Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #34136 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Tista' l-Ministru tagħti raġunijiet għala l-persuna li kienet qed tokupa l-kariga ta' Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi rriżenjat ftit jiem ilu? X'kariga qed tassumi din il-persuna wara li rriżenjat? Il-Pożizzjoni vakanti ta' Deputat Direttur se timtela? Jekk iva, meta u b'liema proċedura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Deputat Direttur xtaqet li tmur lura għal pożizzjoni li kellha ta' lecturer mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi. Fil-jiem li ġejjin se terġa' toħroġ il-pożizzjoni ta' Deputat Direttur permezz ta' sejħa pubblika.
Leg 11 PQ #34137 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi — timetable

Question

Tista' l-Ministru tippublika t-timetable tal-ewwel u tat-tieni semestru separatament bejn is-sena akkademika 2005/2006 u 2009/2010 tal-persuna li sa ftit jiem ilu kienet tokkupa l-kariga ta' Deputut Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Heritage Malta — professjonisti li telqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm professjonisti telqu lil Heritage Malta jew ġew seconded barra minn Heritage Malta minn Jannar tal-2011 sal-lum?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega/jispeċifika x’qed jifhem eżatt meta qed jgħid professjonisti

Heritage Malta — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' Heritage Malta? Minn fost il-kuraturi, managers u senior heads kemm hemm minnhom li għandhom PhD u kemm għandhom Masters u f'liema suġġetti?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Mużew Marittimu — sofqa perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-periklu li hemm fis-soqfa tal-Mużew Marittimu ġewx solvuti? X'azzjoni ttieħdet biex jiġu mħarsin il-ħaddiema li jaħdmu hemm?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Heritage Malta — informazzjoni dwar il-laneċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laneċ ta' Heritage Malta fil-baħar u fl-art, meta ngħataw jew inxtraw minn Heritage Malta, x'użu jsir minnhom u kemm hi l-ispiża tal-maintenance tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li Heritage Malta għandha tliet laneċ, li kollha jinsabu fuq l-art dawn jikkonsistu f’dan li ġej: 1. Lanċa li kienet tintuża mid-Dipartiment tad-Dwana bl-isem ta’ 21 March li ngħatat bħala donazzjoni mid-Dipartiment tad-Dwana fl-2004 u li se tintuża fil-wirja permanenti tal-Mużew Marittimu wara r-restawr meħtieġ. 2. Lanċa tas-sajd bl-isem ta’ Temptation mgħoddija mid-Dipartiment tas-Sajd fl-2005, li wkoll se tintuża fil-wirja permanenti tal-Mużew Marittimu wara r-restawr meħtieġ. 3. Lanċa żgħira tar-Royal Navy li ngħatat bħala donazzjoni minn persuna mill-Kalkara fl-2011 li se tiġi restawrata sabiex tiġi nkluża fil-wirja permanenti. Infurmat ukoll li bħalissa m’hi qed issir l-ebda spiża fuq dawn it-tliet laneċ.

Żejtun — rotta tal-linja li twassal sa ħdejn l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jara jekk li l-karozza tal-linja li titlaq miż-Żejtun għall-isptar (il-210) twassal - bħalma jagħmlu karozzi oħrajn - lill-passiġġiera (li wħud minnhom ikunu morda u anzjani) sal-bieb tal-isptar u mhux ħdejn l-entratura tal-Università?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bit-tibdiliet li se jidħlu fis-seħħ fis-27 ta’ Mejju li ġej r-rotta 210 se tibda tieqaf kemm quddiem il-bieb tal-isptar kif ukoll ħdejn l-entratura tal-Università.

kunsilli lokali li bidlu s-segretarju eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li minn Jannar tal-2011 sal-lum biddlu s-segretarju eżekuttiv? Jista' jingħad liema kunsilli ġew mitluba jagħmlu mid-term audit u liema le?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li kien hemm disgħa u għoxrin (29) kunsill lokali li minn Jannar 2011 sat-12 ta’ April 2012 bidlu s-Segretarju Eżekuttiv tagħhom. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-kunsilli lokali. Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija fir-responsabbiltà ta’ kull kunsill lokali li jagħmel mid- term audit meta jgħaddi minn bdil tas-Segretarju Eżekuttiv. Għalhekk ma jkunx mitlub mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jagħmel dan. Id-Dipartiment fakkar f’dan permezz tal-linji gwida li bagħat lill-kunsilli lokali li kienu annessi ma' memo 4/2012, liema kopja qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma’ estratt tal-linji gwida msemmija.

