Sejba ta' oqbra f'Kerċem — informazzjoni fuq il-personnel
Question
B'referenza għas-sejba ta' oqbra ta' 5,000 sena f'Kerċem, tista' l-Ministru tispjega kif inhu magħmul il-personnel li qed jaħdem fuq dan is-sit, jiġifieri jekk humiex arkeologi jew speċjalisti oħra u ma' min huma impjegati? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern dwar din is-sejba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-personnel li qed jaħdem fuq dan is-sit huwa magħmul mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali, li għandu 20 sena esperjenza ta’ skavi u field work, kif ukoll iż-żewg personnel tekniċi tas-Sovrintendenza. Flimkien, dawn jieħdu ħsieb xogħol u analiżi stratigrafikiċi, fotografija, disinn, kif ukoll xogħol ieħor loġistiku marbut mat-teknika tal-iskavar.
Għal dan il-proġett speċifiku s-Sovrintendenza qed tuża wkoll s-servizzi ta’ speċjalista Maltija
freelance
fl-arkeo-osteologija/antropoloġija fiżika, snien u għadam. Qed jieħdu sehem ukoll 4 gradwati fl-arkeologija, kif ukoll voluntier speċjaliżżat fl-osteologija.
Għal dak li huwa xogħol ta’ analiżi speċifiku, bħal ngħidu aħna
Carbon Dating
, jew fejn u jekk hu possibbli, analiżi ta’ DNA antika, huwa maħsub li jintużaw servizzi ta’ laboratorji jew universitajiet li għandhom laboratorji atrezzati għal dawn is-servizzi.
Billi l-oqbra huma żgħar bi spazju ristrett, jistgħu jaħdmu biss mhux aktar minn tnejn min-nies direttament fihom. B’kollox, bejn impjegati tas-Sovrintendenza (3), speċjalista (1) u voluntieri (5) il-
personnel
għal dan il-proġett ammontaw għal 9.
Hu maħsub li din is-sejba sservi bħal attrazzjoni kulturali, billi l-kamra fejn issa jinsabu l-oqbra ssir mużew. Id-disinn tal-kamra, li oriġinarjament kienet estensjoni tad-dar arċipretali, inbidel hekk kif rakkomandat mis-Sovrintendenza u maqbul mill-MEPA. B’hekk, l-oqbra ser ikunu protetti mill-elementi u fl-istess ħin, bi qbil mal-awtoritajiet tal-Knisja, isir mużew komunitarju.
Tista' l-Ministru tiddikjara jekk il-Gvern huwiex beħsiebu, li sakemm tgħaddi l-ewwel fażi tal-ġbir u evalwazzjoni ta' tagħrif dwar iċ-Ċittadella, jagħmel xogħol ta' restawr urġenti fuq iċ-Ċittadella, bħat-tneħħija tax-xitel tal-kappar jew xurbebb li qed jiftħu l-konsenturi, jitneħħa l-konkos u jissewwew il-fanali?
Intant, tista' l-Ministru tgħid meta hu prospettat li wieħed jgħaddi għat-tieni fażi, issa li kważi għaddew sena u nofs mill-għeluq tas-sottomissjoni ta' l-offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jispjega x'se jsir mill-intake ta' midviwes ġodda li għadhom kemm temmew b'suċċess il-korsijiet tagħhom? Kemm hu d-deficit ta' midwives fil-compliment tal-Gvern?
Tista' l-Ministru tispjega x'inhi l-qagħda ta' l-attendenza ta' l-għalliema fil-Kulleġġ San Ġużepp Junior Lyceum Ħamrun? Huwa minnu li fil-każ tat-tfal ta' bejn it-12 u t-13-il sena hemm saħansitra każijiet fejn tliet teachers mhux qegħdin jattendu għal-lezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika fuq liema skola qed jitkellem. Hux qed jirreferi għall-Liceo Subien tal-Ħamrun fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca jew għall-Liceo tas-Subien fil-Ħamrun fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More?
Il-Kulleġġ San Ġużepp ma jeżistix.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċittadin Malti għandux dritt iħallas lura bolol għall-perijodi neqsin peress li, per eżempju, wieħed ikun irriżenja mix-xogħol u jkun sab xogħol ieħor xi tliet xhur wara?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Tista' l-Ministru tippreżenta kopja ta' l-applikazzjoni li għamlet Heritage Malta għar-restawr tal-Forti Sant Anġlu? Tista' tippreżenta kopja ta' kull rapport tekniku li għandha Heritage Malta dwar:
i. l-istat tal-Forti
ii. x'għandu jsir biex il-Forti jiġi restawrat?
