Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9097, 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Diżabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.

parteċipazzjoni ta' pajjiżna fil-Formula 1

Question

Tista' l-Ministru tiddikjara jekk il-Gvern tefax ħarstu lejn il-parteċipazzjoni ta' pajjiżna fil-Formula 1? Kien hemm kuntatti f'dan is-sens? Jekk iva, x'konklużjonijiet ħallew? Jekk le, qatt saru studji dwar il-feasibility ta' pajjiżna f'xi ħaġa bħal din?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont informazzjoni migbura jidher illi fil-passat, għall-ħabta tal-1999, kienu saru xi proposti simili lill-Ministeru li dak iż-żmien kien responsabbli mill-iSport. Matul din il-legislatura, ma ttieħdet ebda konsiderazzjoni f’dan ir-rigward. Madankollu il-Gvern huwa miftuħ għal kull proposta li tasallu.

MITP — informazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tiddikjara: 1) Kemm hi n-nefqa allokata għall-MITP għas-sena li qegħdin fiha u kif tinqasam? 2) Kemm ittellgħu produzzjonijiet teatrali fl-MITP bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-aħħar ta' Mejju 2009? Liema kienu? Kemm attendew nies f'kull produzzjoni? 3) Kemm daħħal revenue il-Gvern mill-MITP? 4) Taħseb il-Ministru li l-MITP għandu bżonn facelift strutturali biex il-post jilqgħek iktar? Għandu xi ħsieb dwar dawn il-linji l-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ispiża għas-sena 2009 biex jinżamm l-MITP, huwa ta’ madwar €5680 li hija allokata permezz tal-Uffiċċju tal-Estates and Works tal-Università. In-numru totali ta’ produzzjonijiet kien ta’ 32 u imqassmin hekk: Band – 3 Drama – 8 Comedy – 2 Musical – 1 Theatre Exams – 2 Kunċert – 2 University Theatre Workshop – 4 Performances tal-iskejjel – 10 Numru totali ta’ performances: 131 Informazzjoni dwar in-numru ta’ nies li attendew għal kull produzzjoni tinżamm mill-kumpaniji infushom li huma responsabbli għall-bejgħ tal-biljetti tal-produzzjonijiet tagħhom stess. L-Universtità ta’ Malta tinkoraġġixxi attivitajiet teatrali permezz tal-MITP. Ħafna minn dawn l-attivitajiet huma produzzjonijiet teatrali esperimentali jew alternattivi li probabilment ma jitgħellux f’postijiet oħra f’Malta u Għawdex. Għal dan l-għan, ir-responsabbiltà professjonali tal-operat tal-MITP, ġiet afdata mill-Università lill- Kooperativa Kulturali Universitarja (KKU). Il-KKU mhix entita’ tal-Universita’, u meta tagħmel xi profitt din terġa tinvestieħ fuq produzzjonijiet ġodda jew fuq il-manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-MITP. Għalhekk l-Universita’ ma taqlax flus direttament mill-MITP. Hemm ħsieb li s-sitwazzjoni tiġi reveduta jekk il-faċilitajiet ta’ teatru jiġu żviluppati aktar fil-futur, hekk kif iktar mill-ispazji okkupati minn entitajiet terzi fil-bini tal-Università l-Belt jiġu vakati u rritornati lill-Università. Hemm ħsieb li dawn l-ispazji jiġu użati mill-Università għall- performing arts li jinkludu teatru, danza u mużika, kif ukoll koreografija bbażata fuq l-aħjar użu ta’ teknoloġija diġitali. B’hekk meta jsir dan, l-Università tispera li tkun tista’ tiġġenera introjtu li jgħin biex isostni attivitajiet għal dan l-għan. Fit-teatru tal-MITP, diġà sar titjib strutturali permezz ta’ seating aħjar u faċilitajiet oħra aħjar bħal toilets ġodda. Hemm pjan biex isir refurbishment tat-teatru kollu. Dan ħa jsir f’fażijiet u fuq medda ta’ snin. It-titjib imsemmi hawn fuq jagħmel parti mit-titjib li qed isir fuq short u medium term. Titjib strutturali ieħor ser isir skont kemm jippermettu l-fondi allokati.

