Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8490 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

informazzjoni dwar nies li jirreġistraw

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8321, jista' l-Ministru jindika x'inhu l-livell skolastiku, kompetenza u ħiliet u ċertifikazzjoni fejn jidħlu: a) Nies jirreġistraw taħt part 1 taħt-il 25 sena? b) Nies jirreġistraw taħt part 1 bejn is-26 u 35 sena? ċ) Nies jirreġistraw taħt part 2 taħt-il 25 sena? d) Nies jirreġistraw taħt part 2 bejn is-26 u 35 sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi l-informazzjoni mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A turi dawk in-nies li qed jirreġistraw taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru u li għandhom taħt-il 25 sena u bejn is-26 u l-35 sena, filwaqt li Tabella B turi dawk in-nies li qed jirreġistraw taħt it-Tieni Parti tar-Reġistru, u li tinkludi dawk il-persuni taħt-il 25 sena u dawk ta’ bejn is-26 u l-35 sena rispettivament. Informazzjoni mogħtija hija bejn Marzu ta’ l-2008 u Marzu ta’ l-2009. Informat ukoll li l-informazzjoni mogħtija tinkludi persuni li kienu qed jirreġistraw f’kull xahar bejn Marzu ta’ l-2008 u Marzu ta’ l-2009 taħt l-ewwel jew it-tieni parti tar-reġistru.

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fondi Strutturali / ta' Koeżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) għal kemm fondi strutturali / ta' koeżjoni Malta, kienet tapplika għas-snin 2007 u 2008? b) kemm fil-fatt ġew utilizzati fondi strutturali/ ta' koeżjoni fis-snin 2007 u 2008? Kif intnefqu dawn il-fondi? Jista' jagħti iktar informazzjoni dwar is-€46 miljun li ġew depożitati fil-Bank Ċentrali Malti? Meta ġew depożitati? F'liema dati? Kif se jintużaw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni 04-06, Malta kienet applikkabbli għal fondi kif jidher fit-tabella numru 1. Tabella numru 2 turi l-ammonti u l-perċentwali assorbiti għal kull fond u għal kull sena. Fir-rigward ta’ l-ERDF, ESF, EAGGG, FIFG U EQUAL id-data ta’ għeluq tal-programm hija 30 ta’ Ġunju 2009. Min naħa l-oħra l-Fond ta’ Koeżjoni jagħlaq fis-sena 2010. Fir-rigward tal-Programm il-ġdid (2007-2013), Malta kienet applikabbli għal fondi kif jidher fit-tabella numru 3. Id-dati tal-għeluq tal-allokkazzjonijiet tal-2007 u tal-2008 huma l-31 ta’ Diċembru 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2011 rispettivament. Filwaqt li l-Gvern Malti ma’ tilifix żmien biex jibda jutilizza dawn il-fondi, ta’ min jiġbed l-attenzjoni illi l-proċess obbligatorju li kull Stat Membru jrid jgħaddi minnu biex ikun jista’ jutilizzahom huwa elaborat ferm. Għaldaqstant kif wieħed jista’ jinnota mit-tabella numru 4, il-Gvern Malti kien qed jagħmel ħiltu kollha biex jgħaddi minn dan il-proċess kemm jista’ jkun malajr, ħalli nibdew nużaw dawn il-fondi mingħajr telf ta’ żmien. Fil-fatt Malta kienet l-ewwel Stat Membru fost l-Istati Membri kollha li kisbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex timplimenta il-Programm 2007-2013. Bħala parti mill-ftehim finali fuq l-Programm ta’ Fondi Strutturali u ta’ Koezjoni 2007-2013, l-Istati Membri ġodda kellhom jirċievu antiċipu, kif qed jintwera hawn taħt: 2% u 2.5% tal-allokazzjoni totali tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni rispettivament fl-2007; 3% u 4% tal-allokazzjoni totali tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni rispettivament fl-2008; 2% u 4% tal-allokazzjoni totali tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni rispettivament fl-2009. L-ammont ta’ €46 million li Malta rċeviet huma fondi tal-Gvern Malti u ġew depożitati f’kont fil-Bank Ċentrali f’isem il-Gvern Malti. L-ammont ħa jintuża kif ġej: €22,198,901 fuq proġetti li jaqgħu taht l-ERDF; €5,600,000 fuq proġetti li jaqgħu taht l-ESF; €18,469,426 fuq proġetti li jaqgħu taht l-Fond ta’ Koeżjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabelli msemmija.

Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ

Question

In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jindika: 1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament; 2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini? 3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Wied il-Għajn — Triq Patri Wistin Born

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jagħmel it-Triq Patri Wistin Born, f'Wied il-Għajn? Jista' jgħid għaliex din ma kenitx inkluża fil-lista tat-toroq li se jsiru fiż-żmien qarib meta din l-istess triq ilha mħarbta għal dawn is-snin kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta r-riżorsi jkunu jippermettu meta jkunu magħmula x-xogħolijiet ta' prijorita' ogħla.

karta tal-'A' Level tal-Ingliż

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għandha xi tgħid fid-dawl tal-fatt li sar magħruf illi parti sostanzjali mill-karta tal-'A' Level tal-Ingliż (MATSEC) ta' din is-sena kienet preċiżament identika għall-karta li kienet ħarġet ftit tas-snin qabel, jiġifieri fl-2007? Taħseb li dan jagħti lok għal abbuż serju? Kif se tirrimedja għal dan kollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f’Seduta oħra meta l-informazzjoni kollha tkun miġbura.
Leg 11 PQ #8374 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 6920 u cioè: kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin iħaddmu n-nies magħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jgħati iktar informazzjoni dwar il-persuni konċernati biex tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.

mini-buses, taxis u karozzi tal-linja — assocjazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8305 u jindika x'laqgħat kellu din is-sena mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lil tal-mini buses, tat-taxis u tal-karozzi tal-linja? X'konklużjonijiet kien hemm f'kull waħda minn dawn il-laqgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena kelli sitt laqgħat ma' l-assoċjazzjonijiet imsemmija. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.

Wied il-Għajn — Kulleġġ St Thomas More

Question

Tenut kont li l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn preżentament tifforma parti mill-Kulleġġ St Thomas More u l-iskola u l-Kulleġġ sejrin tajjeb u l-ġenituri tat-tfal huma kuntenti b'dan il-Kulleġġ; Tenut kont ukoll li kien hawn diċerija konsistenti u serja li l-iskola primarja se tiġi tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Margerita u l-ġenituri tat-tfal tal-iskola primarja ta' Wied il-Għajn huma assolutament kontra din iċ-ċaqlieqa; Tenut kont ukoll li qatt ma kien hemm tfal minn Wied il-Għajn li attendew fil-Kulleġġ Santa Margerita għajr l-area secondary tal-bniet u allura r-rabta kienet dejjem bejn l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn u l-Kulleġġ St Thomas More, tista' l-Ministru sserraħ ras il-ġenituri ta' dawn it-tfal u tikkonferma li din l-iskola se tibqa' tifforma parti mill-Kulleġġ St Thomas More u mhux se tiġi tifforma parti mill-Kulleġġ Santa Margerita?

Response (CRISTINA, DOLORES)

M’hemm l-ebda deċiżjoni li l-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn tkun trasferita mill-Kulleġġ San Tumas More għal Kulleġġ Sta. Margerita. Nixtieq pero’ niċċara li s-subien kollha mill-iskola primarja meta jimxu għas-sekondarja jmorru fl-iskola tal-Verdala li hija fil-Kulleġġ Sta. Margerita u l-bniet li jmorru f’ Area Secondary , jattendu fl-iskola tal-bniet, Bormla, li wkoll tifforma parti mill-Kulleġġ Sta. Margerita. B’hekk s’issa huma l-bniet tal- Girls Junior Lyceum biss, li jibqgħu fil-Kulleġġ San Tumas More fl-eta’ ta’ l-iskola sekondarja, il-bqija tat-tfal ta’ Wied il-Għajn jattendu skejjel sekondarji fi ħdan il-Kulleġġ Sta. Margerita.

Pjani fuq l-armerija u state room

Question

Tista' l-Ministru tindika jekk, in vista tad-dikjarazzjonijiet li saru riċentament dwar il-pjani li għandu l-Gvern dwar l-armerija u l-istate room, dawn humiex se jibqgħu taħt ir-responsabbilità ta' Heritage Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma hemm l-ebda pjan biex dawn iż-żewġ siti jitneħħew mir-risponsabbilta’ ta’ Heritage Malta.

