Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ewropea — Cohesion Funds - Modernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12527 u jgħid jekk il-fondi approvati mill-Unjoni Ewropea mill-Cohesion Funds għall-Immodernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, għaddewx għand l-awtoritajiet/entijiet rispettivi? Jekk fl-affermattiv, meta? Lil liema awtorità/enti? Kemm flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità Marittima ta' Malta — Ħsara fuq proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ma' xi għassa tal-pulizija fuq allegat (1) ta' serq (2) ħsara fuq proprjetà tal-Awtorità Marittima ta' Malta (3) ħsara fuq proprjetà ta' boat owners fil-yachting marinas li qegħdin taħt ir-responsabbilità ta' l-Awtorità Marittima ta' Malta sena b'sena bejn l-1 ta' Jannar, 2003 sal-aħħar ta' Jannar, 2009, marina b'marina? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il każ ġie solvut u kemm tressqu nies il-Qorti in konnessjoni ma' dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Marina Ta' Xbiex/Gżira — Toilets u showers

Question

Stante li qabel Ottubru 2008 l-boat owners u l-guests tal-marina ta' Ta' Xbiex u l-marina tal-Gzira kienu jużaw ix-showers u toilets tal-yachting centre tal-Awtorità Marittima ta' Malta u stante li wara Ottubru 2008 il-Yachting Centre ngħata lill-Yachting Club u l-bini kollu nbidel drastikament u t-toilets u x-showers twaqqgħu, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament fejn il-boat owners u l-guests qegħdin jinqdew għall-ħtigijiet tagħhom , anke tenut kont tal-ħtieġa li tinżamm l-igjene in vista ta' mard bħal H1NI?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet relatati max-showers u toilets ġewwa l-basement tal-bini tar-Royal Malta Yacht Club, li huma intiżi sabiex jintużaw minflok dawk li kien hemm qabel fl-uffiċċini ta’ l-Awtorità Marittima, għadhom għaddejjin. L-Awtorità hija infurmata li dawn għandhom ikunu lesti għall-aħħar ta’ Frar. Infurmat ukoll li l-marina tipprovdi faċilitajiet alternattivi (showers u toilets) fuq in-naħa tal-Msida/Pietà.

Xogħol ta' toroq li jinsabu fi stat diżastruż

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbnew jew jitranġaw it-toroq segwenti li jinsabu fi stat verament diżastruz u jgħid f'kull każ, triq triq, meta se jinbeda x-xogħol tant meħtieg: Fgura Triq Pawlu Micallef Triq il-Foss Triq Fredu Abela Triq Merħba (parti) Triq AM Valperga (parti) Misraħ Ġuzeppi Gauci Għaxaq Triq San Ġorġ Triq tal-Qattus Pjazza Giovanni Scicluna Triq l-Iklin Triq il-Merill Triq l-1 ta' Jannar 1626 Triq Dun Marcell Mallia Marsaskala Triq il-Vjola (parti) Triq il-Quċċata Triq Ġuzeppi Lanzon Triq Barduniera Żejtun Triq Filippu Falzon?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-awtorità għandha pjani biex jitlestew it-toroq li kienu inklużi fil-program ta’ bini ta’ toroq residenzjali. Triq Pawlu Micallef, Triq il-Foss, Triq Merħba (parti), Triq AM Valperga (parti), Misraħ Ġużeppi Gauci, Fgura; Triq San Gorg, Triq tal-Qattus Pjazza Giovanni Scicluna, Għaxaq; Triq Filippu Falzon, Żejtun, huma inklużi f’dan il-program u x-xogħlijiet ser jsiru skond il-prijoritajiet li jiriżultaw. It-Toroq l-oħra li huma: Triq Fredu Abela, Fgura; Triq l-Iklin Triq il-Merill Triq l-1 ta' Jannar 1626 Triq Dun Marcell Mallia Għaxaq; Triq il-Vjola (parti) Triq il-Quċċata Triq Ġużeppi Lanzon Triq Barduniera, Marsascala mhumiex inklużi f’dan il-programm.

panelli solari fuq il-bjut ta' dipartimenti u uffiċini governattivi — kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li wieġbu għall-expression of interest għal panelli solari fuq il-bjut ta' dipartimenti u uffiċini governattivi? Liema kienu u minn liema pajjiżi ġejjin il-mother companies rispettivi tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Expression of Interest għall-panelli solari fuq il-bjut ta' dipartimenti u uffiċini governattivi għad trid tagħlaq u għaldaqstant għad m’hemmx l-informazzjoni mitluba.

PVs importers reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm PVs importers reġistrati mal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l- Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi għandha 22 importaturi tal- PVs reġistrati.

strateġija nazzjonali dwar l-enerġija alternattiva u l-ġenerazzjoni tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jiffinalizza l-istrateġija nazzjonali dwar l-enerġija alternattiva u l-ġenerazzjoni tal-elettriku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa għaddej Strategic Environment Assessment (SEA) fuq l- Energy Policy qabel ma’din tkun finalizzata. Jien infurmat ukoll illi bħalissa qed jiġi ffinalizzat pjan t’azzjoni biex Malta tilħaq il-miri tal-Unjoni Ewropea dwar enerġija alternattiva. Meta jiġi approvat dan id-dokument l-istrateġija nazzjonali tkun tista’ tiġi ffinalizzata. Dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 11 PQ #13682 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — fondi kapitali u rikorrenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kif se jintnefqu l-flus (fondi kapitali u rikorrenti) li ġew ivvutati għas-sena d-dieħla għall-Adult Training Centres? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm flus allokati għall-Adult Training Centres is-sena l-oħra? Kif intnefqu dawn il-flus b’mod dettaljat?”

