Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9375 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — oqsma għal tfal bid-dijabete

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9201 u jiddikjara meta f'Għawdex se jkun hemm assenjati speċjalisti fil-qasam tad-dijabete tat-tfal? Huwa sew li tfal Għawdxin b'din il-kundizzjoni, ikollhom jinżlu Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ispecjalisti tal-Pedjatrija u tal-Mediċina fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huma responsabbli għas-servizz lil tfal u żgħażagħ Għawdxin morda bid-dijabete. Is-servizzi ta’ sub-specialization fid-dijabete disponibbli fl-Istpar Mater Dei jikkumplimentaw dan is-servizz.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9208 u 8915 u jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi

Question

Jista' l-Ministru jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali? X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel nett wieħed irid jikklarifika li trademark tista tkun protetta f'Malta permezz ta' wieħed minn dawn il-modi: · Jekk tkun reġistrata mad-Diviżjoni tal-Kummerċ (direttorat ta’ reġistrazzjoni ta' propjeta’ industrijali) · Jekk tkun reġistrata bħal Community Trademark li tgħodd għall-pajjiżi membri kollha tal-UE inkluż Malta · Jekk tkun well known Mark skond il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Propjeta Industrijali Is-sid tat- Trademark ikollu dritt esklussiv għat- trademark u terzi persuni ma jistgħux jużaw jew jimportaw prodotti, fil pajjiżi fejn din it- trademark tkun protetta, b'dik it- trademark jew b' trademark simili li tista tinganna il-konsumatur. Huwa is-sid mhux l - exclusive agent li jista jieħu azzjoni legali f'każ li dan id-dritt ikun qiegħed jinkiser. Tajjeb li wieħed jagħmilha ċara li d-dritt ma jinkisirx għax persuna timporta prodotti oriġinali tal-istess marka tal-istess sid minn post differenti li jimporthom l- exclusive agent imma meta l-marka tal-prodott importat tkun ta' sid differenti minn dik li hi protetta f'Malta. Barra minn hekk infakkar li parallel importation minn importaturi differenti ta' prodotti oriġinali bil-marka oriġinali tal-istess sid. Jeżistu diversi mekkaniżmi permezz ta’ liġjiet u proċeduri legali li jobbligaw Awtoritajiet u Dipartimenti governattivi sabiex jissalvagwardjaw lill-konsumatur milli jiġi offrut għall-bejgħ oġġetti kontraffatti. L-Awtorita’ tad-Dwana hija waħda minn dawn l-Awtoritajiet. Bis-saħħa ta’ l-Att numru VIII tas-sena 2000, kapitolu 414 tal-liġijiet ta’ Malta, li jistabbilixxi drittijiet dwar proprjeta’ intellettwali (Miżuri intrakonfini), d-Dwana għandha s-setgħa li tieħu azzjoni meta oġġetti jkunu allegati li jikkontravvjenu drittijiet ta’ proprjeta’ intellettwali. L-awtorita tad-Dwana teħtieġ li jkollha applikazzjoni għall-azzjoni minn sid tal-markju jew tal-propjeta’ intelletwali sabiex taġġixxi f’ismu u tissalvagwardja d-dritt tal-propjeta’ intelletwali tiegħu. Dan irid ikun reġistrat ma’ l-Uffiċċju tal-Propjeta’ Industrijali ġewwa id-Dipartiment tal-Kummerċ. L-awtorita’ tad-Dwana tista’ wkoll taġġixxi anke meta l-markju involut ma jkollux applikazzjoni għall-azzjoni irreġistrata ma’ l-awtorita’ tad-Dwana għall-protezzjoni tal-propjeta’ intelletwali; din l-azzjoni isir ‘ex-officio’. Jekk waqt l-iskrutinju tal-merkanzija taħt xi waħda mill-proċeduri doganali jkun jidher b’mod ċar jew suspettat li l-oġġetti għar-rilaxx jistgħu jikkontravvjenu dritt ta’ proprjeta’ intellettwali, ir-rilaxx tal-merkanzija tiġi sospiża. Jiġu elevati kampjuni għall-eżami mid-detentur legali tad-dritt tal-markju li jista’ iwassal sabiex jittiehdu azzjonijiet legali bis-saħħa tal-Att numru 414 ġewwa l-Qorti Ċivili ta’ Malta. Il-merkanzija involuta tinżamm taħt il-kustodja ta’ l-awtorita tad-Dwana sakemm ikun hemm sentenza tal-Qorti Ċivili. L-awtorita tad-Dwana hija eżenta minn responsabbilta’ meta oġġetti kontrafatti ma jkunux ġew identifikati u għalhekk ma tittiehed ebda azzjoni għaż-żamma tagħhom mir-rilaxx. Jekk fiż-żmien stipulat skond l-istess Att numru 414 ma jittiehdux passi legali mid-detentur tad-dritt fil-Qorti Ċivli ta’ Malta l-awtorita tad-Dwana tirrilaxxa il-merkanzija. Is-setgħa ta’ azzjoni mill-awtorita’ tad-Dwana hija fil-parametri tar-Regolamenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea numru 1383/2003 u 1891/2004 u tapplika biss fuq merkanzija dieħla, ħierġa, trasbort, transitu jew f’ri-esportazzjoni minn Malta, minn barra jew għal ġewwa l’istess Unjoni Ewropea.

importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8699 u jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali? X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8699.
Leg 11 PQ #9204 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strada Merkanti — Catering establishments

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8981 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Traport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Stante li l-Ministru kien wiegħed li fil-mument li Strada Merkanti tigi pedestrianalised se jingħataw permessi biex il-catering establishments joħorġu l-imwejjed u minħabba l-fatt li Strada Merkanti ġiet pedestrianalised il-kummerċ naqas direttament minħabba kwestjonijiet ta' parkeġġ, jista' l-Ministru jonora l-wegħda tiegħu u jagħti permessi biex il-catering establishments ta' Strada Merkanti jkunu jistgħu joħorġu l-imwejjed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għammieri — raħħala reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9015 u jindika kemm fadal raħħala reġistrati mal-Għammieri f'Malta u f'Għawdex? Jista' jindika sena b'sena l-ammont ta' raħħala reġistrati minn Jannar 2004 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

MDC — Ex Ħaddiema - allowance - basic wage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8987 u jgħid fejn jidħlu l-ex ħaddiema impressed li llum għadhom jaħdmu ma' l-Malta Development Corporation? Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2000 l-ex ħaddiema impressed ġew maħtura fil-grad ta’ Labourer (ex-Impressed Driver) fi Grupp I tal-Gradi Industrijali, skala ta’ salarju 20. Peress li l- allowance tifforma parti mill-kondizzjonijiet tax-xogħol, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8912 u 8699 u jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali? X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8699.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8915 u jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vettura — kwestjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-data fuq l-ID card hija d-data li minnha tibda tiswa’ (tkun valida) dak id-dokument, jew aħjar id-data li fiha l-persuna tkun marret biex tagħmel id-dokument. Dan fl-ebda mument ma jindika d-data ta’ meta l-persuna filfatt tkun ġiet toqgħod permanentament ġewwa Malta. Tant hu hekk illi kif spjega l-Onor. Interpellant stess fil-mistoqsija parlamentari 8033, din il-persuna ġiet toqgħod permanentament ġewwa Malta f’Ottubru 2008. Id-data indikata qabel, dik ta’ l-1 ta’ Lulju, hija d-data li toħroġ mill fatt li sas-sena l-oħra, persuna tista tkun ġiet Malta bħala turist għal perjodu ta’ sitt xhur mingħajr ma jkollha ebda obbligu ta’ reġistrazzjoni. Kien għalhekk li l-Gvern iddeċieda li min kien Malta, anke f’dak iż-żmien (sitt xhur mill-aħħar tas-sena), seta jkun intitolat għall-din l-eżenzjoni. Dan ma jfissirx li persuna li bejn l-1 ta’ Lulju u 3 ta’ Novembru tkun ġiet Malta b’mod permanenti tkun intitolata għall eżenzjoni awtomatikament. Il-persuna xorta waħda trid turi li għalkemm kienet Malta qabel it-3 ta’ Novembru, hi permanentament baqgħet toqgħod f’Malta wara dik id-data. F’dan il-każ partikolari, mid-dokumenti li l-persuna ipproduċiet, kif ukoll kif iddikjara l-Onor. Interpellant, l-applikant sar resident permanenti f’Malta f’Ottubru 2008.

Taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vettura — kwestjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8652 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8652.

Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ

Question

In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8814, 8619 u 8365 u jindika: 1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament; 2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini? 3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8816, 8671 u 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vettura — kwestjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8818 u 8652 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8033, tenut kont tal-fatt li r-residenza uffiċjali lil din il-persuna ingħatat fis-26 ta' Novembru 2008 (ara kopja ta' l-ID card), tenut kont ukoll li l-vettura inġiebet Malta wara l-1 ta' Lulju 2008 (Dok B), tenut kont li din il-persuna diġà applikat u tat diversi dokumentazzjoni u tenut kont ukoll li l-istess persuna ingħatat risposta li bir-rispett kollu ma tagħmel sens ta' xejn la jekk taqraha u lanqas mil-lat legali (Dok C) u tenut kont li din il-persuna ċittadin membru ta' Stat fl-Unjoni Ewropea, li qiegħda Malta, tħallas it-taxxi u taħdem bi qliegħ, ilha tirsisti biex il-karozza li dejjem kellha tkun tista' tirreġistraha Malta għal dawn l-aħħar tliet xhur, jista' l-Ministru jidħol f'dan il-każ u jispjega b'mod ċar x'irid isir f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8652.
Leg 11 PQ #9200 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li jaħdmu ta Korpi Governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9201 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — oqsma għal tfal bid-dijabete

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara meta f'Għawdex se jkun hemm assenjati speċjalisti fil-qasam tad-dijabete tat-tfal? Huwa sew li tfal Għawdxin b'din il-kundizzjoni, ikollhom jinżlu Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6917 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art f'Malta u f'Għawdex

Question

Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7735.
Leg 11 PQ #7735 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 6917 u cioè: Bħala persentaġġ mill-art kollha Maltija u Għawdxija, jista' jgħid kemm hemm art (i) xagħri (ii) saqwi (iii) żviluppat? Kemm tikkompara din ir-rata ma' għaxar snin, 20 sena u 30 sena ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-IACS jirreġistra art biss iddikjarata mill-bidwi għal skopijiet ta’ sussidju. L-art moxa mhiex inkluża; u għalhekk mhux l-art kollha tiġi reġistrata. L-erja ta’ Malta fiha madwar (skond l-NSO) 31,000 ettaru. Skond il- Farm Structure Survey 2007 tal-NSO iddikjarat li hawn madwar 11,000 ettaru ta’ raba maħdum. Tlett elef (3,000) ettaru minn dawn huwa raba saqwi u tmint elef (8,000) ettaru li jifdal huma raba bagħli. L-informazzjoni mitluba dwar il-perjodi ta’ snin ma tinżammx. L-informazzjoni dwar art żviluppata tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

importazzjoni ta' ħwejjeġ ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8699 u jispjega preċiżament x'inhi l-pożizzjoni ta' min jixtieq jimporta ħwejjeġ oriġinali ta' ditti mondjali minn pajjiżi terzi bħalma huma l-Indja, iċ-Ċina, l-Brażil u r-Russja fejn jidħlu kwestjonijiet ta' Trademark meta jkun hawn f'pajjiżna stess exclusive agents ta' l-istess ditti mondjali? X'mekkaniżmu jeżisti biex il-konsumatur ikun moħħu mistrieħ illi jekk importatur importa prodotti tal-ħwejjeġ ta' ditta mondjali allegatament oriġinali minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea dawn verament ikunu oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.