Rabat — Katakombi ta' San Pawl - tender

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi problemi nqalgħu fir-rigward tat-tender tal-Katakombi ta' San Pawl fir-Rabat? Jista' jikkonferma jew jiċħad jekk kienx hemm dewmien sostanzjali biex dan il-proġett jitlesta u allura jekk hemmx il-possibilità li dawn il-fondi jintilfu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li t-tender imsemmi ġie ppubblikat fil-15 t’April 2011 u l-ewwel deċiżjoni għall-kanċellazzjoni minħabba raġunijiet amministrattivi kienet ippubblikata fl-10 t’Awwissu 2011. Wieħed mill-kuntratturi appella minn din id-deċiżjoni. L-appell instema fl-10 t’Ottubru 2011 u ntlaqa’ b’deċiżjoni ppubblikata fil-31 t’Ottubru 2011. Għalhekk reġa’ beda l-proċess ta’ evalwazzjoni, din id-darba dik teknika. Il-Bord f’dan l-istadju ukoll irrakomanda li t-tender għandu jiġi kkanċellat. Din id-deċiżjoni ġiet ippublika mid-Dipartiment tal-Kuntratti fit-8 ta’ Marzu 2012. Din id-darba ma’ sar l-ebda appell, iżda l-kuntrattur involut ħass li minflok għandu jibda proċeduri fil-qorti, b’mandat ta’ inibizzjoni sabiex jitwaqqaf il-proċess ta’ tendering . Dan il-każ instema fis-27 ta’ Marzu 2012 iżda l-qorti b’deċiżjoni tat-2 ta’ April 2012 ma laqgħetx il-mandat . It-tender għalhekk se terġa’ tiġi ppubblikata mill-ġdid mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-ġranet li ġejjin sabiex ix-xogħol ikun jista’ jsir fiż-żmien stabbilit fil-proġett tal-ERDF.

Heritage Malta — proġetti li kellhom jieqfu

Question

Jista' l-Ministru jinforma liema huma l-proġetti ta' Heritage Malta li kellhom jitwaqqfu in vista tar-reviżjoni 'l isfel fil-voti/fondi li jingħataw mill-gvern lil Heritage Malta?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li Heritage Malta ma sofriet l-ebda reviżjoni mill-vot kapitali mogħti lilha għal din is-sena.

Breast Screening Program

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nisa f'pajjiżna ġew mistiedna xahar b'xahar fl-aħħar sentejn biex jagħmlu breast screening b'xejn in linea mal-Breast Screening Program tal-gvern? Jista' jikkategorizzahom skont l-etajiet u l-irħula tal-istess nisa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wirt Kulturali — supretendent li siefer l-Italja

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'kienet ir-raġuni li s-Superintendent tal-Wirt Kulturali akkumpanja lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta fiż-żjara uffiċjali tal-Italja?

Response (DEMARCO, MARIO)

Is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali akkumpanja lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta fuq stedina u rikjesta personali tal-istess President. Waqt iż-żjara kienet inawgurata wirja ta’ xogħolijiet tal-iskultur Malti Melchiorre Gafà.

Wirt Kulturali — informazzjoni dwar nies impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mas-Superintendenza tal-Wirt Kulturali, kemm minnhom għandhom PhD u kemm għandhom Masters u f'liema suġġetti?

Response (DEMARCO, MARIO)

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha ħdax-il impjegat (11) li minnhom disgħa (9) huma gradwati. Minn dawn il-gradwati tnejn (2) għandhom livell ta’ MA, fl-immaniġjar ta’ wirt arkeoloġiku u ta’ Siti ta’ Wirt Dinji, wieħed (1) MSc fl-osteoloġija arkeoloġika, wieħed (1) M.Phil fl-arkeoloġija u l-preistorja Ewropea u Ph.D fis-sostenibiltà fl-immaniġjar, l-użu u l-konservazzjoni ta’ monumenti ta’ Wirt Dinji.
Leg 11 PQ #17001 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Knisja tal-Vitorja tal-Belt — restawr ta' pittura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' restawr tal-pittura tas-saqaf tal-Knisja tal-Vitorja tal-Belt li għandha valur stortiku kbir? X'sar mir-restawraturi barranin li oriġinarjament kienu appuntati jagħmlu dan ix-xogħol ta' restawr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li x-xogħol ta’ restawr imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien proġett li nbeda mill-Uffiċċju ta’ Rijabiltazzjoni tal-Belt Valletta (VRP) u kienu ġew kummissjonati restawraturi minn Coulthard Foundation biex jinbeda dan x-xogħol. Sussegwentement ġie konkluż ‘Att ta’ Kurazija’ mal-Organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa, liema Att tpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra fis-7 ta’ Novembru 2011. Dan l-Att jipprovdi, fost oħrajn, għat-tkomplija tal-proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf tal-knisja kif ukoll restawr u konservazzjoni oħra li huma meħtieġa.

Heritage Malta — Bord ta' Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-membri fuq il-Bord ta' Diretturi ta' Heritage Malta - tneħħi r-rappreżentant tal-Università ta' Malta - għandu rikonoxximenti akkademiċi fil-qasam tal-heritage/restawr/tmexxija ta' siti kulturali? Saru talbiet biex nies fi ħdan il-qasam tar-restawr/patrimonju/tmexxija ta' siti kulturali jkunu membri fil-bord de quo? Jekk dawn m'aċċettawx it-talba li saritilhom, għaliex dawn għamlu tali rifjut?

