Għar-rigward tat-Tempji ta' Tarxien, jista' l-Ministru jikkonferma kemm-il sena ilu li l-BOV offrew €262,054 u li minnhom intnefqu biss €36,855? Possibli li ma nstabx mod kif il-kumplament tal-isponsorship jintuża', per ezempju għal proġetti ta' konservazzjoni tal-istess tempju?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li l-ftehim bejn Heritage Malta u l-BOV dwar it-Tempji ta’ Hal Tarxien kien iffirmat fl-2003. Dan il-ftehim jistipula li l-fondi pprovduti ghandhom jintuzaw esklussivament ghall-bini tac-Centru ghall-Vizitaturi. Ghall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba li jiena tajt ghal mistoqsija numru 32834.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi kriterji ntużaw u xi kredenzjali jkunu ġew mitluba biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi ħdan il-LGA?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 33488.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32852 u jinforma lill-Kamra xi kriterji intużaw u xi kredenzjali jkunu ġew mitluba biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi dan il-LGA?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-pożizzjoniet ta’ tmexxija ġew ingaġġati skont il-proċessi ta’ MPO u ETC. Il-kandidati ġew mitluba kwalifiki ta’ livell universitarju preferibilment f’qasam relatat mal-pożizzjoni, kondotta nadifa, dikjarazzjoni li m’hemmx konflitt ta’ interess u esperjenza ta' tmexxija fuq ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid bejn it-8 ta' Marzu 2008 u t-8 ta' Marzu 2012 kemm daħlu nies jaħdmu minn barra għal mat-Trasport Malta? F'liema gradi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta twaqfet fis-sena 2010 u minn din is-sena sat-8 ta' Marzu 2012 kienu mpjegati 106 persuna u rtiraw 90-il persuna.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tan-nies li daħlu.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-prattika ħażina li nfirxet f'numru mhux żgħir ta' awli - u jrid jingħad mhux dejjem tort tal-ġudikanti (bħal per eżempju meta l-prosekutur ma jasalx fil-ħin jew meta ma jkunx hemm deputat) - fejn is-seduta prattikament qatt ma tibda fid-9:00am imma fid-9:30am u ġieli anke fl-10:00am tiġi ttakiljata urġentement u mhux kollox jibqa għaddej qisu mhu qed jiġri xejn meta din il-prassi ħażina qed toħloq pressjonijiet kbar, inġustizzji u tensjonijiet żejda? Jemmen li b'taħditiet u rieda tajba l-fatturi li qed jikkawsaw tali dewmien ikunu jistgħu jiġu ttakiljati?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghal dak li jirrigwarda d-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali kif ukoll id-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Civili qatt ma kien hemm okkazjoni li s-seduta ma bdietx fil-hin peress li ma kienx hemm Deputat Registratur. L-amministrazzjoni dejjem taghmel hilitha kollu sabiex l-Awli jkollhom il-haddiema necessarji biex ikunu jistghu jiffunzjonaw kif imiss.
Kwantu jirrigwarda lill-gudikanti, difficli taghti risposta li tkopri s-sitwazzjonijiet kollha li jinqalghu minn jum ghal jum u minn Awla ghall-ohra fin-nuqqas ta’ aktar dettalji. Gieli jinqalghu cirkostanzi inaspettati, u dawn jistghu ikunu varji, li ma jaghmluhiex possibbli li s-seduta tibda fil-hin. B’danakollu jien naqbel mieghek li bi ftit aktar sforz u rieda tajba ir-ritardar fil-bidu ta’ seduti jista jigi ridott. In kwantu l-gudikanti stess jistghu inaqqsu dan id-dewmien jien ser niehu hsieb ngib ghall-attenzjoni tal-Prim Imhallef dak li semmejt int ghal kull azzjoni li jista’ jidhirlu xierqa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32979, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra fejn se jitwaqqaf il-Kulleġġ Ġdid tal-Art? Meta se jitwaqqaf dan il-kulleġġ ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada identifikaw sit fil-limit ta’ Ħal-Qormi li jista’ jservi ta’ post fejn jinbena l-Kulleġġ tal-Arti. Bħalissa qegħda tiġi ppreparata d-dokumentazzjoni teknika sabiex titressaq formalment il-proposta lill-MEPA għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Fil-ġimgħat li ġejjin għandha tiġi ppubblikata s-sejħa għall-Prinċipal tal-Kulleġġ tal-Arti biex jinbeda l-proċess ħalli tibda tiġi stabbilita l-organiżżazzjoni amministrattiva ta’ dan il-Kulleġġ li jrid jinkludi wkoll is-sejħa għall-Kapijiet fuq bażi full-time għall-Iskola tal-Arti, tad-Drama u tal-Mużika.
