Legislature:
Category:
Reset
Active:

Artisti — applikazzjoni għall-Funds

Question

Tista' l-Ministru tindika kemm applikaw artisti għal xi wieħed mill-funds li twaqqfu riċentement li jgħinu lill-artisti fix-xogħol tagħhom? Kemm ingħataw għajnuniet b'kollox? Kemm fadal fondi mill-budgets oriġinali rispettivi x'jiġu distribwiti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti irċieva sebgħa u erbgħin (47) applikazzjoni minn individwi jew organizzazjonijiet wara li ġie mniedi l-Malta Arts Fund is-Sajf li għadda. L-applikazzjonijiet għall-ewwel sejħa għalqu fit-30 ta’ Ottubru 2009 u dawn qegħdin fil-proċess ta’ evalwazzjoni. Minn dan il-fond għadha ma ngħatat l-ebda għotja. L-applikazzjonijiet għall-proġetti żgħar li n-numru tagħhom huwa tlieta u ghoxrin (23) ħa jingħataw tweġiba sal-aħħar ta’ Novembru 2009. Il-fond għal din l-allokazzjoni se jkun ta’ € 15,500. Il-proġetti l-kbar (24 applikazzjoni) se jingħataw tweġiba dwar l-għotja sa nofs Diċembru 2009. Il-fond allokat se jkun ta’ € 100,000.

Third Country Nationals

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-affarijiet Barranin jiddikjara x'inhi l-pożizzjoni ta' third country national illi ilu ħames snin jirrisjedi legalment f'Malta u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għal ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kienu t-third country nationals xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti għal ksieb ta' status ta' Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi) u wkoll id-drittijiet li jiġu akkwistati bis-saħħa ta' dan l-istess status jinsabu fl'Avviż Legali Nurmu 278 tal-2006. F'dan ir-rigward qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Information leaflet - Uniform Residence Permits for Third Country Nationals maħruġ mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates fejn f'paġni 5 u 6 wieħed isib informazzjoni dwar dawn il-kundizzjonijiet. Għalkemm il-permess li jingħata jkun validu għal ħames snin u jiġġedded awtomatikament kull ħames snin, l-istatus hu permanenti. Jista' jintilef prinċipalment jekk il-persuna tikkostitwixxi theddida għall-politika pubblika (public policy) jew meta l-persuna ma tibqax tgħix f'Malta jew fit-territorju tal-UE kif hemm stipulat fl-Avviż Legali msemmi aktar 'il fuq. Skont dawn ir-regolamenti (artiklu 11) il-persuna li tingħata dan l-istatus tgawdi trattament ugwali daqs ċittadini ta' Malta dwar "aċċess għall attivitajiet ta' impjieg u ta' persuna li timpjega lilha nnifisha sakemm dawk l-attivitajiet ma jkunu jimplikaw ebda involviment, lanqas okkażjonali, fl-eżerċizzju ta' awtorità pubblika jew ikunu riservati għal ċittadini Maltin." Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Karma tabella li turi n-numru u n-nazzjonalità tal-persuni li applikaw għall-istatus konċernat f'dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar, u li l-applikazzjoni tagħhom ġiet aċċettata jew għadha pendenti. Minn dawn, 185 persuna ngħataw dan l-istatus, filwaqt li 69 applikazzjoni oħra għadhom pendenti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dan il-perjodu kien hemm 40 applikazzjoni oħra li mhux qegħdin inklużi fit-tabella imsemmija li ġew rifjutati.

Unjoni Ewropea — Cohesion Funds - Modernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondi approvati mill-Unjoni Ewropea mill-Cohesion Funds għall-Immodernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, għaddewx għand l-awtoritajiet/entijiet rispettivi? Jekk fl-affermattiv, meta? Lil liema awtorità/enti? Kemm flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Negotia ta' bejgħ ta' immobbli — Capital Gains tax

