Legislature:
Category:
Reset
Active:

kumpaniji li bbenefikaw minn krediti tat-taxxa fuq investiment kapitali

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm kienu l-kumpaniji li bbenefikaw minn krediti tat-taxxa fuq investiment kapitali u ħolqien ta' impiegi mill-fond tal-Malta Enterprise fl-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm kien l-ammont totali ta' kreditu fuq it-taxxa li tħallas lill-kumpaniji sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-għajnuna taħt forma ta’ kreditu tat-taxxa li fuqha l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel din il-mistoqsija parlamentari, hija waħda mill- iskemi li bħalissa qed toffri l-Malta Enterprise. In-numru ta’ kumpaniji li bbenefikaw speċifikament minn kreditu tat-taxxa fuq l- investiment kapitali jew ħolqien ta’ impiegi, kif ukoll l-ammont ta’ dan tal-kreditu huwa kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kumpaniji li bbenefikaw minn skemi differenti

Question

Jista' l-Ministru jispjega kemm kienu l-kumpaniji li bbenefikaw mill-(i) Innovative Start Up Grants (ii) Exploratory Awards (iii) SME development grant (iv) ERDF Innovation Actions Grant Scheme (v) ERDF e-business development grant scheme (vi) ERDF Small Start Up Grant Scheme (vii) EUREKA mill-fond tal-Malta Enterprise fl-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm kien l-ammont totali ta' ghajnuniet skont il-grants rispettivi (i-vii) li tħallsu lill-kumpaniji sena b'sena fl-aħħar ħames snin ? Kemm minn dawn il-kumpaniji (1) baqgħu joperaw (2) ma baqgħux joperaw (3) kienu reġistrati f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħamrun — Kulleġġ San Ġorġ Preca - Staff Compliment - Informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11328, tista' l-Ministru tagħti tagħrif rigward l-iskola sekondarja tas-subien fil-Ħamrun?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

laqgħat dwar l-emendi għal-liġi tal-gaming

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11315 u jispjega x'laqgħat uffiċjali kellu dwar l-emendi għal-liġi tal-gaming, ma' min, fejn saru l-laqgħat u f'liema dati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Negotia ta' bejgħ ta' immobbli — Capital Gains tax

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara meta daħlet is-sistema fejn venditur jagħżel, f' negotia ta' bejgħ ta' immobbli jagħżel li jħallas il-capital gains relattiva fl-ammont ta' 12% tal-valur tal-bejgħ jew inkella skont ir-regoli tat-taxxa fuq il-qliegħ? Kemm daħħal flus il-Gvern minn din il-forma ta' capital gains tax xahar b'xahar minn mindu daħlet sal-lum? Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jiddikjaraw it-12%? Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jużaw is-sistema tat-taxxa fuq il-qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment/kummissarju tat-Taxxi Interni — flus dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-interpretazzjoni tal-Gvern dwar il-preskrizzjoni għall-azzjoni tad-Dipartiment jew il-Kummissarju tat-Taxxi Interni biex jiġbor flus dovuti lilu miċ-ċittadini? Kemm hu, skont il-Gvern, il-perjodu preskrittiv u minn meta jibda japplika? Jista' jgħid kemm intbagħtu ittri fl-aħħar ġimgħat għall-irkupru ta' flus allegatament dovuti lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni? Kemm jammontaw b'kollox dawn il-flus allegatament dovuti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni bħalissa qed jagħmel żewġ tipi ta’ infurzar biex jiġbor il-flus dovuti. L-ewwel hemm infurzar dwar taxxa personali li tirriżulta minn tax statements u assessments. It-tieni, hemm infurzar fuq it-taxxa u l-bolla li jkunu nżammu mill-employers imma li ma ntbagħtux lid-Dipartiment. Skond l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, azzjoni għall-ħlas tat-taxxa tista’ tinbeda fi żmien tmien snin minn meta t-taxxa ssir dovuta jew, fil-każ li jkun ħareġ assessment, fi żmien tmien snin minn meta dan isir finali u konklussiv. Dan iż-żmien jitwaqqaf b’kull talba għal ħlas notifikata mill-Kummissarju jew b’att ġudizzjarju qabel ma jiskadi dan iż-żmien. Għalhekk mhux biżżejjed li jkunu għaddew tmien snin mis-sena relattiva biex wieħed jagħmel claim ta’ preskrizzjoni. Fiż-żewġ eżerċizzji li qed isiru bħalissa, sa issa ntbagħtu 69,783 ittra u l-ammont tat-taxxa mitlub sal-lum huwa €85,610,849. Meta l-formoli u d-dokumenti neqsin aktar tard jiġu sottomessi, id-Dipartiment se jibgħat ittri ġodda bl-ammonti li jirriżultaw minn dawn il-formoli, liema ammont ikun irid jiżdied mal-figura msemmija.