Response (DEMARCO, MARIO)

Kollettivament il-membri tal-Bord iġibu magħhom esperjenzi u kwalifiki varji li jkopru l-oqsma ta’: Wirt Kulturali, Arti, Arkeoloġija, Restawr, Turiżmu, Management, Ippjanar Strateġiku, Finanzi, Tmexxija ta’ Mużewijiet u Siti. It-talbiet li saru kienu ndirizzati direttament lill-persuni li huma membri f’dan il-Bord u li kollha aċċettaw it-talba li saritilhom biex ikunu membri fil-Bord tad-Diretturi ta’ Heritage Malta.

Heritage Malta — CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li għandu s-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex dan ingħata l-inkarigu li jokkupa l-pożizzjoni ta' CEO ta' Heritage Malta?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li l-persuna imsemmija huwa gradwat u għandu Baċellerat tal-Arti. Infurmat ukoll li għal dawn l-aħħar disa’ snin dejjem okkupa pożizzjoni ta’ tmexxija fis-Servizz Pubbliku fejn fl-aħħar snin serva bħala Segretarju Permanenti. Infurmat ukoll li s-selection panel ta’ Heritage Malta unanimament sabuh bħala l-persuna addattata għall-kariga msemmija u kien għalhekk li ntalbet id-detailing tiegħu mal-Aġenzija skond Art 18 tal-att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap 445).

Forti Sant' Anġlu — ħlas lill-arkitetturi

Question

B'referenza għall-Forti Sant' Anġlu u x-xogħlijiet li saru fuq dan is-sit, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-arkitetturi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u għala dan ix-xogħol ma sarx mis-sitt periti li tħaddem Heritage Malta?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li bi preparazzjoni għall-applikazzjoni eventwali għall-proġett ta’ restawr fuq il-Forti Sant Anġlu, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura ħareġ sejħa għall-offerti għal servizzi ta’ periti f’Jannar 2010, li ntrebaħ minn DeMicoli & Associates. Dan ix-xogħol, li kien jinkludi surveying, deterioration mapping, riċerka u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, sal-ħruġ tal-permessi mill-MEPA, sewa €154,700. Fl-2010 Heritage Malta kellha tliet periti fid-dipartiment tal-Proġetti u kien hemm perit bħala manager fid-dipartiment tal-Konservazzjoni. Għalhekk sabiex ikun jista’ jibda l-proċess ta’ applikazzjoni tal-MEPA b’mod immedjat u minħabba l-iskala ta’ l-istess proġett, ma kienx possibli li dan ix-xogħol isir direttament minn Heritage Malta. Inżid ukoll li Heritage Malta kienet involuta fil-proċess kollu ta’ xogħolijiet li qegħdin isiru fuq dan is-sit, inkluż fil-ħruġ u l-adġudikazzjoni ta’ dan it-tender.

Forti Sant'Anġlu — sigurtà

Question

B'referenza għas-sigurtà fil-Forti Sant'Anġlu, jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-gvern biex jassigura s-sigurtà (safety)? X'nefqa saret? In-nefqa kif saret - permezz ta' direct order jew wara sejħa għal offerti? Jista' jgħid jekk l-Ordni ta' Malta [SMOM] u l-consortium li se tibni spa u li t-tnejn jokkupaw parti mill-Forti ikkontribewx għan-nefqa tas-sigurtà?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li mill-2008 sa l-aħħar tal-2011 intnefqu €131,862 sabiex ikun hemm preżenza kontinwa ta’ uffiċjal tas-sigurta’ fil-forti u dan sabiex jiġi kkontrollat l-aċċess u jitwaqqaf kull tip ta’ abbuż li kien qed isir fl-istess forti. Dan is-servizz ingħata għal ftit żmien minn G4S Security Services (Malta) Ltd, li kienu diġa’ jagħtu servizz lil Heritage Malta f’siti oħra, sakemm imbagħad inħareġ tender u intrebaħ minn Signal 8 Security. Dan is-servizz kien u għadu jiġi mħallas minn Heritage Malta.

Tas-Silġ u San Pawl Milqi — arkijelogi Taljani

Question

Għar-rigward tas-siti ta' Tas-Silġ u San Pawl Milqi, jista' l-Ministru jikkonferma kemm damu l-missjoniet arkijelogi Taljani jaħdmu f'dawn is-siti u kemm-il rapport ġie ppreżentat tal-ħidma tagħhom? Jista' jikkonferma li l-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali għandu kontroll fuq ir-reparti li nstabu u li qegħdin fis-swar ta' Bormla? Min jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' dan il-post? Hemm inventarju tal-mijiet ta' kaxxi f'reparti li hemm f'dan il-post?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.