Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7624 u 9888 li oriġinarjament saru lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u lill-Ministru għall-Politika Soċjali rispettivament u issa ġew riferuti lilu u cioè jispjega x'inhi l-iskema konnessa mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħha jingħataw ross u għaġin lill-familji fil-bżonn? Min jirregola t-tqassim ta' dan l-ikel? Kif jigi aċċertat li kollox jimxi skond is-sewwa?
Kemm tqassmu ross u għaġin jew ikel ieħor taħt din l-iskema, sena b'sena minn kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea? F'liema rħula tqassmu? Kemm gawdew familji?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9812, 9587 u 9400 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9206, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioè: Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’hiex il-policy tal-gvern li allowance marbuta mal-użu tal-vettura issir parti mis-salarju, ukoll għaliex din l-allowance tista’ tvarja bejn persuna u oħra skond is-servizz li tingħata.
B'referenza għat-tfal Għawdxin li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete, jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk kienx hemm żviluppi u jekk iva, kif wasal il-Gvern għal din is-soluzzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9374 u 9200 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korpi Governattivi li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant kienu korpi para-militari. Nassumi, illi fil-mistoqsija tiegħu meta semma l-pensjoni, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal pensjoni tat-Teżor.
Ninsab infurmat illi skont l-Artiklu 2 tal-Ordinanza tal-Pensjonijiet, servizz f’kariga ċivili biss jista’ jiġi meqjus bħala servizz għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor. Għaldaqstant, peress illi s-servizz fil-Korpi hu meqjus bħala servizz militari, dan is-servizz ma jgħoddx bħala servizz għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor, minkejja li persuni involuti jkunu daħlu f’dawn il-Korpi qabel il-15 ta’ Jannar 1979.
Iżda jekk persuna kienet membru ta’ xi Korp u wara tkun ħadet impjieg fis-Servizz Pubbliku qabel il-15 ta’ Jannar 1979, dik il-persuna tkun intitolata għall-pensjoni tat-Teżor għax tkun daħlet f’kariga ċivili qabel id-data effettiva. Il-perjodu li tkun għamlet fil-Korp iżda ma jkunx jgħodd bħala servizz għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor. Bil-maqlub, persuna li tkun daħlet fis-Servizz Pubbliku qabel il-15 ta’ Jannar 1979, jkollha s-servizz tagħha jgħodd għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor, peress illi s-servizz tagħha jkun f’kariga ċivili.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9793 u jgħid:
1) Kemm huwa l-ammont ta' kunsilliera li ġew eletti fl-aħħar round tal-kunsilli lokali li għandhom l-età ta' bejn it-18 u l-25 sena?
2) Kemm huwa l-ammont ta' kunsilliera li ġew eletti fl-aħħar round tal-kunsilli lokali li għandhom l-età ta' bejn is-26 u l-35 sena?
3) Ma' liema partit jappartjenu?
4) Kemm minn dawk indikati f'punt (1) u (2) huma nisa? Ma' liema partit jappartjenu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9790 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kif se ssir ir-riġenerazzjoni tal-Forti Sant'Iermu u x'inhuma t-timeframes relattivi? X'nefqa hi proposta item, item? Se jkun hemm applikazzjoni għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea dwar dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9811, 9666, 9374 u 9200 u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9798 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jiddikjara għaliex l-Employment Commission imwaqqfa taħt il-Kostituzzjoni biex tħares lill-ħaddiema tal-Gvern kontra abbużi ta' diskriminazzjoni politika, mhijiex komposta? Jaf li dan kollu wassal biex il-kawżi kollha li kien hemm quddiem l-Employment Commission ġew tronkati intempestivament? Jaħseb li dan fih innifsu huwa inaċċetabbli f'soċjetà demokratika fejn suppost flimkien kollox possibbli? Għaliex l-Employment Commission mhijiex komposta? Jekk hi kwistjoni ta' appuntar ta' membri, għaliex ma sarx kollox minn qabel biex din iċ-ċirkostanza tant infeliċi ma tavverrax ruħha? Kemm ġew diferiti seduti minħabba n-nuqqas ta' kompożizzjoni? X'se jagħmel biex illum qabel għada l-Employment Commission terġa' tkun komposta skont ma trid il-Kostituzzjoni? Kemm ġew deċiżi kawżi quddiem l-Employment Commission bejn l-1998 u llum? Kemm minnhom kienu favur ir-rikorrent u kemm minnhom inqatgħu kontra r-rikorrent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-process biex tiġi komposta il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi għandu jiġi konkluż fil-ġranet li ġejjin.