Karnival — Post ġdid għad-dilettanti

Question

Tista' l-Ministru tispjega fiex waslu t-taħdidiet mad-dilettanti tal-Karnival dwar post minn fejn huma joperaw, anke fid-dawl tal-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni? X'se jiġri wara l-2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-taħdidiet mad-dilettanti tal-Karnival dwar il-postijiet jinsabu għaddejja u qed jiġu evalwati diversi postijiet minn fejn dawn jistgħu joperaw għall-Karnival ta’ Malta.

Forti Sant'Iermu — riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif se ssir ir-riġenerazzjoni tal-Forti Sant'Iermu u x'inhuma t-timeframes relattivi? X'nefqa hi proposta item, item? Se jkun hemm applikazzjoni għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Forti Sant'Iermu — riġenerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif se ssir ir-riġenerazzjoni tal-Forti Sant'Iermu u x'inhuma t-timeframes relattivi? X'nefqa hi proposta item, item? Se jkun hemm applikazzjoni għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea dwar dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-riġenerazzjoni tal-Forti Sant’Iermu hija ppjanata li ssir fuq tlett fażijiet. L-ewwel fażi hija dik ta’ Upper St.Elmo, it-tieni fażi hija dik ta Lower St.Elmo, fil-waqt li t-tielet fażi tikkonċerna l-Evans Building . Jien infurmat ukoll li għadhom qed isiru l-istudji neċessarji biex tiġi evalwata in-nefqa globali u time frames ta’ dan il-proġett u hemm il-ħsieb li ssir applikazzjoni għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #9793 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera eletti — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: 1) Kemm huwa l-ammont ta' kunsilliera li ġew eletti fl-aħħar round tal-kunsilli lokali li għandhom l-età ta' bejn it-18 u l-25 sena? 2) Kemm huwa l-ammont ta' kunsilliera li ġew eletti fl-aħħar round tal-kunsilli lokali li għandhom l-età ta' bejn is-26 u l-35 sena? 3) Ma' liema partit jappartjenu? 4) Kemm minn dawk indikati f'punt (1) u (2) huma nisa? Ma' liema partit jappartjenu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9587 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

MDC — Ex Ħaddiema - allowance - basic wage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9400 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9206, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioè: Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9372, 9096, 8816, 8671 u 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-1 ta' Ġunju 2009, l-ADT kitbet lill-persuna li qed jirrefri għaliħa l-Onor. Interpellant dwar x'jista' jsir fuq il-każ.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9392, 9208 u 8915 u jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9371,9097, 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li jifhem u japprezza l-preokkupazzjoni tal-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b’Diżabilita, waqt li kienet għaddejja r-riforma, il-Gvern ikkonsulta ma diversi entitajiet, fosthom il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita, sabiex dawk il-persuni li kienu ntitolati għal konċessjonijiet speċjali, ma jkunux affettwati b’mod negattiv. Huwa importanti li jingħad, li għalkemm meta kienet qed tinħadem is-sistema l-ġdida u mill-istudji li ġew ippreżentati, ma deherx illi ser ikun hemm persuni li ser ikunu f-pożizzjoni agħar, riċentament, il-Kummissjoni Nazzjonali persuni b’Diżabilita talbet lil Gvern sabiex jiltaqa mal-membri tagħha sabiex filwaqt li jiġu spjegati ċerti aspetti tas-sistema l-ġdida, jinstemgħu ukoll xi ilmenti u suġġerimenti ġodda. Dawn is-suġġerimenti qed jiġu studjati.
Leg 11 PQ #9666 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema mal-Korpi Governattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9374 u 9200 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Karozza tal-linja bin-numru 300

Question

Peress li r-rotta numru 300 ma tkoprix ir-raħal ta' Wied il-Għajn (b'eċċezzjoni ta' darba għas-7.30 am) imma tasal biss sa Ħaż-Żabbar kull siegħa, jaħseb il-Ministru li dan mhuwiex sewwa mal-poplu ta' Wied il-Għajn li għandu jkollu aċċess bħall-irħula kollha l-oħra għall-Isptar Mater Dei u lura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament hemm żewġ ħinijiet bir-rotta 300 li jitilqu minn Wied il-Għajn. Dawn huma tas-6.30 u tas-7.00 ta’ filgħodu. Madanakollu, is-suġġeriment li jiżdiedu l-ħinijiet ta’ dan is-servizz ser jiġi ikkunsidrat fil-qafas tar-riforma tat-trasport pubbliku.