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara meta daħlet is-sistema fejn venditur jagħżel, f' negotia ta' bejgħ ta' immobbli jagħżel li jħallas il-capital gains relattiva fl-ammont ta' 12% tal-valur tal-bejgħ jew inkella skont ir-regoli tat-taxxa fuq il-qligħ? Kemm daħħal flus il-Gvern minn din il-forma ta' capital gains tax xahar b'xahar minn mindu daħlet sal-lum? Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jiddikjaraw it-12%? Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jużaw is-sistema tat-taxxa fuq il-qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant ill s-sistema fejn venditur jagħżel, f' negotia ta' bejgħ ta' immobbli jagħżel li jħallas il-capital gains relattiva fl-ammont ta' 12% tal-valur tal-bejgħ jew inkella skont ir-regoli tat-taxxa fuq il-qliegħ daħlet fis-seħħ f’Novembru tal-2005. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din ir-risposta tindika: 1) Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jiddikjaraw it-12%; 2) L-ammont ta’ flus li daħħal il-Gvern minn din il-forma ta’ Capital Gains Tax xahar b’xahar minn mindu daħlet sa Ġunju tal-2009; 3) Kemm kienu n-negotia fejn il-vendituri għażlu li jużaw is-sistema tat-taxxa fuq il-qliegħ; 4) L-ammont ta’ flus li daħħal il-Gvern minn negotia li ntagħżlet li titħallas mit-Taxxa fuq il-Qliegħ.
Leg 11 PQ #12038 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas lura ta' bolol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1171 u 11253 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment u lill-Ministeru għall-Politika Soċjali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu, u jgħid jekk iċ-ċittadin Malti għandux dritt iħallas lura bolol għall-perjodi neqsin peress li, per eżempju, wieħed ikun irriżenja mix-xogħol u jkun sab xogħol ieħor xi tliet xhur wara?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-ħlas tal-bolla huwa marbut mad-dħul jew mal-qligħ li persuna ikollha minn impjieg assigurabbli. Għaldaqstant il-ħlas tal-bolla mhux possibli għal perjodu li fih ma hemmx impjieg assigurabbli.
Leg 11 PQ #12039 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrial Projects Services Limited — ħaddiema assenjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11815 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Industrial Projects Services Limited (IPSL)? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema? Il-Gvern għandu ħsieb li jdaħħal iktar ħaddiema mal-IPSL?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li ser nagħti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 12025, 12027 u 12028.
Leg 11 PQ #12040 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Green Wardens — training

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11813 u jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-green wardens f'pajjiżna s'issa? Kemm għandna green wardens? Xi training għandhom? Kemm tressqu nies il-Qorti fuq rapporti li saru mill-green wardens? Fuq liema tipi ta' reati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Green Wardens mal-MEPA ġew mogħtija t-titolu u liċenzja ta' Environment Field Inspectors (EFI) fi ħdan l-Awtorità bl-iskop li jinfurzaw ir-Regolamenti tal-2005 dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f' Postijiet u Żoni Pubbliċi (A.L. 344 ta’ l-2005) u iżjed tard ir-Regolamenti tal-2007 għall-Immaniġġjar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (A.L 295 ta l-2007). Dawn il-ħaddiema ġew amalgamati mat-Taqsima tal-Infurzar dwar l-Ippjanar meta fl-ewwel xhur tagħhom kienu ġew introdotti fl-esperjenza ġdida għalihom t'infurzar. Kienu organizzati biex jagħmlu sorveljanza f'żoni ta' rikrejazzjoni, urbani, rurali u industrijali kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Ir-rwol tagħhom kien li jedukaw u jagħtu twissija lil dawk il-membri tal-pubbliku li jinqabdu jiksru xi regolamenti dwar ir-rimi tal-iskart. Meta f'Ottubru 2007 ġew ukoll introdotti r-Regolamenti għall-Immaniġġjar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (A.L 295 ta l-2007), dawn il-ħaddiema ġew maqsuma f'żewġ gruppi separati sabiex jiffokaw fuq iż-żewġ settijiet ta' regolamenti ċioè dawk dwar l-iskart (AL 344/05) u l-oħrajn dwar is-siti ta' kostruzzjoni (AL 295/07) rispettivament. In-numru ta' EFIs huwa ta' 13 fejn 4 minn dawn it-13 qed jintużaw biex jitwaħħlu s- site notices . Minbarra l-esperjenza li ħadu dawn il-ħaddiema kien ġie organizzat ukoll kors intensiv t'4 ġimgħat dwar aspetti legali u First Aid, 3 ġimgħat eżerċizzju on field inkluż ħruġ ta' warning tickets u ġimgħa oħra training ta' kif jintuża’ l-apparat eletroniku provdut (PDA). Ġew organizzati wkoll mock tribunals speċifikament għalihom sabiex jitgħalmu kif għandhom jiġbru l-evidenza u kif jagħtu xiehda. Minn meta bdew jinħarġu tickets ta' multi skont ir-regolamenti imsemmija iżjed l-fuq (ċioè Lulju 2008) u Settembru 2009, inbdew proċeduri fuq 1050 każ li jinqassmu hekk: - 386 każ ittellgħu quddiem it-Tribunali tal-Ġustizzja. 123 kienu rejati dwar nuqqas t'osservanza tar-regolamenti dwar siti ta' kostruzzjoni filwaqt li 263 kienu dwar rimi ta' skart. - Kien hemm 536 li għażlu li jħallsu il-multa mingħajr ma jittellgħu quddiem it-Tribunal. - 82 każ ġew irtirati mill-Bord tal-Petizzjonijiet. - 36 każ għadhom pendenti quddiem dan il-Bord. - 10 każi oħra huma dwar rejati f'ċrkostanzi aggravanti.

