Tista' l-Ministru tgħid kemm tela' d-dejn tal-Heritage Malta sal-lum? Kemm hu prospettat li jitla' sa bħal-lum sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont ta’ kredituri ta’ Heritage Malta sal-lum, huwa ta’ € 875,000.
Nippreċiża billi ngħid li Heritage Malta, bħal kull entita’ oħra, għandha numru ta’ proġetti għaddejjin kif ukoll spejjeż u dhul rikorrenti.
Ikun hemm diversi kredituri li jkollhom jieħdu flus għal xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu minn żmien għal żmien u dan b’mod regolari. Heritage Malta tamministra il-
cashflow
tagħha bħal kwalsijasi entita’ oħra.
Pagamenti lill-kredituri isiru b’mod regolari, f’waqthom u kif miftiehem - inklużi dawk fir-rigward ta’ Taxxa u Kontribuzzjonijet ta’ Sigurta’ Socjali u hawn nippreċiża li Heritage Malta għas-sena 2009 qiegħda regolari u fil-kaz ta’ arretrati għandha ftehim biex isir ħlas gradwali.
A bażi li d-dħul mistenni għax-xhur li ġejjin jilħaq il-
projections
, mhuwiex mistenni li l-
cashflow
ta’ Heritage Malta tmur lura.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12632 u jispjega x'kienet l-iskema tal-pensjoni li wettqet il-Korporazzjoni Telemalta fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin? Jista' jgħid jekk saritx allowance għal dan id-dritt fil-bejgħ tal-Gvern lil terzi privati? Jista' jiddikjara kif se jagħmel biex jara li l-ħaddiema kollha tal-GO, kemm dawk li ħadu l-iskema tal-voluntary redundancy u kemm dawk li ma ħadux l-iskema jieħdu din il-pensjoni speċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tagħti iktar informazzjoni dwar il-Vot allokat ta' €500,000 intitolat Youth Special Training Scheme partikolarment:
a) jekk dan il-vot huwiex abbinat ma' dak kif spjegat mill-Ministru tal-Finanzi biex wieħed iħarreġ mill-ġdid liż-żgħażagħ li ħarġu mis-sistema edukattiva mingħajr il-ħiliet meħtieġa?
b) jekk iva:
1) Kif se jsir dan it-taħriġ?
2) Kemm hu stmat li hawn żgħażagħ li għandhom bżonn dan it-taħriġ?
3) Dan it-taħriġ se jkun volontarju jew mandatorju?
4) Kif se jintnefaq dan il-vot ta' €500,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Vot Youth Special Training Scheme ta’ Euro 500,000 huwa abbinat ma’ dak kif spejgat mill-Ministru tal-Finanzi. Se jitwaqqaf working group li se jfassal il-programm bil-għan li jkompli jgħin liż-żgħażagħ itejbu l-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom. Dan il-programm għandu jwassal biex iż-żgħażagħ jiksbu kwalifika fuq livel 2 skont il-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki. F’dan it-taħriġ se jiġi kkonsidrat ukoll ir-rikonnoximent tat-tagħlim informali u mhux formali. L-indikazzjoni li toħrog mit-Tracer Study tal-2008 juri li żgħażagħ li ma jkomplux l-edukazzjoni tagħhom jew isibu impjieg huma ta’ 552. L-istudenti li jipparteċipaw fl-iskema se jingħataw ukoll l-inċentiv li jirċievu l-istipendju. Dan il-vot se jintefaq fit-tagħlim u l-amministrazzjoni tal-programm.