Għammieri — raħħala reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9205 u 9015 u jindika kemm fadal raħħala reġistrati mal-Għammieri f'Malta u f'Għawdex? Jista' jindika sena b'sena l-ammont ta' raħħala reġistrati minn Jannar 2004 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li n-numru ta’ raħħala f'Malta u f'Għawdex reġistrati mal-Għammieri mill-2004 sa llum huwa kif ġej:- Malta Għawdew 2004 119 48 2005 111 45 2006 108 46 2007 99 45 2008 97 43 2009 92 39
Leg 11 PQ #9394 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strada Merkanti — Catering establishments

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9204 u 8981 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Traport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Stante li l-Ministru kien wiegħed li fil-mument li Strada Merkanti tigi pedestrianalised se jingħataw permessi biex il-catering establishments joħorġu l-imwejjed u minħabba l-fatt li Strada Merkanti ġiet pedestrianalised il-kummerċ naqas direttament minħabba kwestjonijiet ta' parkeġġ, jista' l-Ministru jonora l-wegħda tiegħu u jagħti permessi biex il-catering establishments ta' Strada Merkanti jkunu jistgħu joħorġu l-imwejjed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern lesta disinji għall-street furniture ta’ Triq il-Merkanti. Id-disinji jkopru wkoll l-imwejjed u s-siġġijiet. Il-Gvern ser jipproduċi hu stess din l-għamara u dan sabiex jiġi żġurat uniformità u kwalità fil-prodott. Dan l-i street furniture ser ikompli jsebbaħ Triq il-Merkanti, triq li reġgħet ħadet ħajja ġdida wara li wettaqna l-proġett ta’ pavimentar u wara li t-triq saret żona pedonali. Assolutament ma naqbilx mal-kumment li l-kummerċ f’din it-triq naqas. Prova ċara ta’ dan huwa l-investiment li qed jagħmlu l-ħwienet li qegħdin f’din it-triq sabiex isebbħu l-ħanut tagħhom. Fil-ġranet li ġejjin ser jiġu pubblikati dawn id-disinji filwaqt li jsiru laqgħat mas-sidien ta’ stabbilimenti kummerċjali ta’ din it-triq.
Leg 11 PQ #9400 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

MDC — Ex Ħaddiema - allowance - basic wage

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9206, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioè: Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9097, 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ipparkjar ta' karozzi quddiem residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9096, 8816, 8671 u 8564 u jara x'jista' jsir fuq il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, sabiex tiġi solvuta l-problema akuta li qed tgħaddi minnha din il-familja li qed jipparkjawlhom il-karozzi litteralment quddiem il-bieb tad-dar tagħhom, jiġifieri bl-exhaust pipe iħakkek mal-bieb ta' barra, apparti li qed jostakolawlhom il-passaġġi u l-bankina? Tista' ssir xi ħaġa biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ

Question

In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9093, 8814, 8619 u 8365 u jindika: 1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament; 2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini? 3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Monument tas-sette Giugno ser jinżamm f’bini utilizzat mill-Valletta Rehabilitation Committee. Rigward ir-rilokazzjoni tal-karozzini, jien infurmat li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet dwar dan mal-ADT. Il-Membri Parlamentari, l-AĠ, l-PSC u nies oħra li għandhom parkeġġ riservat, ser ikuni jistgħu jipparkjaw kemm fl-istess pjazza kif ukoll fit-triq ir-Repubblika. Dan l-arranġament ġie diskuss mal-Uffiċċju tal-iSpeaker tal-Parlament u l-entitajiet l-oħra. Ser ikun hemm ukoll postijiet riservati għal- parking ta’ nies b’disabiltà.
Leg 11 PQ #9374 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li jaħdmu ta Korpi Governattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9200 u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-mistoqsija tiegħu jidher li qiegħed jirreferi għal pensjoni tas-servizz li tħallas taħt l-Ordinanza tal-Pensjoni. Għalhekk nitlob l-Onor. Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.