sidien ġej minn Marsaxlokk (16.96%), segwit mill-Mellieħa (5.24%) u wara Għajnsielem Għawdex (4.17%).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6914 u jgħid liema hi r-rata li biha l-combustion plants fil-Power Station tal-Marsa jaħarqu l-enerġija? Kemm hi dik permessa mill-Unjoni Ewropea? X'inhu l-impatt jekk dawn il-plants ikollhom jgħalqu qabel l-2015? Xi pjan ta' kontinġenza għandu l-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Power Station taħraq madwar 330,000mt ta' fuel oil biex tiġġenera 1,060,000 Mwh ta' enerġija fis-sena. M'hemm l-ebda limiti stipulati mill-EU jew awtoritajiet oħra in konnessjoni ma dan. Hu ppjanat li parti mill-impjant tal-Marsa ser jiġi mibdul ma l-impjant il-ġdid li ser jiġi nstallat Delimara, li għalih diġa ħareġ tender li qiegħed fl-aħħar fażi ta' l-evalwazzjoni tiegħu.
Il-bqija ta' l-impjant fil-Marsa jintefa meta jibda jiffunzjona
submarine interconnection
ma Sqallija.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6917 u cioè: Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni kollha li daħlu jaħdmu mal-Korpi tal-Gvern qabel l-1979, imma li mbagħad f'data li tiġi wara l-1979 ġew assorbiti mal-Gvern bħala ħaddiema tiegħu jieħdux pensjoni inqas vantaġġjuża mill-bqija tal-ħaddiema li ġew impjegati mal-Gvern wara l-1979? Għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond Art. 21 tal-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, il-pensjoni tat-Tezor huma eliġibli għaliha biss dawk il-persuni impjegati mas-servizz pubbliku ta’ Malta qabel il-15 ta’ Jannar, 1979.
Għalhekk dawk il-persuni li daħlu jaħdmu mal-Korpi tal-Gvern qabel il-15 ta’ Jannar 1979 u ġew assorbiti mal-Gvern wara il-15 ta’ Jannar 1979 u dawk il-ħaddiema li ġew impjegati wara il-15 ta’ Jannar 1979 mhumiex eliġibli għal-pensjoni tat-Teżor.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir biex tikber is-sigurtà eżatt biswit l-għelieqi fl-inħawi ta' Wied iz-Ziju, f'Wied il-Għajn, stante li l-barriera li hemm fiż-żona waslet eżatt max-xifer tar-raba'?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li fil-ħinijiet tal-quddies ta' Sant'Anna, f'Wied il-Għajn jingħataw struzzjonijiet biex il-Pulizija ma jagħtux ċitazzjonijiet lill-karozzi li jipparkjaw fid-daħla tat-triq li ddur mal-knisja u li minnha toħroġ għat-triq prinċipali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi xi drabi l-Pulizija tirċevi rapporti li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant tkun imblukkata minn vetturi li jkunu pparkjati b'tali mod li vetturi oħra ma jkunux jistgħu jgħaddu. Għalhekk il-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa skont il-Liġi, għax m'għandux ikun permess li t-toroq jiġu mblukkati.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6921 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7486.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6919 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inġibdu films f'Malta sena b'sena mill-1999 sal-lum? Kemm hu prospettat li jinġibdu films fil-bqija tas-sena? X'se jkun il-budget tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ films, flimkien ma’ xi xogħol ieħor ta’ produzzjoni li nġibdu f’Malta mill-1999 sas-sena 2008 huwa kif ġej:
Sena
Ammont ta’ produzzjonijiet li nġibdu f’Malta
1999
2
2000
18
2001
13
2002
16
2003
7
2004
7
2005
9
2006
10
2007
12
2008
8
Ta’ min iżid jgħid li r-riċessjoni dinjija wkoll qed tħalli impatt fuq din l-industrija u fis-sena 2009 għadu ma sar l-ebda xogħol ta’ produzzjoni f’Malta. Madankollu huwa proġettat li jkun hemm tliet xogħolijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ produzzjoni u li ċ-ċifra ta’ infiq f’Malta għall-ewwel żewġ produzzjonijiet ser tkun ta’ madwar €2.25m. Il-
budget
għat-tielet produzzjoni għad irid jiġi stabbilit.