War Museum ġdid — ftuħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jerġa' jinfetaħ mill-ġdid il-War Museum? Veru li dan il-mużew kellu jinfetaħ mill-Prim Ministru fl-aħħar ġimgħat, iżda l-ftuħ ġie pospost minħabba ż-żjara tas-Sur Ban Ki Moon? X'qed iżomm lill-Gvern milli jiftaħ uffiċjalment dan il-mużew b'mod immedjat? Jagħmel sens li l-Mużew tal-Gwerra ilu minn Ħadd il-Għid miftuħ mill-ġdid għall-pubbliku mingħajr ma sar il-ftuħ mill-ġdid b'mod uffiċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba ż-żjara tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti is-Sur Ban Ki-Moon kellha tinbidel id-data tal-ftuħ uffiċjali tal-Mużew tal-Gwerra. Sa dan it-tant, dan il-Mużew diġa’ gawdewh il fuq minn 5000 ruħ. Il-ftuħ uffiċjali ser isir fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħal Safi — Triq il-Puniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Puniċi, f'Ħal Safi? Jista' jiddikjara jekk jaqbilx mal-mod bl-addoċċ li bih giet kostruwita hump bit-tarmac fil-bidu ta' din it-triq? X'se jsir biex l-affarijiet isiru kif suppost?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nursery b'xejn għall-ulied tal-impjegati tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tindika liema huma d-dipartimenti/entitajiet tal-Gvern li joffru servizz ta' nursery b'xejn għall-ulied tal-impjegati tal-Gvern? Kemm hu l-ammont ta' tfal li jattendu f'kull nursery, bl-isem ta' kull nursery? Hemm waiting list? Jekk iva, kemm hi twila l-lista ta' stennija vis-a-vis kull nursery? Il-Gvern beħsiebu jsaħħaħ dawn in-nurseries? Kif?

Response (CRISTINA, DOLORES)

M’hemm l-ebda dipartiment jew entita’ li joffri servizz ta’ nursery b’xejn għall-ulied tal-impjegati tal-Gvern.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-ministru jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin: a) iżżewġu Malti/ija? b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn? ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa? d) iħaddmu n-nies magħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ immigranti irregolari li jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa hu ta’ 895, filwaqt li n-numru ta’ dawk reġistrati bħala employers hu ta’ 2. Madankollu ta’ min jgħid illi din l-informazzjoni tapplika biss għas-snin 2003 ’l hawn. Għas-snin 1998 sa 2002, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6920 u jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin: a) iżżewġu Malti/ija? b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn? ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa? d) iħaddmu n-nies magħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6920.

Informazzjoni fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7279 u 6920 u jgħid kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin: a) iżżewġu Malti/ija? b) iżżewġu barrani/ja imma stabilixxew rwieħhom hawn? ċ) jaħdmu bi qliegħ u jħallsu l-bolla u taxxa? d) iħaddmu n-nies magħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6920.

Dipartiment tal-Artijiet — Ħlas ta' kera lil eredi ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jgħid għaliex il-Gvern m'għadux iħallas il-kera lill-eredi talli d-Dipartiment tal-Artijiet kien ħa proprjetà tal-istess fil-Belt Valletta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'jista' jsir biex l-eredi jerġgħu jibdew jieħdu kemm il-kera ta' b'lura u l-kera dovuta lilhom mil-lum 'il quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet se jieħu l-proċedura neċessarja biex tibda titħallas il-kera lill-eredi tal-persuna li d-dettalji tagħha ntbgħatu separatament billi bi żvista dawn il-proċeduri ma kienux itttieħdu meta mietet il-persuna indikata. L-eredi se jiġu ikkuntatjati mid-Dipartiment biex wara li jippreżentaw id-dokumenti neċessarji, jitħallsu kemm il-kera b’lura kif ukoll il-kera dovuta.
Leg 11 PQ #8251 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 190 u jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija mill-1987 'l hawn li tressqu b'xi akkuża quddiem il-Qorti tal-Maġistrati? Kemm minnhom instabu ħatja? Kemm kien hemm minnhom li: (a) weħlu sentenzi ta' ħabs; (b) weħlu sentenza ta' ħabs sospiża (ċ) weħlu multi (d) weħlu sentenzi ta' conditional discharge?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

mini-buses, taxis u karozzi tal-linja — assocjazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika x'laqgħat kellu din is-sena mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lil tal-mini buses, tat-taxis u tal-karozzi tal-linja? X'konklużjonijiet kien hemm f'kull waħda minn dawn il-laqgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.