Kemm se jigu allokati flus għal dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għal dak li jirrigwarda nefqa fuq ix-xogħlijiet koperti mill-applikazzjoni, din tammonta għal madwar € 700,000. Però wieħed għandu jippreċiża li xogħlijiet ta’ restawr bħal dawn, wieħed ikun jaf kemm sejrin jiswew biss wara li jibda il-qlugħ tal-partijiet mġarrfa u b'hekk tiġi eżaminata sewwa l-istruttura.
Forti Sant' Anġlu — Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Question
Tista' l-Ministru tiddikjara x'għamel il-Gvern fuq dawn il-punti li kienu tħabbru mill-allura Ministru għall-Kultura fil-Leġislatura X (mistoqsija parlamentari 16440) dwar:
a) It-trasferiment tal-uffiċċju ċentrali tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ġewwa sezzjoni mill-Forti, li sa ftit ilu kien mitluq u użat bħala sempliċi maħżen. B'din il-miżura il-Gvern qed jassigura li waħda mill-għola istituzzjonijiet kulturali ta' dan il-pajjiż ikollha preżenza permanenti ġewwa l-Forti, u li parti ġdida ta' din is-sit jinfetaħ regolarment għall-pubbliku?
b) Tindif u restawr tal-Forti, partikolarment f'dawk il-bnadi tal-Forti l-aktar mitluqin u fi stat ta' konservazzjoni ħażina. Dan ix-xogħol kellu jinvolvi: tindif tal-Forti minn materjal ta' skart u ħaxix ħażin, xogħol ta' restawr tal-partijiet storiċi tal-Forti, tneħħija ta' żidiet moderni, jiġifieri ta' l-aħħar ħamsin sena minn ġewwa l-Forti?
ċ) Ftuħ regolari tal-Forti Sant' Anġlu għall-pubbliku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2008 ittieħdet deċiżjoni mill-Ministeru għall-Kultura bi ftehim mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex l-uffiċċju ċentrali tas-Sovrintendenza jinżamm ġewwa l-Belt Valletta sabiex dawn l-uffiċċji jkunu iktar aċċessibbli għall-pubbliku.
Fil-fatt f’Diċembru tal-2008 l-uffiċċji tas-Sovrintendenza ġew trasferiti għall-indirizz ġdid: 173, Triq San Kristoforu, Valletta. Dawn l-uffiċċji l-ġodda huma iktar komdi għall-użu tas-Sovrintendenza, u huma iktar aċċessibli mill-post li kien għall-ewwel identifikat ġewwa l-Forti Sant’Anġlu, partikolarment għal nies anzjani jew b’diżabilita`.
Il-parti tal-Forti Sant’Anġlu li kien maħsub għas-Sovrintendenza, issa ġie trasferit għal taħt il-kura ta’
Heritage Malta
.
Sal-2008 is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali kienet bdiet ix-xogħol ta’ tindif u restawr tal-parti tal-Forti Sant’Anġlu li kienet taqa’ taħt ir-responsabbilta` tagħha. Fost ix-xogħol li kien sar, kienu tneħħew l-imħażen minn ġewwa l-Forti u tneħħew tunellati ta’ skart li tul is-snin kienu ġew mormija ġewwa il-
barracks
Ingliżi. F’dan il-perijodu s-Sovrintendenza kienet bdiet ukoll l-istudji biex dawn il-binjiet jiġu restawrati, u kienet għamlet applikazzjoni mal-MEPA biex jibda t-twaqqiegħ ta’ xi strutturi moderni (tal-aħħar 50 sena) minn ġewwa l-Forti.
Mill-2008 dawn ix-xogħolijiet għaddew taħt r-responsabbilta` ta’
Heritage Malta
.
Minn meta ħadet partijiet mill-Forti Sant’Anġlu f’idejha
Heritage Malta
f’Awwissu 2007, uffiċjal tas-sigurtà qiegħed iħares il-forti 24 siegħa kuljum. Dan wassal sabiex jieqaf il-vandaliżmu u li jintefa ħmieġ fil-forti. Minn dak iż-żmien ’l hawn tnaddfu partijiet mill-forti u beda xogħol ta’ konservazzjoni fuq il-polverista tal-forti bil-kollaborazzjoni tar-
Restoration Unit
tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. F’Settembru ta’ din is-sena
Heritage Malta
ssottomettiet applikazzjoni lill-MEPA għal xogħol ta’ restawr fuq ir-rampa, l-bieb u d-daħla prinċipali u l-passaġġ li jwassal għall-batterija De Guiral.