Jista' l-Ministru jispjega x'kienet l-iskema tal-pensjoni li wettqet il-Korporazzjoni Telemalta fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin? Jista' jgħid jekk saritx allowance għal dan id-dritt fil-bejgħ tal-Gvern lil terzi privati? Jista' jiddikjara kif se jagħmel biex jara li l-ħaddiema kollha tal-GO, kemm dawk li ħadu l-iskema tal-voluntary redundancy u kemm dawk li ma ħadux l-iskema jieħdu din il-pensjoni speċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
UNESCO — theddida li jneħħi lil Valletta minn Belt ta' Patrimonju Dinji
Question
Tista' l-Ministru tagħti update lill-Parlament dwar x'sar fuq it-theddida mill-UNESCO li jneħħi lil Valletta minn Belt ta' Patrimonju Dinji (World Heritage Site)? X'laqgħat kien hemm? X'korrispondenza ntbagħtet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara l-korrispondenza mill-Kumitat tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO mal-awtoritajiet Maltin fuq il-belt Valletta, twaqqaf working group kompost minn rappreżentanti tal-entitajiet konċernati li huma s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, Heritage Malta, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, il-Kummissjoni Nazzjonali tal-UNESCO f`Malta u l-Valletta Rehabilitation Project. Dan il-grupp qed jipprepara risposta dettaljata għal numru ta’ mistoqsijiet magħmula mill-UNESCO. S’issa saru erba’ laqgħat u risposta komprensiva ma ddumx ma tingħata.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-email jew ittra li biha huwa nforma lill-Prim Ministru li kien se jmur jara logħba futbol fuq jet privat flimkien ma' żewġ kummerċjanti?
Jista' l-Ministru jiddikjara x'involviment kellha d-ditta JPM Brothers jew il-persuni li jifformaw din id-ditta fil-kampanja elettorali tiegħu li għaddiet jew xi waħda mill-kampanji elettorali tiegħu passati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà spjegat f’okkażjonijiet preċedenti u kif anke kien ikkonfermat mill-Prim Ministru nnifsu jien infurmajt verbalment lill-istess Prim Ministru bl-imsemmi vjaġġ.
Bħal m’hu obbligat jagħmel kull kandidat, jien ippreżentajt l-informazzjoni mitluba mil-liġi elettorali dwar l-ispejjeż involuti fil-kampanja elettorali tiegħi lill-Kummissjoni Elettorali.
appelli quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar — informazzjoni
Question
B'referenza għall-Bord tal-Appell imwaqqaf taht l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp, jista' l-Prim Ministru jindika kemm ġew intavolati u kemm ġew deċiżi appelli quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar xahar b'xahar fl-aħħar tliet snin? Minn dawk deċiżi, kemm minnhom intlaqgħet it-talba ta' l-appell u kemm minnhom ma ntlaqgħetx? In oltre kemm kien hemm appelli quddiem il-Qorti ta' l-Appell (Sede Inferjuri) fl-istess żmien? Kemm minnhom kienu vinċenti quddiem il-Qorti ta' l-Appell u kemm minnhom ma kenux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fis-sena 2007 ġew intavolati 352 appell quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar, u ġew deċiżi 183 appell. Fis-sena 2008 ġew intavolati 312 appell filwaqt li ġew deċiżi 211 appell. Din is-sena (sal-31 t'Ottubru) ġew intavolati 218 appell u ġew deċiżi 155 appell. Fis-sena 2007 kien hemm 11 -il każ li ġie appellat quddiem il-Qorti ta' l-Appell, erbgħa ġew deċiżi favur il-MEPA u sitta kontra, wieħed minnhom għadu pendenti. Fis-sena 2008 kien hemm 8 każi li ġew appellati quddiem il-Qorti ta' l-Appell, erbgħa ġew deċiżi favur il-MEPA u sitta kontra. Din is-sena sal-lum hemm 18-il każ li ġie appellat quddiem il-Qorti ta' l-Appell, tnejn ġew deċiżi favur il-MEPA u wieħed kontra, ħmistax għadhom pendenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kemm ġew intavolati appelli quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar u kemm appelli ġew deċiżi xahar b'xahar.
