Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħruġ ta' permess għar-residenza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jara li jinħareġ il-permess għar-residenza lill-individwu li dettalji dwaru qed jinatbagħtu separatament li jixtieq jiżżewweġ lill-partner tiegħu li ilu jgħix magħha għal dawn l-aħħar ħames snin u li anke kellu tifla minnha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna konċernata tista' tagħmel applikazzjoni formali għal permess ta' residenza jekk hi qiegħda tirisjedi legalment f'Malta. Jekk din il-persuna qiegħda Malta b'mod illegali, il-każ tagħha jrid jiġi kkunsidrat mill-Uffiċċjal Prinċipali ta' l-Immigrazzjoni.

persuni intitolati għall-għajnuna tal-ikel mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-persuni intitolati għall-għajnuna tal-ikel mill-Unjoni Ewropea humiex qed jiġu avżati bl-eligibilità tagħhom? X'kontroll qed jagħmel il-Gvern biex wieħed jaċċerta ruħu li l-ikel tal-Unjoni Ewropea jingħata lil min ħaqqu? Kemm ingħata ikel tal-Unjoni Ewropea raħal b'raħal fl-aħħar sena? Kemm minn dawk li ngħataw qegħdin fuq l-għajnuna soċjali u kemm minnhom mhumiex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #15087 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta — World Heritage Site - dokumentazzjoni

Question

Tenut kont dak li l-Gvern kien qal ftit tax-xhur ilu dwar l-istatus tal-Belt Valletta bħala World Heritage Site tal-UNESCO, senjatament fejn kien inqtal li sa Frar li ġej (jiġifieri dan ix-xahar) kellhom jintbagħtu xi dokumentazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jagħti aġġornament tal-pożizzjoni kif inhi preżentament u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni li ntbagħtet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li l-Working Group imwaqqaf speċifikament biex jagħmel ir-rapport dwar l-istat ta’ konservazzjoni (State of Conservation) tal-Belt Valletta ppreżenta, f’Jannar, ir-rapport tiegħu lill-Onor Dolores Cristina, li dak iż-żmien kienet responsabbli għas-settur tal-kultura, ir-rapport imsemmi ntbgħat nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar. Kopja ta’ dan ir-rapport qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-anzjani — helper/carer

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki huma meħtieġa biex bniedem jaħdem bħala helper/carer fid-djar tal-anzjani f'pajjiżna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li biex persuna taħdem bħala helper/carer fid-djar tal-anzjani jkun hemm bżonn hekk: dawk li jagħmlu xogħol ta’ caring ikollhom bżonn Caring Certificate, filwaqt li dawk li jagħmlu xogħol ta’ tindif ma jkollhomx bżonn ta’ kwalifiki.

Pannelli solari fuq bejt

Question

Peress li l-Gvern għadu kemm ħabbar li qed jikkonsidra li jagħti d-dritt lil min għandu flat biex jistalla l-pannelli solari fuq il-bejt, jista' l-Ministru jispjega eżattament x'għandu f'moħħu? X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is-sidien tal-ogħla bejt li sal-lum igawdu l-full ownership and use tal-bejt? Dawn se jkunu suġġetti li, bl-opra tal-liġi, jippermettu l-istallazzjoni tal-pannelli solari tas-sidien tal-flats fuq il-bejt li sal-lum hu kollu tagħhom bl-istess mod li jissapportaw it-tankijiet tal-ilma u l-antennae? X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is-sidien tal-penthouses li fil-kuntratt tax-xiri għandhom klawsola espressa li ma jista' jeħel xejn fuq l-arja tal-penthouse għajr tank tal-ilma u antennae tas-sidien tal-maisonettes ta' taħt? X'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk is-sidien tal-penthouses li għandhom fil-kuntratt tax-xiri addirittura klawsola espressa li fuq l-arja tal-penthouses ma jistgħux jitwaħħlu pannelli solari tas-sidien tal-flats/maisonettes ta' taħt? Se jkun hemm intervent tal-liġi biex jirregola dan kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-onorevoli interpellant li id-dettalji għadhom qed jitfasslu.

UEPA — Third Country Nationals' Integration Fund

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tat-Third Country Nationals' Integration Fund approvat mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Wara li kumitat ta’ evalwazzjoni rrakkomanda l-approvazzjoni ta’ erba’ (4) proġetti, l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea bagħtet il-kuntratti lill-ewwel żewġ entitajiet nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar 2010, filwaqt illi għadha qed tiddiskuti numru ta’ materji mal-entitajiet taż-żewġ proġetti l-oħra.

UEPA — Third Country National's Integration Fund

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea se tipprovdi skeda ta' ħidma u l-informazzjoni dwar x'qed iżommha milli tagħmel dak kollu meħtieġ biex min rebaħ il-proġett iffinanzjat mit-Third Country National's Integration Fund, jista' jibda l-ħidma tiegħu peress li diġà ntilef ħafna ħin prezzjuz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 14903.