Żjetun — Triq il-President Anton Buttigieg - sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'żviluppi kien hemm biex tiżdied is-sigurtà fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun? Meta se jibda x-xogħol meħtieġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninstab infurmat li bdew xogħlijiet relatati ma’ istallazzjoni ta’ diversi pelican crossings tul it-triq imsemmija mill-Onorevoli Iinterpellant. It-tender għall-istallazzjoni ta’tabelli u sinjali ser jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.

Power Station — trab iswed

Question

B'referenza għaċ-chart li qed tintbagħat separatament, jista' l-Ministru jikkonferma li kull darba li jkun hemm konċentrazzjoni ta' trab iswed ikun hemm zieda fis-SO2 li ġej direttament mill-power station? Inoltre jista' jiddikjara x'kien l-istat tal-power station load u t-turbines load dwar dawn il-peaks tas-SO2 f'kull power station? Jista jiddikjara x'kienu r-records tal: a) load demand u supply b) liema turbini kienu qed jitħaddmu u jintużaw fil-ħinijiet u l-ġranet imsemmija fil-paragrafu, li huwa indikat separatament, f'kull power station?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12096 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Fgura — Triq Dejma - azzjonijiet immedjati

Question

B'referenza għaż-żona fi Triq id-Dejma, il-Fgura bejn il-fabbrika Swan u l-fabbrika tal-mediċina, eżatt fejn it-torri ta' quddiem iż-żona tax-Xemx u l-Qamar, jista' l-Ministru jgħid x'qed jistennew l-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni immedjata biex: a) jieqfu jinstaqu l- mini motors li qed jagħmlu storbju kbir li qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti fl-istess ħin li jipprovdi sit alternattiv fejn dawn il- mini-motorists ikunu jistgħu jgawdu d-delizzju tagħhom f'post li ma jkunx ta' ħsara għar-residenti? b) iwaqqaf lit-trakkijiet milli jarmu l-iskart b'mod illegali, saħansitra fil-11.00 am jew fl-12.00 am tant li f'din iż-żona twieldet miżbla illegali u bla permess? ċ) jeqred il-problema akuta ta' abbuż ta' drogi f'din iż-żona?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija, ma jirriżultax li qed ikun hemm sewqan ta’ dawn il-muturi fit-toroq fl-inħawi imsemmija. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tagħmel ronda fl-istess inħawi għall kull abbuż li jista' jkun qed isir.

Triq tal-Barrani — speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6885 u 6603 u jgħid jekk jaħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-limitu ta' veloċità fit-toroq ikun stabbilit wara li ssir evalwazzjoni ta' kriterji, li jinkludu l-inċidenti ta' natura gravi u t-traffic counts fl-inħawi ta' fejn qed issir il-proposta għat-twaħħil ta' l-ispeed camera. Fi Triq tal-Barrani, din l-evalwazzjoni saret u l-limitu ta' veloċità ġie stabbilit għal-60 kph. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-limitu ta' veloċita' hu allura kkalkolat fuq bażi purament teknika biex tipproteġi ħajjet in-nies. X'naħseb jien mhux relevanti u ma nħossx li l-limitu ta' veloċità għandu jkun materja ta' deċiżjoni politika jew Ministerjali. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Riklami ippubblikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippubblikati riklami intitolati "Why is the Leader of the Opposition giving you false information?" mill-Gvern? Meta dehru? F'liema ġurnal dehru? Kemm swew: a) b'kollox? b) ġurnal b'ġurnal?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi r-riklami li saru mill-Enemalta.
Leg 11 PQ #11895 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

