Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11810 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura, Paola, Tarxien — rapporti dwar it-trab iswed

Question

B'referenza għall-każ tat-trab iswed fiż-żona tal-Fgura/Paola/Tarxien u postijiet oħrajn, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar minn AEA Technology Ltd dwar dan it-trab iswed? Minn mindu sar dan ir-rapport, saru xi rapporti oħrajn? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra occorrendo dawn ir-rapporti? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11813 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Green Wardens — training

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-green wardens f'pajjiżna s'issa? Kemm għandna green wardens? Xi training għandhom? Kemm tressqu nies il-Qorti fuq rapporti li saru mill-green wardens? Fuq liema tipi ta' reati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11122 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn — żvilupp ta' camping sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jiddikjara x'se jagħmel fuq it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn biex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieqaf tipproċessa applikazzjoni tal-Gvern għall-iżvilupp ta' camping site stante li l-kunsill ma ġiex ikkonsultat u l-applikazzjoni twaħħlet fuq ħajt tas-sejjieħ fl-abbandun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-MEPA tinforma lill-Kunsilli Lokali b'kull applikazzjoni li tiġi sottomessa li taqa' fil-lokalita' rispettiva. Dan isir fil-bidu tal-proċess ta' l-applikazzjoni għalkemm il-MEPA mhix obligata bil-liġi li tagħmel dan. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta' Marsascala diġà ssottometta rapreżżentazzjoni fl-applikazzjoni inkwisjoni li qegħda tiġi ikkunsidrata fil-proċess. Ġie ukoll verifikat li s-Site Notice twaħlet f'diversi postijiet fejn qiegħed jiġi propost l-iżvilupp kif inhu meħtieġ bil-liġi.

Wi-Fi b'xejn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10754 li saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u ċioe jiddikjara jekk il-Gvern huwiex se jipprovdi servizz ta' wi-fi b'xejn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u t-terminals rispettivi u dan sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jinqdew bis-sistema tal-internet waqt it-traġitt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority għaddejja b'diskussjonijiet mal-Gozo Channel dwar il-possibiltà ta' introduzzjoni tas-servizz tal-Wi-Fi fuq il-vapuri fit-terminals rispettivi tagħha, iżda dawn id-diskussjonijiet għadhom mhux konklużi.

Mużewijiet — żjarar u dħul

Question

Tista' l-Ministru tindika mużew mużew kemm żaruhom nies xahar b'xahar fl-aħħar 12-il xahar? Kemm daħħal flus il-Gvern mużew mużew fl-aħħar 12-il xahar u fit-12-il xahar preċedenti mill-miżati tad-dħul?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Patrimonju Malti — kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Kap Eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Kap Eżekuttiv ad interim tal-Patrimonju Malti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kariga hija ta’ Segretarju tal-Bord ta’ Heritage Malta. Ma’ din il-funzjoni huwa qiegħed jaqdi wkoll id-doveri ta’ Kap Eżekuttiv sakemm tinħatar persuna f’din il-kariga. Huwa ma ħax kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ Kap Eżekuttiv.
Leg 11 PQ #11501 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjoni għad-dawl u l-ilma — dewmien

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex ikollha l-permess tgħaddi d-dawl u l-ilma fl-appartament tagħha, però wara tliet xhur għad m'għandhiex dan il-permess? Jista' jgħid x'qed iżomm milli jingħata dan il-permess daqshekk sempliċi? Għalfejn ċittadini bħal din qed jiġu esasperati għal xi ħaġa daqshekk bażika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11609 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema tal-Gvern — xogħlijiet ta' natura strutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għalqet l-iskema li biha l-Gvern kien jgħin lil min jiflaħ l-inqas biex jagħmel xogħlijiet ta' natura strutturali fuq id-dar tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-iskema għadha tapplika però jrid isir means testing tal-familja li tapplika għal din l-għajnuna.
Leg 11 PQ #11701 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tribunal Industrijali — nuqqas ta' chairmen