Sadanittant, inbeda l-proċess sabiex kull kors offrut f’dawn l-iskejjel ikun konformi mal-Qafas Malti ital-Kwalifiki. Il-Kulleġġ tal-Arti ser ikun qed joffri korsijiet minn Livell 1 sa Livell 4 u f’xi ftit każi sa Livell 5. Studenti fil-qasam tal-Arti li jridu jkomplu jispeċjaliżżaw minn Livell 5 ’l fuq ser ikunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST u fl-Università ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-korsijiet li kienet tagħmel Heritage Malta fil-qasam tar-restawr u l-cultural heritage management issa għaddew f'idejn dipartiment partikolari fi ħdan l-Università ta' Malta? Għaliex sar dan? Meta ttieħdet din id-deċiżjoni? Kemm-il kors infetaħ f'restawr u/jew cultural hertiage management minn mindu l-korsijiet m'għadhomx f'idejn Heritage Malta iżda għaddew f'idejn l-Università ta' Malta? X'assessment jagħmel dwar id-deċiżjoni de quo?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li l-korsijiet li kienet qed tmexxi Heritage Malta dwar ir-restawr u l-management tal-wirt kulturali għaddew f’idejn id-Dipartiment tal-Wirt Mibni fi ħdan il-Fakulta’ tal-Ambjent Mibni tal-Universita’ ta’ Malta, wara ftehim li ntlaħaq bejn Heritage Malta u l-Universita’ fl-2010. Dan sar bil-għan li jsir użu aħjar tar-riżorsi taż-żewġ entitajiet u hekk it-tnejn li huma jkunu jistgħu jiffukaw fuq l-ispeċjalizzazzjonijiet rispettivi tagħhom.
Minn dak in-nhar ma’ nfetaħ l-ebda kors iżda l-kors attwali fil-livell ta’ Baċellerat fil-Konservazzjoni u Restawr qed jigi
'phased out’
u l-aħħar studenti ser jispiċċaw f’Ġunju tal-2013. Għalkemm illum l-entita’ responsabbli minn dawn il-korsijiet hija l-Universita ta' Malta, Heritage Malta qiegħda u ser tibqa' tagħti l-għajnuna u s-sapport kollu possibbli. Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni.
Tista' l-Ministru tippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li huma taħt ir-responsabilità tagħha fis-settur tal-edukazzjoni? Mingħajr ma tindika ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi, tista' tindika ħdejn kull kariga l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal kull kariga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu fis-setturi:
a) tar-riċerka u l-iżvilupp;
b) standards; u
ċ) copyright?
Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi, jista' jindika ħdejn kull kariga l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal kull kariga?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi is-setturi indikati minnu ma jaqgħux taħt il-portefoll tal-Ministeru tiegħi.
Kultura, Patrimonju Nazzjonali u Valletta 2018 — orgranigramma tal-awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fis-setturi tal-:
a) kultura;
b) patrimonju nazzjonali; u
ċ) Valletta 2018?
Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi, jista' jindika ħdejn kull kargia l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal kull kariga?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Kulleġġ Santa Margerita — skola sekondarja tal-bniet - studenti u għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u għalliema fl-iskola Sekondarja tal-Bniet f'Bormla fil-Kulleġġ Santa Margerita? F'kemm klassijiet u forms huma mqassmin l-istudenti? Xi pjanijiet hemm għal din l-iskola għas-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u għalliema fl-iskola sekondarja tas-subien ta' Raħal Ġdid fil-Kulleġġ St.Thomas Moore? F'kemm klassijiet u forms huma mqassmin l-istudenti? Xi pjanijiet hemm għal din l-iskola għas-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32655, tista' l-Ministru tgħid kemm hu bħala medja ż-żmien li jgħaddi minn meta ssir l-ewwel referral sa ma l-istudent jingħata għajnuna li jkollu bżonn jekk fil-fatt jiġi determinat li dan l-istudent għandu bżonn l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tas-Silġ u San Pawl Milqi — kuntratt tal-missjoni arkijeloġika
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32833 u b'referenza għal San Pawl Milqi, jista' l-Ministru jgħid:
a) meta saru l-aħħar xogħlijiet fuq is-sit ta' San Pawl Milqi;
b) għaliex il-missjoni waqqfet ix-xogħlijiet; u
ċ) x'konsegwenzi legali skattaw hekk kif il-missjoni waqqfet ix-xogħlijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-ewwel skavi arkeoloġici fis-sit ta’ San Pawl Milqi (Burmarrad) mill-Missione Archeologica Italiana a Malta saru bejn is-snin 1963 u 1969.
Bejn is-snin 2000 u 2004, il-Missione reġgħet għamlet investigazzjoni ġdida f’dan s-sit. Din ir-ricerka saret skond il-permess maħruġ mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, kif inhu rikjest mil-liġi.
L-ewwel riżultati xjentifiċi ta’ din ir-riċerka ġew ippubblikati mill-Missione f’żewġ artikli fl-2006. It-titlu ta’ dawn l-artikli huma mniżżla hawn taħt.