Tenut kont li l-Jerma Palace Hotel kienet inbniet fuq proprjetà tal-Gvern, liema proprjetà kienet għaddiet lil terzi b'titolu ta' ċens perpetwu taħt numru ta' kundizzjonijiet, fosthom illi l-art de quo tintuża biex fuqha tinbena lukanda, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jirriprendi lura s-sit li fuqha nbniet il-Jerma Palace Hotel peress li l-lukanda ilha għadd kbir ta' xhur magħluqa, mitluqa u fi stat ta' abbandun?
Huwa aċċettabbli għall-Prim Ministru illi l-post li qabel kien jokkupa lukanda ewlenija fin-Nofsinhar ta' Malta issa huwa żdingat u mitluq? Tenut kont li fil-ġurnali tal-Partit Nazzjonalista kien tħabbar illi minflok il-Lukanda Jerma kienu se jinbnew appartamenti lussużi u anke lukanda żgħira u issa jidher ċar li l-iżviluppatur għal raġunijiet tiegħu mhux se jagħmel dan, x'pożizzjoni qed jieħu l-Gvern dwar dan?
X'laqgħat kellu l-Prim Ministru, jekk kellu, mal-emfitewta l-ġodda tal-lok li fuqu kienet inbniet il-Jerma Palace Hotel? X'ġie diskuss? Kien hemm Ministri oħra li attendew għal dawn il-laqgħat? Jekk iva, min kienu? Għaliex saru dawn il-laqgħat, jekk saru?
Jista' l-Ministru jiddikjara kemm hawn kumpaniji parastatali u ex-parastatali li joffru skema ta' pensjonijiet vantaggjuza għall-ħaddiema tagħhom apparti l-pensjoni tal-Gvern? Liema huma dawn l-iskemi? Kemm hawn nies li jibbenefikaw minn dawn l-iskemi skont kull parastatali jew ex-parastatali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Santwarju ta' l-Annimali Noah's Ark — ambulanza għall-annimali
Question
Jista' l-Ministru jiddikjara kif se jagħmel biex ikompli jgħin lis-Santwarju ta' l-Annimali, Noah's Ark issa li spiċċaw il-fondi ta' €30,000 għall-proġett pilota ta' sitt xhur? X'assessment għamel il-Ministru tal-proġett pilota? Peress li jidher li Noah's Ark jeħieġ €1,200 fil-ġimgħa biex imexxi 'l quddiem il-progett ta' Ambulanza għall-Annimali, x'pożizzjoni għandu l-Gvern dwar dan anke peress li ma semma' xejn fl-aħħar budget?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u Noah’s Ark hu sal-aħħar tas-sena. Il-flus ivvutati skont il-kuntratt għandhom iwasslu sal-aħħar tas-sena għax l-istima saret bi qbil bejn iż-żewġ partijiet.
Il-proġett pilota li kien kontinwament moniterjat mid-dipartiment tal-
Animal Welfare
se jgħin biex ikunu kkunsidrati diversi soluzzjonijiet oħra.
Jien infurmat lin-
Noah’s Ark
irċeviet diversi forom ta’ għajnuna mill-Gvern fosthom l-użu ta’ art tal-gvern ġewwa l-Mellieħa, vettura mgħammra bħala ambulanza biex tkun tista’ sservi bħala
back up,
kif ukoll is-servizz ta’ impjegat
full-time
imħallas mill-fondi pubbliċi.
Il-Gvern jemmen li l-flus ivvutati għall-2009 u li issa reġgħu ġew ivvutati għall-2010 huma biżżejjed biex jingħata dan is-servizz flimkien ma’ affarijiet oħra relatati ma’ dan is-suġġett.
amputazzjonijiet b'kawża ta' meningite jew dijabete
Question
Jista' l-Ministru jiddikjara kemm saru amputazzjonijiet fl-isptarijiet relevanti fl-aħħar sentejn sena b'sena? Kemm minnhom kienu konsegwenza ta' meningite? Kemm minnhom kienu konsegwenza ta' dijabete?