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk hemmx kawżi quddiem it-Tribunal Industrijali li jinsabu mwaħħlin minħabba li m'hemmx chairman, jiġifieri m'hemmx chairman appuntat biex jisma l-każ? Kemm hemm kawżi li jinsabu mwaħħlin b'din il-manjiera? Kemm ilhom imwaħħlin? Meta se jinħatru ċ-chairmen il-ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Kap. 452 tal-liġijiet ta’ Malta jippreskrivi li c-chairpersons tat-Tribunal Industrijali jinħatru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Il-konsultazzjoni biex jinħatar l-panel għall-perjodu li jmiss ilha li nbdiet u ser tkompli fis-seduta li hi skedata għal ftit ġranet oħra. Informat ukoll li hemm 30 każ li jridu jiġu appuntati. Kull wieħed minn dawn il-każijiet ilu pendenti mid-data li ġie ppreżentat li tvarja bejn d-19 ta’ Ġunju u t-22 ta’ Ottubru ta’ din is-sena u każ minnhom diġà ġie ċedut fir-reġistru.
Leg 11 PQ #11316 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Lija — Villa Francia - użu tal-bini għal laqgħat

Question

Tenut kont li fil-ftuħ tal-Villa Francia f'Ħal Lija intqal mill-Prim Ministru li din il-villa - ai termini, daltronde, tat-testment tal-awtur tal-villa de quo - se tkun użata għall-ħidma tal-Prim Ministru ta' Malta u ġie indikat speċifikatament lid-deputati preżenti li din il-villa kienet se tintuża biex tospita temporanjament id-dinjitarji barranin li jkunu qegħdin Malta fuq żjara uffiċjali. Jista' l-Prim Ministru jispjega kif li nhar l-10 ta' Ottubru, 2009 din il-villa ġiet użata biex jitlaqqa' fiha l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista? Għalfejn il-Grupp Parlamentari tlaqqa' fil-Villa Francia u mhux f'fond proprjetà jew fil-pussess tal-Partit Nazzjonalista?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jirriżultali li l-Onorevoli Interpellant huwa infurmat ħażin għaliex fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ Villa Francia jiena m’għidtx id-diskors li huwa msemmi fil-mistoqsija tiegħu. Id-diskors sħiħ jinsab fuq http://www.doi.gov.mt/EN/press_releases/2009/09/prl507.asp

Ħamrun — Kulleġġ San Ġorġ Preca - staff compliment - informazzjoni

Question

B'referenza għall-Kulleġġ San Ġorġ Preca tal-Ħamrun, tista' l-Ministru tindika kemm hemm studenti b'kollox f'dan il-kulleġġ form, form? Min liema rħula ġejjin l-istudenti form, form? Kemm huwa l-istaff compliment f'dan il-kulleġġ? F'liema suġġetti? Kemm hemm għalliema irġiel u kemm hemm għalliema nisa? X'inhi l-età medja tal-għalliema ta' kull suġġett mgħallem? Hemm xi regoli dwar id-dress code tal-għalliema u jekk hemm, x'inhu r-raison d'entre wara dan id-dress code? X'ħin tiftaħ u tagħlaq l-iskola? Kemm kien hemm studenti fil- form 5 matul is-sena skolastika li għaddiet? Illum kemm minn dawn l-istudenti għaddew għall-Junior College jew xi istituzzjoni oħra u x'kienu dawn l-istituzzjonijiet? Kemm minnhom irrepetew il- form 5 ? Kemm minnhom marru fid-dinja tax-xogħol? Kemm kien hemm studenti li għamlu teaching practice f'dan il-kulleġġ is-sena l-oħra? Kemm se jkun hemm din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jiddentifika liema skola qed jirreferi għaliha. Fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca hemm żewġ skejjel sekondarji fil-Ħamrun, waħda tal-bniet u l-oħra tas-subien.

Post bil-kera — servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jidħol fil-każ tal-famlija li toqgħod f'post b'kera (pre 1995), d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, illi ilha għaxar xhur sħaħ mingħajr servizz tal-ilma u dan għaliex s-sid tal-post de quo qabad u qata' s-servizzi tal-ilma minn taħt it-taraġ tal-flat? Għalkemm ittieħdu passi kriminali kontra sid il-post, għal xi raġuni l-Qorti lliberatu u b'hekk il-persuna u l-famlija tiegħu spiċċaw jimlew t-tankijiet u jissellfu l-ilma mingħand ħaddieħor. Jista' l-Ministru jintervjeni biex tingħata soluzzjoni lil din il-familja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11388 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

