Jista' l-Ministru jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Stante li l-Ministru kien wiegħed li fil-mument li Strada Merkanti tigi pedestrianalised se jingħataw permessi biex il-catering establishments joħorġu l-imwejjed u minħabba l-fatt li Strada Merkanti ġiet pedestrianalised il-kummerċ naqas direttament minħabba kwestjonijiet ta' parkeġġ, jista' l-Ministru jonora l-wegħda tiegħu u jagħti permessi biex il-catering establishments ta' Strada Merkanti jkunu jistgħu joħorġu l-imwejjed?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fejn jidħlu l-ex ħaddiema impressed li llum għadhom jaħdmu ma' l-Malta Development Corporation? Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage presenti?
Jista' l-Ministru jindika kemm fadal raħħala reġistrati mal-Għammieri f'Malta u f'Għawdex? Jista' jindika sena b'sena l-ammont ta' raħħala reġistrati minn Jannar 2004 sal-lum?
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra en masse li hu kien bagħat qabel l-elezzjoni ġenerali lill-ħaddiema tal-kumpannija GO?
X'għandu xi jgħid il-Prim Ministru issa li fost il-ħaddiema tal-kumpannija GO hemm biża' reali dwar l-impjieg tagħhom, bid-data li qed tissemma' kontinwament tkun l-aħħar ta' Mejju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħala Prim Ministru ma bgħatt ebda ittra en masse lill-impjegati tal-kumpanija GO fi żmien l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet.
Iżda nikkonferma li bħala Prim Ministru intervjenejt kemm qabel kif ukoll wara l-Elezzjoni Ġenerali biex insolvu l-postijiet tax-xogħol.
Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ
Question
In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8619 u 8365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jindika:
1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament;
2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini?
3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8665 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra en masse li hu kien bagħat qabel l-elezzjoni ġenerali lill-ħaddiema tal-kumpannija GO?
X'għandu xi jgħid il-Prim Ministru issa li fost il-ħaddiema tal-kumpannija GO hemm biża' reali dwar l-impjieg tagħhom, bid-data li qed tissemma' kontinwament tkun l-aħħar ta' Mejju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8665.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8671 u 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina?
Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8652 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ħaddiema ta' Heritage Malta li ħadmu biex ilestu l-mużew tal-gwerra ma ġewx mistiedna fil-ftuħ uffiċjali ta' l-istess mużew? Għalfejn minflok ġew mistiedna f'ġurnata oħra? Ma kienx ikun aktar għaqli li jiġu mistiedna fl-istess ġurnata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħaddiema ta Heritage Malta, flimkien mal-familji tagħhom, ġew mistiedna għall-preview organizzat speċjalment għalihom qabel infetaħ dan il-mużew għall-pubbliku u ingħataw ukoll token bħala ringrazzjament waqt ir-riċeviment.
Jista' l-Ministru jgħid xi jfisser li wieħed ikun reġistrat bħala substitute għall-finijiet tat-trade licensing ta' ħwienet kummerċjali? X'inhuma l-obbligi u d-drittijiet ta' sostitut? X'inhuma l-obbligi u d-drittijiet tal-persuna prinċipali li fuqha jkun reġistrat il-permess għal operazzjoni ta' ħanut kummerċjali fil-konfront tas-sostitut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Avvizż legali bin-numru 1/2006 artikolu 6(3) jispeċifika illi applikant għall-liċenzja tal-kummerċ għandu il-fakulta illi jsemmi, fl-istadju tal-applikazzjoni, lil dak l-individwu li effettivament se jkun responsabli mit- tmexxija tal-ħanut, f`dawk il-każijiet fejn il-liċenzjat effettivament ma jkunx fil-ħanut hu. Din il persuna iżda ma jkolliex l-ebda liċenzja tal-kummerċ maħruġa f`isimha.
Minkejja il- fatt li t-tmexxija tal-ħanut tkun f`idejn bniedem ieħor, il-liċenzjat jibqa , għal finijiet ta liġi, dik il-persuna li tibqa responsabbli għal liċenzja tal-kummerċ. Għaldaqstant dan l-arranġament hu konvenjenti għal dawk in-nies li għandhom iktar minn ħanut wieħed u għalhekk ma jkunux jistgħu jkunu fiżikament preżenti fihom il ħin kollu.
importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi
Question
Jista' l-Ministru jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali?
X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara li fiż-Żejtun il-grawnd tan-nine aside tal-Junior Lyceum (bniet) jkun jista' jintuża miż-Żejtun Corinthians wara l-ħinijiet ta' l-iskola bħalma jiġri f'irħula oħrajn bħal Ħal Kirkop u Bormla taħt l-iskemi ta' sħubija bejn il-klabbs tal-futbol u l-iskejjel tal-Gvern?
Stante li ż-Żejtun Corinthians għandhom proġetti biex itejbu dan il-ground u ż-Żejtun ingħaqad biex jagħti spinta lill-qasam sportiv, tista' l-Ministru tara li din l-isħubija bejn l-iskola tal-bniet u l-Corinthians issir malajr kemm jista' jkun, idealment qabel it-13 ta' Lulju meta jibda t-training ta' qabel is-season li jmiss?
In oltre, iż-Żejtun Corinthians jeħtiegu wkoll l-użu tat-track li hemm fl-iskola tal-bniet tal-Junior Lyceum għall-finijiet ta' pre-season. Tista' l-Ministru tara li dan l-użu jkun jista' jsir fil-ħinijiet ta' filgħaxija bla diffikultajiet ta' xejn, kif isir f'irħula oħra bħal per eżempju Ħal Kirkop?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8525.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummissjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ
Question
In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jindika:
1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament;
2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini?
3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 8368 u tgħid x'għandha xi tgħid fid-dawl tal-fatt li sar magħruf illi parti sostanzjali mill-karta tal-'A' Level tal-Ingliż (MATSEC) ta' din is-sena kienet preċiżament identika għall-karta li kienet ħarġet ftit tas-snin qabel, jiġifieri fl-2007? Taħseb li dan jagħti lok għal abbuż serju? Kif se tirrimedja għal dan kollu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-mistoqsija in kwestjoni hija waħda minn disa’ mistoqsijiet li jridu jwieġbu l-istudenti fl-eżami kollu tal-Ingliż fil-Livell Avvanzat. Il-mistoqsijiet kollha għandhom l-istess marka. Miċ-ċirkustanzi tal-każ jidher ċar li ma kienx hemm intenzjoni ta’ abbuż. L-eżaminaturi se jieħdu azzjoni biex ħadd mill-istudenti ma jkun żvantaġġjat.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra en masse li hu kien bagħat qabel l-elezzjoni ġenerali lill-ħaddiema tal-kumpannija GO?
X'għandu xi jgħid il-Prim Ministru issa li fost il-ħaddiema tal-kumpannija GO hemm biża' reali dwar l-impjieg tagħhom, bid-data li qed tissemma' kontinwament tkun l-aħħar ta' Mejju?