Il-waqfa tax-xogħol tal-Missione f’San Pawl Milqi fl-2004 ġiet maqbula mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għad kien hemm bżon tingħata priorita akbar għall-iskavi u għall-pubblikazzjoni tar-rapport fuq is-sit ta’ Tas-Silġ. Fil-fatt l-iskav f’tas-Silġ tlesta fil-2011 u preżentament qed tiġi mħejjija l-pubblikazjoni ta’ dan l-iskav.
Is-Sovrintendenza u Heritage Malta huma tal-fehma li jekk jinbeda xi xogħol ġdid fis-sit ta’ San Pawl Milqi dan għandu jkollu bħala prijorita il-konservażżjoni u l-aċċessibilita publika ta’ dan il-monument arkeoloġiku.
M.P. Rossignani
,
La ripresa delle indagini della Missione Archeologica Italiana a Malta. Nuovi dati dal Santuario di Tag-Silġ e dalla villa di S.Pawl Milqi
, in «Rendiconti della Pontificia Accademia Romana di Archeologia», LXXVIII, 2005-2006, pp. 183-199.
D. Locatelli
,
Nuove ricerche a San Pawl Milqi: primi risultati
, in «Rendiconti della Pontificia Accademia Romana di Archeologia», LXXVIII, 2005-2006, pp. 257-273.
Dipartiment u diviżjonijiet tal-edukazzjoni — każijiet ta' psikoterapisti
Question
Tista' l-Ministru tgħid:
a) kemm għandu psikoterapisti d-dipartiment/diviżjoni/diviżjonijiet tal-edukazzjoni? X'inhu x-xogħol ta' dawn il-psikoterapisti;
b) kemm-il każ pendenti għandhom dawn il-psikoterapisti? L-iktar każ (referral) antik għal kemm jirrisali; u
ċ) hemm xi psikoterapisti li jgawdu minn kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar mill-oħrajn, partikolarment fil-ħinijiet tax-xogħol/faċilità li jispiċċaw mix-xogħol f'ħin inqas mill-oħrajn? Kemm hemm? Għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi żviluppi kien hemm fuq is-sit tal-ex Jerma f'Wied il-Għajn?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi s-sit li fuqha kien hemm mibnija il-Lukanda Jerma f’ Marsaskala għalkemm hija proprjetà tal-Gvern, però hija mogħtija b’ ċens perpetwu lil terzi u għalhekk il-gvern, li huwa biss id-direttarju, ma jidħolx fil-mertu ta’ xi żvilupp isir fuq din l-art.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-tarmak ta' Misraħ Pizzuta fiż-Żejtun?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari nru 16410, ninsab infurmat li hemm biċċa żgħira minn dan il-misraħ li għadha qatt ma saret.
Matul is-survey li Transport Malta tkun qed tagħmel mal-Kunsill Lokali f’Mejju/Ġunju li ġejja, tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar dik il-parti li għadha qatt ma saret.
tariffa feed-in għal min jipproduċi nerġija mir-riħ
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-gvern ikunx lest li joħloq tariffa feed-in għal min, partikolarment bdiewa u raħħala li għandhom l-irdieden, kapaċi jipproduċi enerġija mir-riħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà teżisti ‘feed-in tariff’ li hija bbażata fuq il-"marginal cost" tal-Enemalta kif ikun stabbilit kull sena. L-elettriku ġġenerat jista’ jigi jew ikkunsmat fil-post jew mibjugħ lill-Enemalta skont din il-feed-in tariff.
Proċess ta' Bologna — informazzjoni dwar l-esperti
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-esperti tal-gvern appositament fuq il-Proċess ta' Bologna? Kif intgħażlu dawn l-esperti, x'xogħol jagħmlu u b'liema kriterji ntgħażlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-esperti appuntati għas-snin 2011 – 2013 huma Dr James Calleja bħala Koordinatur u s-Sur Anthony Saliba (MCAST), Marie Anne Lauri (Università ta’ Malta), Adrian Mamo (ITS), Stephen Balzan (KSU) u Michelle Gialanze (li qed tirrappreżenta s-settur privat tal-edukazzjoni post-sekondarja u ogħla). Dawn l-esperti ntagħżlu fuq il-bażi li jistgħu jikkontribwixxu lejn riformi fl-edukazzjoni ogħla fuq il-prinċipji maqbula fil-laqgħat tal-proċess ta’ Bologna. Ix-xogħol li jsir f’dan il-kumitat huwa dokumentat fuq is-sit www.eupa.org.mt u f’pubblikazzjonijiet li nħarġu s-sena l-oħra u li tqassmu lill-Membri tal-Parlament u lil individwi u organizzazzjonijiet b’interess fl-edukazzjoni ogħla.