Santa Venera — Kulleġġ Santa Tereża - A Healthy Lifestyle Policy

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix a healthy lifestyle policy applikabbli għall-Kulleġġ Santa Tereża? Jekk fl-affermattiv, tista' tispjega kif wara li intemmet konferenza ta' l-aħbarijiet fl-iskola primarja ta' Santa Venera, li tagħmel parti mill-istess Kulleġġ, nhar it-Tnejn 26 ta' Ottubru dehru deħlin numru ta' turtieri ta' pastizzi biex jittieklu mill-aġent kap u l-għalliema ta' din l-iskola li suppost jagħtu eżempju lill-istudenti li jgħallmu u jindukraw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li f’nofs is-sena skolastika li għaddiet il-Kunsill tal-Kapijiet tal-iskejjel tal-Kulleġġ Santa Tereża identifikaw ‘L-Istil ta’ Ħajja Sana’ bħala waħda mill-prioritajiet għall-Kulleġġ. Fost l-impenn favur din il-priorità ser jinkludi wkoll it-tifsil ta’ Politika dwar ‘L-Istil ta’ Ħajja Sana’ u din il-politika, bħal kull politika oħra mfassla mill-Kulleġġ, titfassal bis-sehem tal-membri kollha involuti u l-proċess jinfirex fuq perjodu ta’ żmien li għandu jwassal għall-abbozz tal-politika. Wara, kif għamel diġà l-Kulleġġ fuq policies oħra, jkun hemm perjodu ieħor fejn il-politika tkun introdotta fl-iskejjel biex tkun evalwata qabel tkun finalizzata l-verżjoni finali. Fil-każ imsemmi inxtara pastizz wieħed għal kull Għalliem, Assistant Kap u għall-Aġent Kap (meta fil-passat kienu jinxtraw aktar). Barra minn hekk ukoll, din id-darba l-pastizzi ordnati ma kenux bl-għaġina sfiljorata. Dawn il-pastizzi ma ġewx servuti fil-preżenza tat-tfal. L-amministrazzjoni l-ġdida tal-Iskola qed taħdem bis-sħiħ fvur din il-politika billi qed tnaqqas fil-kwantità u qed tmur għal kwalità aħjar. Dan huwa parti minn pjan gradat u bbilanċjat għaliex l-amministrazzjoni l-ġdida ma tistax tinjora tradizzjonijiet preċedenti, għalkemm fl-istess waqt sa mill-ewwel jiem ħadet sensiela ta’ inizzjattivi.

Marsa Shipbuilding u Malta Drydocks

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dik li kienet magħrufa bħala l-Marsa Shipbuilding ġiet mikrija lil terzi u jekk iva, b'liema kundizzjonijiet u min huma jew hu dan it-terz? Jista' jikkonferma wkoll jew jiċħad li partijiet mill-istess Marsa Shipbuilding, ossija t-tinda u l-baċir, ġew min-naħa tagħhom sullokati (sub-leased) minn dawn il-kerrejja lil terzi oħrajn? B'liema kondizzjonijiet? Min hu/huma dan/dawn is-sullokat/i (sub-leasees)? Jista' jispjega kif sejrin it-trattattivi ta' dik li kienet magħrufa bħala l-Malta Drydocks ta' Bormla mas-Soċjetà Taljana Palombo? Meta hu mistenni li jkunu konklużi t-trattattivi? Dawn waslu fi stadju avvanzat jew għadhom fi stadju inizjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11857 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

midwives ġodda — intake

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11314 u jispjega x'se jsir mill-intake ta' midviwes ġodda li għadhom kemm temmew b'suċċess il-korsijiet tagħhom? Kemm hu d-deficit ta' midwives fil-compliment tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11858 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

restawr fuq iċ-Ċittadella

Question

Tista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11312 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilha u tiddikjara jekk il-Gvern huwiex beħsiebu, li sakemm tgħaddi l-ewwel fażi tal-ġbir u evalwazzjoni ta' tagħrif dwar iċ-Ċittadella, jagħmel xogħol ta' restawr urġenti fuq iċ-Ċittadella, bħat-tneħħija tax-xitel tal-kappar jew xurbebb li qed jiftħu l-konsenturi, jitneħħa l-konkos u jissewwew il-fanali? Intant, tista' l-Ministru tgħid meta hu prospettat li wieħed jgħaddi għat-tieni fażi, issa li kważi għaddew sena u nofs mill-għeluq tas-sottomissjoni ta' l-offerti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li, f'dak li jirrigwarda l-Masterplan, il-proġett miexi skond il-pjan oriġinali u li l-ewwel fażi ta' ġbir u evalwazzjoni tat-tagħrif issa tinsab prattikament konkluża. Fir-rispett tat-time frames oriġinali d-dokument draft tal-Master Plan ser ikun lest fi Frar tal-2010. Waqt li għaddej ix-xogħol fuq il-Master Plan il-Gvern għaddej b'diversi ħidmiet oħra favur ir-restawr taċ-Ċittadella: Permezz ta' fondi miksuba mill-Unjoni Ewropeja sal-2013 ser isir xogħol estensiv ta' restawr fuq is-swar taċ-Ċittadella. Permezz ta' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u l-Ministeru għal Għawdex fir-rigward ta' dan il-proġett diġa' nħarġu u ngħataw żewġ tenders. Tenders oħra ser jinħarġu matul is-sena d-dieħla. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej ukoll b'xogħol kontinwu ta' tneħħija ta' pjanti li jagħmlu l-ħsara, dan ix-xogħol qed isir mir-Red Cross (Gozo) fuq kummissjoni tal-Ministeru. Qed isir ukoll xogħol ta' restawr fuq parti mis-swar li kienet tinsab fi stat perikolanti liema xogħol qed isir minn ħaddiema tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret mill-Malta Shipyards Ltd. (kemm mill-ex Malta Shipbuilding u mill-ex Malta Drydocks) mill-ġurnata ta' l-għeluq ta' l-aħħar skema ta' riżenja volontarja sal-lum fuq tiswijiet/bini ta' vapuri jew kwalunkwe xogħol ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Novembru 2008 u s-26 t'Ottubru 2009 saret ħidma fuq 61 vapur. Fit-Tarzna tal-Marsa tkompla biss ix-xogħol fuq il-proġett tal-Fjell li dam sejjer sa April ta' din is-sena.