Bħalissa Forti Sant’Anġlu m’huwiex f’qagħda li jilqa’ viżitaturi fih. Dan ikun jista’ jsir meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha ta’ restawr imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda ta' dawn it-toroq:
a) Vjal it-Torri - Gudja?
b) Vittorio Cassar - Wied il-Għajn?
ċ) Gużeppi Stivala - Wied il-Għajn?
Jista' jindika meta se jissewwew/jinbnew mill-ġdid, it-toroq imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm Triq Vittorio Cassar, f'Wied il-Għajn kif ukoll parti minn Triq it-Torri, fil-Gudja, it-tnejn li huma mhumiex asfaltati. Fil-każ ta' Triq Vittorio Cassar f'Wied il-Għajn ix-xogħlijiet għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. Min-naħa l-oħra Triq it-Torri fil-Gudja mhix fil-lista ta' toroq li jridu jsiru din is-sena. Rigward Triq Ġużeppi Stivala f'Wied il-Għajn, l-Onor Interpellant huwa mitlub jagħti indikazzjoni ta' fejn qiegħda din it-triq għaliex, anke wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali rispettiv ma setax ikun stabbilit sewwa sew fejn qiegħda f'Wied il-Għajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati riklami intitolati "Why is the Leader of the Opposition giving you false information?" mill-Gvern? Meta dehru? F'liema ġurnal dehru? Kemm swew:
a) b'kollox?
b) ġurnal b'ġurnal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Convention on International Trade in Endangered Species — annimali li jirrikjedu ċ-ċertifikat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn annimali li kienu jirrikjedu ċ-ċertifikat prospettat taħt artiklu 10 tas-Convention on International Trade in Endangered Species biex jidħlu Malta u li fil-fatt daħlu Malta? X'inhuma dawn l-annimali u kemm hawn minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jindika jekk huwiex se japplika l-mekkaniżmu tal-Cost of Living Allowances fil-budget li ġej?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunsiderazzjoni li qiegħed isaqsi dwarha l-Onorevoli Interpellant, flimkien ma' diversi oħrajn, jiffurmaw parti integrali mill-proċess tal-Baġit 2010 li bħalissa qiegħed jiġi imhejji, u li r-riżultat tiegħu għalhekk jitħabbar aktar tard.
Jista' l-Ministru jispjega il-ħidma prospettata ta' Smart City Malta mil-lum sakemm eventwalment il-parti ta' l-iżvilupp tal-proġett ta' Smart City tkun lesta? X'business plan jew plans għandha Smart City Malta f'dan il-kuntest? Min se tkun il-persuna li se tieħu post Claudio Grech wara r-riżenja tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor Interpellant li Smart City Malta mhix kumpanija tal-Gvern.
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawk l-entitajiet privati kollha li għandhom il-liċenżja li jgħallmu l-edukazzjoni ogħla f'pajjiżna? X'inhuma l-kondizzjonijiet tal-liċenzja de quo? Il-Gvern kif jaċċerta li l-konsumaturi tas-servizz fl-aħħar tal-ġurnata jottjenu kwalifiki serji minn universitajiet serji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'jaħseb wara li studju ppubblikat minn CISCO u li sar mill-istudenti tal-MBA (Masters of Business Administration) tas-Said Business School (Oxon.) u l-Università ta' Oviedo sabu li fejn tidħol il-broadband connection "(our) island is unfit to even cater for the needs of the day"? Il-broadband connection tagħna kemm fil-fatt hi kapaċi biex tilqa' għall-isfidi tal-applikazzjonijiet tax-xibka (web applications) tal-futur bħal high definition internet viewing, home telepresence u oħrajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmi rapport iħares lejn diversi fatturi fir-rigward tal-aċċess tal-broadband internet f’diversi pajjiżi fosthom Malta.