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13683 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pembroke — Adult Training Centres

Question

Bħalma hemm proġettat li se jinbnew skejjel statali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa proġettat li jinbnew Adult Training Centres ġodda sas-sena 2013? Fejn beħsiebhom jinbnew dawn l-Adult Training Centres ġodda? X’kienet ir-raġuni li ġie magħluq l-Adult Training Centre ta’ Pembroke u ma nfetaħx ieħor ġdid?”

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13684 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea kemm ibbenefikaw il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità minn fondi tal-Unjoni Ewropea u kif intnefqu dawn il-fondi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Drydocks

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11845, jista' l-Ministru jispjega kif sejrin it-trattattivi ta' dik li kienet magħrufa bħala l-Malta Drydocks ta' Bormla mas-Soċjetà Taljana Palombo? Meta hu mistenni li jkunu konklużi t-trattattivi? Dawn waslu fi stadju avvanzat jew għadhom fi stadju inizjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi in-negozjati mas-Soċjetà Taljana Palumbo SpA bħalissa qegħdin fi stadju relattivament avvanzat.

online transactions

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex meta konsumatur jixtri xi ħaġa minn barra (permezz ta' l-ebay eċċ.) u dan isib li l-oġġett de quo kien diffettuż ikollu jħallas €60 ta' l-hekk imsejħa inspection u €15 oħra lid-Dwana (apparti l-pustaġġ lura)? Ma jaħsibx li dawn il-miżuri jxekklu d-drittijiet tal-konsumaturi meta jiġu biex jixtru permezz ta' l-online transactions?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment ta’ Dwana ma’ jitlob l-ebda ħlas ta’ €60 u lanqas ta’ €15 għal inspection ħlief jekk ix-xogħol isir wara l-ħin tax-xogħol u fuq l-istess talba ta’ l-individwu. Biex pakkett jintbagħat lura, u jekk ikun hemm xi ħlasijiet, dawn ma jsirux lid-Dwana iżda lill-agent li jieħu ħsieb biex jibgħatu lura. L-Onorevoli interpellant, huwa ġentilment mitlub biex jgħaddi aktar informazzjoni biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu investigati iktar l-imsemmijin ħlasijiet.

Ċertifikati tal-Mużika

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet, pubbliċi jew privati, li għandhom il-poter jagħtu kwalifiki li jiġu rikonoxxuti mill-Gvern fil-qasam tal-mużika? Tista' tipprovdi statistika ta' kemm inħarġu ċertifikati tal-mużika sena b'sena fl-aħħar ħames snin skont id-dar li toħroġ dawn iċ-ċertifikazzjonijiet (London, Trinity eċċ.) grade, grade ? Kemm jiswew l-eżamijiet rispettivi grade, grade ? Kemm intnefqu flus mill-poplu tagħna fi ħlas ta' eżamijiet grade, grade sena b'sena fl-aħħar ħames snin skont id-dar li toħroġ dawn iċ-ċertifikazzjonijiet? In oltre tista' l-Ministru tispjega jekk iċ-ċertifikazzjonijiet tal-mużika LSM għadhomx rikonoxxuti? Jekk le, għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma jingħataw l-ebda kwalifiki fil-mużika mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni. Jiġu rikonoxxuti mill-Gvern kwalifiki li joħorġu mill-Associated Board of Royal Schools of Music, it-Trinity College of Music u t-Thomas Valley University – London College of Music Examinations. Peress li dawn l-eżamijiet isiru b’mod privat, il-Ministeru m’għandux l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Talba għal reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jagħmel dak kollu meħtieġ fil-konfini ta' dak li hu permessibbli fil-liġi biex l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li sofra amputazzjoni fiż-żewġ saqajn, li huwa armel u għandu żewġt itfal maġġorenni t-tnejn b'diżabilità mentali, jinħariġlu permess biex ikollu reserved parking quddiem ir-residenza tiegħu u dik tat-tifla l-oħra maġġorenni tiegħu li reliġjożament tassisti kemm lil missierha u lil ħutha ta' kuljum, anke tenut kont li ħaġa bħal din tkun ta' soljev kbir lil din il-familja li bħalissa ġenwinament teħtieġ din it-tip ta' koperazzjoni mis-soċjetà?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta qed tagħti l-kunsiderazzjoni meħtieġa lill-applikazzjoni in kwistjoni.