Tista' l-Ministru tiddikjara kemm hu maħsub li hu l-ammont ta' żgħażagħ li għandhom iktar minn 16-il sena, imma li m'għandhomx il-ħiliet meħtieġa la biex ikomplu l-istudju u lanqas għad-dinja tax-xogħol, liema żgħażagħ saret riferenza għalihom fl-aħħar budget? Minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiddikjara kemm kienet it-talba mill-Kunsill Nazzjonali dwar il-Ktieb għal għajnuna finanzjarja mill-Good Causes Fund għall-Book Fair? Kemm fil-fatt ingħataw flus mill-Good Causes Fund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb m’għamilx talba għal ammont speċifiku mill-Good Causes Fund minħabba l-Fiera tal-Ktieb, imma rikjesta ġenerika biex tkopri spejjeż ta’ madwar €10,000. Din l-applikazzjoni qed tkun ikkunsidrata mal-applikazzjonijiet kollha tal-aħħar kwart tas-sena.
Kors tal-Liġi — membri tal-ġudikatura - informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' x'inhi l-pożizzjoni tal-membri tal-ġudikatura li jkunu jixtiequ jagħtu l-lectures fil-Kors tal-Liġi (LL.B, LL.D)? Tista' tagħti spjega ta' kif din inbidlet mas-snin, u għaliex?
Taħseb il-Ministru li jkun ferm u ferm għaqli kieku l-membri tal-ġudikatura jkunu jistgħu jgħallmu lill-istudenti tal-liġi, fl-istess waqt li jkollhom class notes fuq l-iktar punti legali importanti dettati mill-ġudikanti stess?
Min kienu l-membri tal-ġudikatura li kienu jgħallmu fil-kors tal-liġi minn wara l-gwerra 'l hawn u kemm damu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-informazzjoni mitluba tmur lura għat-tmiem tal-gwerra dinjija, din ser tieħu ż-żmien biex tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex ikollha l-permess tgħaddi d-dawl u l-ilma fl-appartament tagħha, però wara tliet xhur għad m'għandhiex dan il-permess? Jista' jgħid x'qed iżomm milli jingħata dan il-permess daqshekk sempliċi? Għalfejn ċittadini bħal din qed jiġu esasperati għal xi ħaġa daqshekk bażika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skont l-informazzjoni li għandi mill-MEPA ma naħsibx li l-Onorevoli Interpellant huwa korrett fil-kritika tiegħu.
Jirriżulta li l-applikant u l-Perit nkarigat ġew ikkuntatjati mill-MEPA fejn ġie spjegat lilhom xi punti/problemi li qed iżomm dan iċ-ċertifikat milli joħroġ.
Nissuġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jitlob lil applikant sabiex jagħmel kuntatt mal-Awtorità sabiex dawn il-punti jiġu riżolti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret mill-green wardens f'pajjiżna s'issa? Kemm għandna green wardens? Xi training għandhom? Kemm tressqu nies il-Qorti fuq rapporti li saru mill-green wardens? Fuq liema tipi ta' reati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12040.
Jista' l-Ministrun jwieġeb mistoqsija parlamentari 11818 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sar mill-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li ma titħallasx iktar il-liċenzja tal-Public Broadcasting Services miċ-ċittadini? X'inhu l-parir legali li rċieva l-Gvern dwar il-validità ta' tali ħlas ta' liċenzja tal-Public Broadcasting Services vis-a-vis ir-regoli komunitarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — pyschiatric unit - alkoħol over the counter
Question
Jista' l-Ministru jgħid huwiex essenzjali li fl-Isptar Mater Dei jinbiegħ alkoħol over the counter meta fl-istess bini hemm il-Psychiatric Unit? Stante li pażjent jista' faċilment joħrog mis-sala u jmur jixrob l-alkoħol meta dan ikun qiegħed taħt kura u stante li ħafna pazjenti fis-Phsychiatric Unit huma alkoħoliċi x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq dan il-punt?