Malta ġiet irraportata li tinsab eżatt taħt il-limitu li jistabbilixxi dan l-istudju f’termini ta’ kwalità li jirrikjedu l-bżonnijiet tal-lum. Filwaqt li dan ir-riżultat ma jistax jiġi kkonsidrat bħala wieħed sodisfaċenti, ta’ min jinnota li meta wieħed jikkompara r-riżultati li kisbet Malta fl-2009 ma’ l-istess rapport maħrug fl-2008, isib li pajjiżna rregistra titjib fil-kwalità tas-servizz offrut. B’riżultat tan- numru ta’
upgrades
li qed jagħmlu l-operaturi fis-suq, kif ukoll il-
commissioning
ta’
international submarine cables
ġodda, li wasslu biex kważi rrduppjaw il-kapaċità tal-konnettività internazzjonali, dan it-titjieb hu mistenni li jerġa’ jiġi rreġistrat din is-sena wkoll.
Ta’ min ukoll jinnota li r-rapport ipoġġi lil Malta fil-ħdax-il post meta wieħed jikkonsidra r-rata ta’ penetrazzjoni tal-
broadband
flimkien mal-kwalità tal-
broadband
offrut. F’dan ir-rigward, Malta rreġistrat qabża sostanzjali mill-25 post li kellha s-sena l-oħra. Malta issa tinsab qabel pajjiżi bħal Franza, il-Belġju, l-Irlanda, kif ukoll l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada.
Wieħed ma jridx jinsa li bħal kull suq ieħor, is-suq tal-
broadband
huwa bbażat fuq is-
supply and demand.
Filwaqt li f'Malta għandha infrastruttura li tista' tipprovdi sa 50Mbs il-maġġoranza l-kbira tad-domanda hija għal konessjonijiet ta' 5Mbs jew inqas. Madankollu, l-Gvern bħala parti mill-istrateġija "Smart Island" diġà għamilha ċara li qed ikun ser jiffaċilita l-implimentazzjoni tan-
next generation networks
li ser iwasslu għall-konessjonijiet ta'
speeds
għoljin ħafna fid-djar u negozji Maltin. Dawn huma proġetti ambizzjużi ħafna li jridu ppjanar fit-tul u li se jkollhom impatt fuq in-
networks
tal-komunikazzjoni li l-pajjiż ser juża fis-snin li ġejjin.
Issa li t-Trattat ta' Lisbona jinsab dejjem iktar qrib li jiġi approvat - salv l-assenza tar-Repubblika Ċeka b'mod partikolari - x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-persuni li għandhom jokkupaw il-kariga ta' President tal-Kunsill Ewropew u Rappreżentant Għoli ta' l-Affarijiet Barranin? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-isem ta' Tony Blair?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-indikazzjonijiet mingħand il-Presidenza Svediża huma li wieħed mill-punti prinċipali l-Kunsill Ewropew tad-29 u 30 ta’ Ottubru se jittratta l-affarijiet istituzzjonali. Sa dak inhar għad jonqos ir-ratifika tar-Repubblika Ċeka. Il-Prim Ministru Svediż ħabbar nhar l-Erbgħa 7 ta’ Ottubru li huwa se jibda l-konsultazzjonijiet dwar il-karigi tal-President tal-Kunsill Ewropew u tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Affarijiet Barranin biss meta jkun jaf biċ-ċert id-data ta’ meta t-Trattat ta’ Lisbona se jidħol fis-seħħ.
Għaldaqstant, il-Gvern Malti beħsiebu jieħu deċiżjoni dwar dawn il-karigi meta jkun hemm deċiżjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Sa dak iż-żmien ikun hemm ukoll idea iżjed ċara tal-kandidati għal dawn il-karigi li deċiżjoni dwarhom trid tittieħed mill-Kunsill Ewropew, kandidati li jistgħu ukoll jinkludu lil Tony Blair.