Żejtun — Parroċċa ta’ Santa Katarina - restawr tal-Knisja mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk matul din l-aħħar sena qatx saru talbiet għall-ghajnuna mill-Fond għall-Kawżi Ġusti, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, taż-Żejtun, biex jintużaw għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali mibnija mill-Arkitett Malti Lorenzo Gafa’ fil-bidu tas-Seklu 18? Jekk iva, kemm kienu l-ammonti li ingħataw?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumitat għall-Fond tal-Kawżi Ġusti rċieva żewġ applikazzjonijiet mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina taż-Żejtun. L-ewwel waħda kienet titratta dwar il-konservazzjoni u r-restawr tal-faċċata ta’ l-Oratorju. Il-Kumitat ma kienx f’pożizzjoni li jikkunsidra din l-applikazzjoni msemmija b’mod favorevoli u l-applikant gie mgħarraf b’ittra uffiċjali fl-1 ta’ Settembru 2009. It-tieni applikazzjoni tirrigwarda il-konservazzjoni u r-restawr tal-parroċċa. Din l-applikazzjoni għadha qed tiġi evalwata mill-kumitat.

Pjazza San Ġorġ — Monument tas-Sette Giugno

Question

Tenut kont li r-rivolta tas-Sette Giugno 1919 wasslet għat-twaqqif tal-ewwel Parlament fl-1921; tenut kont li dakinhar tar-rivolta mietu tliet maltin (M. Attard, G. Bajada u L. Dyer) u weġgħu ħamsin Malti fejn eventwalment l-ammont ta' mejta telgħu għal 4 (C. Abela); tenut kont li sa minn nhar is-Sette Giugno, 1986 il-poplu Malti u Għawdxi ikkommemora dan l-avveniment b'monument proprju quddiem il-Palazz li fih jiltaqa' l-Parlament; tenut kont li l-monument tneħħa biex saret ir-riġenerazzjoni tal-Pjazza San Gorg, jista' l-Ministru jgħid meta l-monument tas-Sette Giugno se jerga' jitpoġġa fi Pjazza San Ġorġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 13337.

nefqa fuq xogħlijiet ta' arti jew oqsma kreattivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13102 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe, in vista ta' l-istqarrija msemmija f'paġna 49 tal-Budget għas-sena 2008 fejn fiha kien intqal li 0.25% ta' l-ispiża ta' kull proġett kapitali jew infrastrutturali kellhom jintnefqu fuq xogħlijiet ta' arti jew oqsma kreattivi, jagħti lista ta' kemm flus ġew allokati permezz ta' dan il-mekkaniżmu tal-0.25% xahar b'xahar mill-2008 sal-lum? Min ibbenefika minn dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma tinżamx statistika f'dan is-sens mid-dipartiment u entijiet li jwettqu proġetti kapitali u infrastrutturali. Meta parti min-nefqa tkun marret għall-iskopijiet imsemmija, huwa l-pajjiż kollu li jiggwadanja. Fejn tali nefqa ma saritx għax ma jkunx instab possibli li jiġu ddedikati flus għal dan il-għan, il-proġett ġie jiswa anqas milli kieku ġew iddedikati flus għal dan il-għan.
Leg 11 PQ #13646 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ħidma tal-Programm Budz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13105 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti spjega tal-ħidma tal-Programm Budz li, skont il-budget tas-sena 2009 (paġna 71) kellha toffri ħidma lil diversi żgħażagħ li huma meqjusin li qegħdin fil-periklu? Kemm ġew allokati fondi għall-Programm Budz? Kemm intnefqu fondi għall-Programm Budz? Kemm kien in-numru ta' żgħażagħ li gawdew minn dan il-programm?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Wied il-Għajn — breakwater - moorings

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-moorings fil-bajja ta' Wied il-Għajn, ċioe fil-parti li tibda mill-breakwater ta' barra u tispiċċa fil-breakwater ta' ġewwa? Kemm minhom għandhom permess li jirmiġġjaw? Kemm minnhom applikaw għall-permess? Dawk li applikaw għall-permess, kemm ilhom li applikaw? Veru li hemm minnhom li ilhom fuq sena li applikaw? Fl-applikazzjoni tingħata prijorità lil min ilu jirmiġġja għal ħafna u ħafna snin b'mod konswetudinarju? Kif jiġu riżolti kwestjonijiet li jinqalgħu dwar irmiġġjaturi ġodda li jaqbdu minn rajhom u jirmiġġjaw ħdejn min ilu jirmiġġja snin u snin twal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċentru tal-Kreattività l-Kavallier ta' San Ġakbu — parti li għaddiet għand it-terza persuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-pussess ta' parti miċ-Ċentru tal-Kreattività tal-Kavallier ta' San Ġakbu għadda f'idejn terzi persuni? Għalfejn it-tmexxija taċ-Ċentru tal-Kreattività ħasset li għandha tagħmel dan? Liema parti taċ-Ċentru għaddiet f'idejn terzi? Min huma t-terzi persuni? Saret xi offerta jew tender? Kien hemm shortlistings sa ma eventwalment ġiet identifikata t-terza persuna? Ġie ffirmat xi tip ta' kuntratt mat-terza persuna? X'inhuma l-obbligi u d-drittijiet (1) taċ-Ċentru tal-Kreattività u (2) tat-terz naxxenti minn dan l-kuntratt? Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra dan il-kuntratt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.