Minħabba n-nuqqas ta' komposizzjoni, tlett seduti ġew differiti. Quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi gew deciżi għaxar kawżi bejn l-1998 u llum. Tlieta minn dawn kienu favur ir-rikorrent, filwaqt li s-sebgħa l-oħra kienu kontra r-rikorrent.
Koppja li tgħaddi minn separazzjoni — annotazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'tipi ta' annotazzjonijiet x'isiru fiċ-ċertifikati relattivi ta' koppja li tkun għaddiet minn separazzjoni bonarja jew b'sentenza? Kien hemm xi bidla b'dan is-sens riċentiment? Hemm differenza skont is-sess ta' dak li jkun? Kemm kien hemm nisa bejn l-1 ta' Lulju 2008 u l-1 ta' Lulju 2009 li ddeċidew li jaqilbu għal kunjom xbubithom ma' separazzjoni? Kemm hemm nisa li ddeċidew li jżommu l-kunjom tar-raġel tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-annotazzjoni hija waħda ‘standard’ skond Sezzjoni 62 (1) tal-Kodiċi Ċivili . Reċentement ma kien hemm ebda bdil f’dan is-sens u ma teżisti ebda differenza skond is-sess fir-rigward tas-separazzjonijiet. Iżda ta’ min jinnota, li s-separazzjonijiet annotati fuq l-att taż-żwieġ huma dawk ta’ nisa li jirrevertu għal kunjom xbubithom. Skond l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku, mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Gunju 2009, 208 jirrivertu għal kunjom xbubithom u 266 iżommu kunjom ir-raġel.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9867 u jispjega lill-Parlament x'inhi l-qagħda li jinsab fiha l-ilma tal-Magħluq f'Wied il-għajn ? Għaliex il-ħut tal-Magħluq qed imut kollu? Possibbli l-Gvern m'għandux pjan ta' azzjoni konkreta biex dan il-post potenzjalment tant sabiħ f'Wied il-Għajn jisbieħ? Jekk għandu, jista' jpoġġi l-istudji tal-Gvern fuq dan is-settur fuq il-Mejda tal-Kamra?
B'referenza għat-tqassim tal-bozoz energy saving, jista' l-Prim Ministru jippreċiża jekk dawn humiex se jingħataw skont il-familja jew skont l-ammont tal-meters tad-dawl u l-ilma li kull familja jkollha?
Tista' l-Ministru tiddikjara x'sar mill-aħħar elezzjoni fit-twettiq tal-wegħda li Għawdex issir gżira ekoloġika? X'inhuma l-miri ewlenin tal-Gvern biex dan l-istatus ta' eko-Għawdex jintlaħaq? Liema huma t-timeframes skont kull mira (turiżmu, kwalità ta' l-arja eċċ.)?
Tista' ukoll tindika kemm ġew allokati fondi mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn biex tiġi implimentata din il-wiegħda u tispjega kull line item? Stante li fil-website www.eco-gozo.com hemm parti fejn wieħed jista' jagħti s-suġġerimenti tiegħu, tista' tiddikjara (1) kemm daħlu suġġerimenti (2) fuq liema suġġetti (3) in-nazzjonalità ta' dawk li għamlu s-suġġerimenti u (4) f'każ ta' Maltin kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu Għawdxin? Liema huma s-suġġerimenti li l-Gvern iddeċieda li jimplimenta?
Min huma l-esperti li uffiċjalment qed jgħinu lill-Gvern fuq dan il-proġett u x'inhuma l-kompetenzi rispettivi tagħhom? Kemm-il darba dawn l-esperti ltaqgħu (1) bejniethom u (2) mal-Gvern? X'kienu t-terms of remit tagħhom? Se jagħmlu rapport finali? Jekk iva, meta se jiġi ppreżentat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-bidu ta' din il-leġislatura sar proċess wiesa ta' konsultazzjoni pubblika, inbdew numru ta' miżuri u proġetti u qed titfassal l-istrateġija għall-viżjoni Eko-Għawdex. Il-mira tal-Gvern hi li l-gżira ssir mudell ta' żvilupp sostenibbli. It-timeframes għandhom jiġu deċiżi wara li tiġi ppublikata din l-istrateġija.
Għal din is-sena, ġew allokati €200,000 f'vot wieħed. L-informazzjoni u statistika dwar is-suġġerimenti tal-pubbliku għandha tiġi ppublikata ma' l-istrateġija.
Il-kumpanija Ernst & Young ġiet imqabbda biex tikkoordina l-kumpilazzjoni ta' din l-istrateġija. Saru numru ta' laqgħat waqt li għaddej dan l-eżerċizzju izda nformazzjoni dwar in-numru ta' kemm laqgħat saru ma nżammitx.