skema ta' l-Ispizjar ta' l-Għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11118 u jgħid x'inhi l-analiżi li għamel il-Ministru dwar is-suċċess o meno tal-iskema ta' l-Ispiżjar ta' l-Għażla Tiegħek? X'għandu jkun il-ġejjieni ta' din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kuntratti lil SLR mal-WasteServ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11117 u jgħid kemm ingħataw kuntratti lil SLR mill-WasteServ (Malta) Ltd mill-2001 'il quddiem? Kemm kien l-ammont ta’ kull kuntratt u kemm tħallas VAT?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma l-Onor Membru li l-WasteServ(Malta) Ltd ġiet imwaqqfa f’Diċembru 2002. Infurmat li l-kuntratti li ngħataw lill-Kumpanija ingliża SLR Consulting huma skont kif jidher fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-Kumpannija WasteServ Malta Ltd ittrattat il-fatturi u l-pagamenti lill- SLR Consulting taħt in-normi tal-liġi tal-VAT kif applikabbli matul is-snin u cioe billi applikat ir- Reverse Charge Mechanism kif permess mill-istess ligi. Għaldaqstant, il-VAT imħallas mill-kumpanija WasteServ Malta Ltd dejjem ġie annullat permezz ta’ dan il-mekkaniżmu.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Aġenzija - Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bl-informazzjoni mitluba.

Restawr tal-Forti Sant' Anġlu

Question

B'referenza għad-diskors li qal l-Prim Ministru dwar ħidma biex jiġi restawrat il-Forti Sant'Anġlu, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: 1) ir-rapporti li għandu l-Gvern li jispjegaw il-qagħda preżenti ( condition report ); 2) ir-rapporti li għandu l-Gvern dwar kif il-Fort Sant' Anġlu se jigi restawrat, xi spiża se tintnefaq, fuq kemm snin u minn fejn se jiġi finanzjat dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11263 seduta 149, fejn ġie imqiegħed il-Condition Report. Ix-xogħolijiet koperti minn dan ir-rapport jammontaw għal madwar €700,000. Għad iridu jsiru aktar studji biex tiġi determinata l-ispiża totali tal-konservazzjoni u r-restawr tal-Forti Sant’ Anġlu. Il-proġett ta’ restawr irid isir fuq numru ta’ snin. Dan il-proġett se jiġi iffinanzjat kemm minn fondi nazzjonali kif wkoll permezz ta’ applikazzjoni għall-Fondi Strutturali Ewropej.

Proġett tal-Belt Ewropea tal-Kultura — partnership bejn Heritage Malta u awtoritajiet Olandiżi

Question

Tista' l-Ministru tispjega x'ħidma kienet qed issir bejn Heritage Malta u awtoritajiet Olandiżi bil-għan li jkun hemm partnership bejn Malta u belt fl-Olanda fil-kuntest tal-proġett tal-Belt Ewropea tal-Kultura? X'xogħol sar u għalfejn waqaf kollox ħesrem? Liema hija l-belt Olandiża? X'inhi l-mira tal-Gvern fid-diskussjonijiet tiegħu mal-Olandiżi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda xogħol ma sar bejn Heritage Malta u awtoritajiet Olandiżi. F’dan il-kuntest Heritage Malta s-sena l-oħra pparteċipat fil-wirja ‘ Painted with Passion – Masterpieces from the Golden Age ’ li saret fil-mużew Catharijneconvent ta’ Utrecht. Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għandu ftehim ta’ Cultural Exchange mal-bliet ta’ Utrecht u Maastricht .
Leg 11 PQ #11310 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każ ta' persuna f'kwestjoni mal-Pulizija

Question

B'referenza għall-allegat swat li sofriet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn għadd ta' pulizija skont kif spjegat minn għadd ta' ritratti li ġew ippubblikati f'paġna 5 tal-ġurnal Malta Today tal-ħarġa tal-11 t'Ottubru, 2009, jista' il-Ministru jispjega x'se jagħmel dwar dan il-każ, tenut kont li dan m'huwiex każ iżolat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istqarrija li ġiet ippublikata minn dan il-Ministeru fil-11 ta' Settembru 2009 bi tweġiba għal dak li deher f'dak il-ġurnal.