skema ta' l-Ispizjerija ta' l-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11388 u 11118 u jgħid x'inhi l-analiżi li għamel il-Ministru dwar is-suċċess o meno tal-iskema ta' l-Ispiżerija ta' l-Għażla Tiegħek? X'għandu jkun il-ġejjieni ta' din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li mill-analiżi li ċertu oqsma, bħal ma huma s-sistema ta' distribuzzjoni, tal-informatika u l-operat kienu jinħtieġu riforma u titjib. Matul l-aħħar sena sar eżerċizzji ta' konsolidazzjoni li kien jinkludi tibdil fil-management u ġew ingaġġati iżjed riżorsi umani, fosthom dawk tekniċi. Saret bidla fis-sistema ta' distribuzzjoni tal-mediċini u ġie mniedi Client Satisfaction Survey mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sabiex jiġbor informazzjoni mingħand pazjenti u spiżeriji li qegħdin jibbenefikaw mill-Iskema. Sar titjib fis-sistema tal-Informatika, liema proċess għadu għaddej. Ġie mniedi eżerċizzji biex tiġi vverifikata kull talba li ssir mill-pazjenti għall-mediċini b'xejn taħt l-Iskema. Informat ukoll li huwa fil-pjan tal-Gvern li jkompli jestendi l-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek fil-futur qarib.

Post bil-kera — servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11347 u jidħol fil-każ tal-famlija li toqgħod f'post b'kera (pre 1995), d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, illi ilha għaxar xhur sħaħ mingħajr servizz tal-ilma u dan għaliex s-sid tal-post de quo qabad u qata' s-servizzi tal-ilma minn taħt it-taraġ tal-flat? Għalkemm ittieħdu passi kriminali kontra sid il-post, għal xi raġuni l-Qorti lliberatu u b'hekk il-persuna u l-famlija tiegħu spiċċaw jimlew t-tankijiet u jissellfu l-ilma mingħand ħaddieħor. Jista' l-Ministru jintervjeni biex tingħata soluzzjoni lil din il-familja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-każ huwa wieħed ta' servizz fuq ġewwa tal-proprjetà u għalhekk ma jikkonċernax il-WSC. Il-każ huwa wieħed kompletament ta' natura privata.

restawr ta' faċċata ta' dar qadima — għajnuna mill-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ġara mill-proposta li kient tressqet fil-budget tas-sena l-oħra u li l-NGOs kienu laqgħu pożitittivament – dik ta' €2500 għajnuna mill-Gvern lil min jirrestawra l-faċċata ta’ dar qadima?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Informazzjoni fuq trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Jista' mbagħad jissubklassifika kemm twieldu trabi (a) minn ġenituri Maltin (b) minn ġenituri fejn it-tnejn mhux Maltin (c) minn missirijiet mhux magħrufa (d) bl-etajiet tal-ommijiet bejn 12-17, 18-21, 22-25, 26-35, 36-45 u minn 45 sena 'il fuq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12036 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura, Paola, Tarxien — rapporti dwar it-trab iswed

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11810 u ċioe: B'referenza għall-każ tat-trab iswed fiż-żona tal-Fgura/Paola/Tarxien u postijiet oħrajn, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar minn AEA Technology Ltd dwar dan it-trab iswed? Minn mindu sar dan ir-rapport, saru xi rapporti oħrajn? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra occorrendo dawn ir-rapporti? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’Mistoqsija Parlamentari Numru 12048.
Leg 11 PQ #12037 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju ta' l-Ombudsman — każi pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11771 u jgħid jekk hemmx każi quddiem l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman li ilhom pendenti għal aktar minn (a) 3 xhur (b) 6 xhur? Jekk iva, kemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għaddiet direttament għand l-Onor Interpellant mingħand l-Ombudsman.

Karozzi mikrija minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew f'pajjiżna karozzi li huma reġistrati f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri kemm kien hemm karozzi reġistrati f'xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea li inġiebu f'Malta mhux għax inxtraw, imma għax inkrew xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? X'inhi l-proċedura biex wieħed iġib f'pajjiżna b'titolu ta' kiri, vettura reġistrata f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li ċittadini tal-Unjoni Ewropeja għandhom il-libertà jivvjaġġaw minn pajjiz għall-ieħor tal-Unjoni Ewropeja bla xkiel. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dispożizzjonijiet tal-Att Dwar ir-Reġistrazzjoni u Liċenzjar ta’ vetturi bil-mutur (Kap 368), speċjalment għall-artikolu 18, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Dwar l-Eżenzjoni mit-Taxxar ta’ Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, Regolament 5.

Freeport — restawr fuq il-pitch ta' Birżebbuġia

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk fit-trasferiment tal-ishma tal-Gvern fil-Freeport lill-privat, baqax l-obbligu fuq il-Freeport li a spejjeż tagħhom jirrestawraw b'mod regolari l-pitch ta' Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.