Liċenzji tal-PBS

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li ma titħallasx iktar il-liċenzja tal-PBS miċ-ċittadini? X'inhu l-parir legali li rċieva l-Gvern dwar il-validità ta' tali ħlas ta' liċenzja tal-PBS vis-a-vis ir-regoli komunitarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Test tal-liċenzja tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weħlu persuni mit-test tal-liċenzja normali tal-karozza xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2008 sal-lum? Fost dawk li ma jġibux il-liċenzja normali ma' l-ewwel attentant, kemm hi l-medja ta' re-tests li dawn il-persuni jerġgħu jagħmlu sakemm fl-aħħar jiksbu l-liċenzja?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Dwar it-tieni parti jien infurmat li l-medja ta' re-tests hija ta' tnejn.

Kulleġġi — sala prinċipali tal-iskejjel rispettivi

Question

Tista' l-Ministru tiddikjara jekk il-Kulleġġi għandhomx poter li jitolbu ħlas lill-NGOs talli dawn jużaw is-sala prinċipali ta' l-iskejjel rispettivi wara l-ħin ta' l-iskola? Tista' tgħid kemm qed jitolbu ħlas tas-swali tal-iskejjel kull Kulleġġ skont l-iskola rispettiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

VAT mis-settur turistiku

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara kemm daħħal VAT mis-settur turistiku is-sena l-oħra u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Jaqbel li l-VAT għandha tonqos fejn jidħol is-settur turistiku tar-restaurants biex dan imur 'il quddiem u jingħata nifs ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT ma jistgħax jiddikjara x’daħħal VAT mis-settur turisitiku peress li l-informazzjoni li tingħata fid-denunzji tal-VAT ma tiddistingwijx bejn is-setturi imma tingħata skond jekk it-“turnover” kienitx intaxxata bi 18% jew 5% jew inkella kienitx eżenti.
Leg 11 PQ #11823 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bejgħ ta' immobbli b'subbasta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi għall-bejgħ ta' immobbli b'subbasta xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2008 sal-lum? Kemm minn dawn ir-rikorsi immaturaw b'mod li effettivament immobbli nbiegħ bis-subbasta? Kemm minn dawn l-immobbli inxtraw mill-banek animo compensandi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #11124 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delimara — tniġġiż fil-baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jiddikjara x'għamel il-Gvern biex jinvestiga l-lega bajda li tidher regolarment fil-baħar ta' Delimara fil-parti li jgħidulha l-Kalanka? Xi skoprew it-tekniċi tal-Gvern? Għalfejn seħħ dan it-tniġġis f'waħda mill-iktar zoni sbieħ u pristini fil-gżira, liema tniġġis prattikament qered il-potenzjal ta' din iż-żona? X'relazzjoni għandu dan il-ħmieġ u tniġġis mal-industrija tat-tonn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA investigat l-ilmijiet fil-Kalanka. M'hemmx evidenza ċara li turi li din qiegħda tirriżulta mill-industrija tat-tonn.

Ħlas lura ta' bolol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11253, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk iċ-ċittadin Malti għandux dritt iħallas lura bolol għall-perjodi neqsin peress li, per eżempju, wieħed ikun irriżenja mix-xogħol u jkun sab xogħol ieħor xi tliet xhur wara?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħamrun — San Ġużepp Junior Lyceum - Għalliema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11207, jista' l-Ministru jagħti tweġiba fir-rigward tal-Liceo tas-Subien tal-Ħamrun fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca?

Response (CRISTINA, DOLORES)

M’huwiex minnu li hemm studenti ta’ 12 u 13-il sena li għandhom għalliema li mhux qegħdin jattendu għall-lezzjonijiet. Għandna għalliem wieħed li ilu ma jiġi mill-bidu ta’ din is-sena skolastika, iżda dan jgħallem klassijet ogħla u għandu żewġ klassijet biss. Dan l-għalliem huwa ġenwinament marid.
Leg 11 PQ #11771 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju ta' l-Ombudsman — każi pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx każi quddiem l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman li ilhom pendenti għal aktar minn (a) 3 xhur (b) 6 xhur? Jekk iva, kemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.