Awtorità tad-Djar — skemi mwaqqfa jew fi stat ta' reviżjoni
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'inhu jiġri fl-Awtorità tad-Djar fis-sens li donnu l-iskemi kollha jew twaqqfu jew qegħdin fi stat ta' reviżjoni? X'sar mill-proġett li jinbnew djar ġodda għaż-żgħażagħ tagħna? Kif qed jiġu mgħejjuna ż-żgħażagħ bħalissa? Kemm daħlu applikazzjonijiet għal għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi tal-Awtorità mill-bidu tas-sena sal-lum u kemm minnhom intqal lilhom li l-iskema jew twaqqfet jew iżżarmat?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-iskemi ġew riveduti biex jgħinu lil dawk il-persuni li veru għandhom bżonn l-għajnuna finanzjarja. L-iskemi l-ġodda diġà ġew ippublikati u huma in vigore. L-Awtorità tad-Djar qegħda tkompli bil-programm ta’ bini tad-djar. Bħalissa għaddej xogħol fuq 220 appartament. Barra minn hekk, hemm l-iskema tal-VAT refund fuq l-ewwel dar u l-iskema fejn wieħed jingħata sussudju għall-ewwel 10 snin fuq l-interessi li jħallsu meta jixtru dar mill-privat. Kienu ħargu għall-bejgħ numru ta’ appartamenti għal xiri (LN 74) bi prezz issussidjat sa 20 fil-mija. Ma kien hemm l-ebda skema li żżarmat, kif diġà intqal, l-iskemi ġew riveduti ħalli jingħataw l-għajnuna dawk li vera għandhom bżonn
Canberra Times — two-pager f'Jum l-Indipendenza - informazzjoni
Question
Jista' l-Vici Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jiddikjara kemm intnefqu flus biex deher two-pager fil-Canberra Times fl-okkazjoni tal-45 sena minn Jum l-Indipendenza? Għalfejn il-Gvern Malti fi stqarrija dwar dan il-fatt seta' ta l-impressjoni li dan it-two-pager deher bħala servizz? Jaqbel il-Vici Prim Ministru mad-deċiżjoni li ttieħdet biex jidher dan it-two-pager?
Response (BORG, TONIO)
Ma giet tqum xejn. Il-Gvern Malti ma ħallasx biex ġie ppubblikat l-artiklu msemmi f'din il-PQ.
Jiena konvint li issa li l-Onorevoli Interpellant jaf b'dan il-fatt, japprezza kemm kienet ghaqlija l-inizjattiva għal dan ir-reklam b'xejn għal Malta fuq ġurnal prestiġuz fl-Awstralja.
Hija ħasra li meta jkun hemm inizjattivi bħal dawn għall ġid tal-pajjiz, flok jiġu inkoraġġiti, għamilhom min ghamilhom, jiġu minflok kritikati.
Kummisjoni Ewropea — European Law dwar il-kreattività
Question
Tista' l-Ministru tispjega x'kien l-involviment tal-Gvern Malti fid-diskussjonijeit, laqgħat eċċ. li qed isiru fil-livell ta' Kummissjoni Ewropea għal-proposta ta' european law partikolari dwar il-kreattività? Min attenda għal dawn il-laqgħat? Kemm saru laqgħat b'kollox? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika liema liġi qed jirreferi għaliha.
Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn — żvilupp ta' camping sites
Question
Jista' l-Prim Ministru jiddikjara x'se jagħmel fuq it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn biex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieqaf tipproċessa applikazzjoni tal-Gvern għall-iżvilupp ta' camping site stante li l-kunsill ma ġiex ikkonsultat u l-applikazzjoni twaħħlet fuq ħajt tas-sejjieħ fl-abbandun?
Sptar u Health care centres — gidmiet ta' pets velenużi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies:
a) L-isptar
b) Health Centres
wara gidmiet ta' pets velenużi bħal sriep, brimb u rettili oħra velenużi sena b'sena mill-2004 sal-lum? X'kura jingħataw?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi bis-sistema preżenti, persuna tkun ikkunsidrata li tikkwalifika ghal Pensjoni Ghal Invalidità kemm-il darba tkun tbati minn kundizzjoni jew marda li tirrendiha mhux kapaċi għax-xogħol. Fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hemm tabelli ta’ Indeboliment (Impairment Tables), li bihom tista’ tiddetermina jekk il-kundizzjoni tal-persuna tirrendihix inkapaci għax-xogħol.
Biex tiġi determinata jekk persuna tikkwalifikax għal Pensjoni għal Invalidità skond it-tabelli ta’ Indeboliment (Impairment Tables), it-tobba tal-bord mediku jevalwaw l-evidenza medika ipprovduta fuq l-applikazzjoni ghal din il-pensjoni flimkien ma’ ċertifikati jew rizultati mediċi li jissottometti l-applikant. Dan il-bord jagħti parir lid-Direttur Generali tas-Sigurtà Soċjali jekk il-persuna tikkwalifikax mill-aspett mediku.
Dan il-proċess jassigura aktar trasparenza u għalhekk jgħin sabiex id-dritt għall-pensjoni imsemmija jingħata lil min tassew ħaqqu. Dan hu proċess li jiżġura li d-deċiżjoni qed titieħed fuq l-informazzjoni medika dettaljata u mhux fuq sempliċi eżami ta’ ftit.
(ara korrezzjoni li ngħatat f'seduta 199 nhar il-15 ta' Marzu 2010 - PL 4130)