L-istrateġija għall-viżjoni Eko-Għawdex hi mistennija li tkun pubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Malta Experience — informazzjoni dwar id-dokumentarju li jintwera
Question
Tista' Ministru tagħti informazzjoni dwar id-dokumentarju li jintwera lit-turisti fil-Malta Experience? Meta inkiteb? Tikkonferma li f'dan id-dokumentarju ma jsirx imqar acknowledgment ta' Jum il-Ħelsien jew imqar shot wieħed tal-Perit Dom Mintoff? Bl-istess mod li, ġustament, jingħata credit lil persunaġġi politiċi kbar oħrajn, ma taħsibx li s-sewwa titlob li tingħata stampa aħjar ta' l-istorja tagħna, inkluż ta' persunaġġi bħal dak appena imsemmi? Mil-lat purament oġġettiv u b'lenti klinika, il-Ministru hija kuntenta b'dan id-dokumentarju li jintwera lit-turisti li jattendu l-Malta Experience?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta Experience hija attrazzjoni turistika mtella’ u operata minn kumpanija privata u għalhekk il-kumitat ta’ tmexxija ma għandu l-ebda sehem fuq il-kontenut.
Minkejja dan, il-Ministeru qiegħed iġib din l-osservazzjoni għall-attenzjoni tal-operaturi għall-kunsiderazzjoni u verifika tagħhom.
Jista' l-Ministru jiddikjara għaliex l-Employment Commission imwaqqfa taħt il-Kostituzzjoni biex tħares lill-ħaddiema tal-Gvern kontra abbużi ta' diskriminazzjoni politika mhijiex komposta? Jaf li dan kollu wassal biex il-kawżi kollha li kien hemm quddiem l-Employment Commission ġew tronkati intempestivament? Jaħseb li dan fih innifsu huwa inaċċetabbli f'soċjetà demokratika fejn suppost flimkien kollox possibbli? Għaliex l-Employment Commission mhijiex komposta? Jekk hi kwistjoni ta' appuntar ta' membri, għaliex ma sarx kollox minn qabel biex din iċ-ċirkostanza tant infeliċi ma tavverrax ruħha? Kemm ġew differiti seduti minħabba n-nuqqas ta' kompożizzjoni? X'se jagħmel biex illum qabel għada l-Employment Commission terġa' tkun komposta skont ma trid il-Kostituzzjoni? Kemm ġew deċiżi kważi quddiem l-Employment Commission bejn l-1998 sal-lum? Kemm minnhom kienu favur r-rikorrent u kemm minnhom inqatgħu kontra r-rikorrent?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi t-Tweġiba tiegħu lill-Ministru konċernat.
Stante li l-OIWAS għadha sal-lum mhux dikjarata bħala enti uffiċjali u anke li hemm nuqqas serju ta' finanzi u problemi biex wieħed jingaġġa security officers waqt il-qadi ta' dmirijiet tal-ħaddiema tal-OIWAS, u stante li l-ħaddiema qed jiġu kontinwament esposti għal agressjoni u qed jaħdmu fi stat pjetuż bħal ilma l-ħin kollu nieżel fuq l-elettriku u ħmieg enormi f'ċertu ċentri, u stante li l-ħaddiema mhux qed jiġu offruti protezzjoni kontra l-mard potenzjali jew reali infettiv u stante li l-ħaddiema ta' l-OIWAS qed jaħdmu f'kuntest fejn ir-regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà (bħal fire escapes eċċ.) assolutament m'humiex qed jiġu rispettati, u stante li kull darba qed jintqal lill-ħaddiema li ma jista' jsir xejn qabel ma l-OIWAS tiġi rikonoxxuta bħala enti uffiċjali, jista' l-Ministru:
1) Jiddikjara kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu ma' l-OIWAS;
2) Jiddikjara meta l-OIWAS se tiġi rikonoxxuta bħala enti uffiċjali
3) Jispjega xi pjani, jekk hemm, għandu l-Gvern biex il-problemi kollha suelenkati jiġu risolti u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li okkorrendo saru dwar l-istess?
4) Jiddikjara jekk il-Gvern applikax jew irċevix fondi mill-Unjoni Ewropea dwar dan? Jekk iva, liema? F'liema stadju wasal il-proċess?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi preżentement in-numru ta’ ħaddiema li qed jaħdmu mal-OIWAS huwa ta’ 70.
Rigward it-tieni domanda nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9605.
Dwar is-sigurta' fuq ix-xogħol ninsab infurmat illi l-OIWAS qed tagħmel kull ma tista’ biex, fejn hu possibbli, ikun hemm aktar sigurta’ fiċ-Ċentri Miftuħa. Teżisti kollaborazzjoni sħiħa mal-Korp tal-Pulizija flimkien mal-Uffiċjali tad-Detenzjoni sabiex fil-ġranet fejn jinġabru l-folol fiċ-Ċentri minħabba r-reġistrazzjoni, ikun hemm preżenza adekwata tagħhom.
Infurmat ukoll li mhuwiex minnu li l-ħaddiema mhux qed jiġu offruti protezzjoni kontra l-mard potenzjali jew reali infettiv. B’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, kull impjegat għandu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ tabib espert f’dan il-kamp, u ittieħed parir dwar x’miżuri jinħtieġu f’kull Ċentru kontra perikli potenzjali, inluż ix-xiri ta’ materjali protettivi. Flimkien mar-rappreżentanti tal-ħaddiema ġew risolti ukoll xi
issues
oħra li kienu ilhom pendenti, bħall-involviment tat-teħid tal-mediċini minn residenti li jintħieġu għajnuna speċjali.
Rigward l-ilma nieżel fuq l-elettriku u kwantita' ħmieġ nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema Ċentri Miftuħa qed jirreferi.
Ninsab infurmat ukoll li dwar ir-regolamenti tas-
Saħħa u s-Sigruta',
qed isiru kuntatti mal-entitajiet konċernati u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema sabiex fejn jiġu identifikati
problem areas
, dawn jiġu risolti. Tajjeb li jingħad li l-bini tal-OIWAS mhux ta' livel inferjuri għal bini ieħor tas-settur pubbliku, li joffri problemi teknici biex isiru tibdiliet strutturali bħal
fire escape
. Madanakollu is-sigurta' tal-ħaddiema u l-klienti akkommodati f'dawn iċ-Ċentri tibqa' dejjem ta' prijorita għall-
management
.
Rigward ir-raba' domanda ninsab infurmat illi l-OIWAS gawdiet minn fondi Ewropej, l-aktar il-
European Refugee Fund
(ERF). Minn dawn il-fondi saru żviluppi f’Dar is-Sliem, Dar il-Liedna, u fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa. Mill-istess fond qed jitwettaq ukoll proġett amministrattiv biex jiġu eliminati il-kjuwijiet ta’ residenti għar-reġistrazzjoni, permezz ta’ sistema bijometrika. Qed jitħejjew sottomissjonijiet għal proġetti oħra taħt l-istess fond u kif ukoll taħt l-
Emergency Measures
tal-istess ERF. L-OIWAS hi ukoll il-
Project Leader
tal-proġett ta’ ħarsien soċjali fiċ-Ċentri Magħluqa, co-finanzjat mis-
Solidarity in Action Fund
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9663, 9392, 9208 u 8915 u jidħol fil-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u jispjega għalfejn din il-persuna ma rċeviet l-ebda risposta dwar talba li hija għamlet fit-3 ta' Frar, 2009 għal reserved parking meta hi tbati minn scoliosis u sprangler wing li jirrendi indipensabbli għaliha dan il-parkeġġ? Intqal lillha mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid li waqt li min-naħa tal-Kunsill m'hemmx oġġezzjoni, kienu qed jistennew risposta mill-Awtorità dwar it-Trasport. Stante li mit-3 ta' Frar, 2009 għaddew prattikament erba' xhur u dan hu każ ta' saħħa, jaħseb il-Ministru li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha tagħti risposta fi żmien qasir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-Taqsima għall-Immaniggjar tat-Traffiku kienet bagħtet lill-Kunsill Lokali Paola għall-kummenti tiegħu fit-12 ta’ Frar ta’ din is-sena imma l-kunsill wieġeb lura fil-5 ta’ Ġunju. L-applikazzjoni qegħdha tiġi pproċessata.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9666, 9374 u 9200 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.
Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità — direttivi l-ġodda dwar vetturi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8817 u 8640 u cioè: In vista tal-fatt li l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri tal-Persuni b'Dizabilità ġiet rappurtata li tinsab preokkupata bid-direttivi l-ġodda dwar sussidji u eżenzjonijiet ta’ vetturi għall-persuni b’diżabilità li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena u dan peress li llum bid-direttivi l-ġodda, l-liċenzja tal-vetturi hi bla ħlas għall-ewwel ħames snin mis-sena li fiha l-vettura tkun ġiet manifatturata u fis-sitt sena l-ħlas tal-liċenzja jkun ta’ 50% għal vetturi li jaħdmu bil-petrol sa 180g/km C02 emissions u vetturi li jaħdmu bid-diesel sa 150g/km C02 emissions (minbarra vetturi li diġà għandhom bħalissa persuni b’diżabilità jew nies oħrajn li jikkwalifikaw); jista' il-Ministru jiddikjara jekk huwiex se jilqa' għal dan it-tħassib u jimplimenta tibdil fil-politika (policy) tal-Gvern dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9665.