Third Country Nationals' Integration Fund — proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li jibda l-proġett iffinanzjat mit-Third Country Nationals' Integration Fund?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-European Union Programmes Agency bagħtet il-kuntratti lill-ewwel żewġ entitajiet nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Frar 2010 sabiex ikun iffirmat minnhom u sussegwentement mill-Aġenzija. Dan ikun ifisser li hekk kif l-entitajiet imsemmija jiffirmaw il-kuntratt dawn l-entitajiet ikunu jistghu jibdew il-proġett tagħhom.

Unjoni Ewropea — Cohesion Funds - Modernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14080 u 12527 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk il-fondi approvati mill-Unjoni Ewropea mill-Cohesion Funds għall-Immodernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, għaddewx għand l-awtoritajiet/entijiet rispettivi? Jekk fl-affermattiv, meta? Lil liema awtorità/enti? Kemm flus?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema użata minn Malta f’dak li jirrigwarda il- Cohesion Funds hija li l-ispiża prevista fil-Proġetti għal sena partikolari tiġi vvutata fil- Baġit ta’ dik is-sena taħt il-Ministeru konċernat li fil-każ tal-Proġett għall-Immodernizzar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn huwa l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Kull spiża li ssir tiġi mħallsa mill-allokazzjoni fl-Estimi. Wara li tkun saret l-ispiża, jittella dak li jissejjah Statement of Expenditure fiż-żmien indikat mill-Awtorità konċernata, jiġifieri l- Managing Authority li taqa taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-proċess iwassal id-dokumentazzjoni kollha sabiex tiġi ċertifikata mis- Certifying Authority fil-Ministeru tal- Finanzi, l-Ekonomija u Investiment. Wara ċ-ċertifikazzjoni ssir it-talba għal rimbors tal-ammont tal- EU Funds lill-Kummissjoni Ewropea. Malli ssir it-talba, is- Certifying Authority tgħaddi l-ammont applikabbli bħala dħul fil-Fond Konsolidat tal-Gvern. Dan isir permezz ta’ transazzjoni fejn jiġi ddebitat il-kont fil-Bank Ċentrali ta’ Malta (fejn il-Kummissjoni Ewropea tiddepożita il-Fondi) u jiġi kkreditat il-Fond Konsolidat. L-ammont totali li ġie kkreditat fil-Fond Konsolidat tal-Gvern abbinat mal-Proġett imsemmi sa llum huwa € 8,184,085.73.

Sptar Mater Dei — pyschiatric unit - alkoħol over the counter

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12385 u jgħid huwiex essenzjali li fl-Isptar Mater Dei jinbiegħ alkoħol over the counter meta fl-istess bini hemm il-Psychiatric Unit? Stante li pażjent jista' faċilment joħrog mis-sala u jmur jixrob l-alkoħol meta dan ikun qiegħed taħt kura u stante li ħafna pazjenti fis-Phsychiatric Unit huma alkoħoliċi x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq dan il-punt?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-bejgħ tal-alkoħol mir-restaurant tal-viżitatur tal-Isptar Mater Dei huwa permess skond il-kuntratt oriġinali li ġie ffirmat fit-12 ta’ Ottubru 2007, bejn l-operatur tar-restaurant u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Il-pożizzjoni tal-Gvern hija li l-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku ġewwa l-Isptar Mater Dei, u anki fi-sptarijiet oħra jekk ikun il-każ, ma jaqbilx man-natura ta’ sptar fih inniffsu. Għalhekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ġiet mitluba sabiex tirrevedi l-kuntratt sabiex jitwaqqaf il-bejgħ ta’ xorb alkaħoliku ġewwa l-Isptar Mater Dei. Huwa importanti li l-onorevoli interpellant jifhem li din hija materja kuntrattwali u għalhekk hija waħda li tirrikjedi bdil f’kundizzjoni ta’ kuntratt li qiegħed fis-seħħ. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi diġà infurmat formalment lil-kuntrattur li l-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku ġewwa l-Isptar Mater Dei jrid jieqaf u qiegħda fil-proċess li tiddiskuti mal-partijiet konċernati.
Leg 11 PQ #15018 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sentenzi tal-Bord tal-Appell tal-Ippjanar dwar l-Iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika fuq liema sit jew siti elettroniċi wieħed jista' jaqra s-sentenzi tal-Bord tal-Appell tal-Ippjanar dwar l-Iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjonijiet tal-bord tal-Appell tal-Ippjanar huma ppublikati fuq is-sit www.mepa.org.mt. Wieħed jista’ ifittex deċiżjoni billi jikteb in-numru ta’ referenza tal-appell jew inkella billi jdaħħal xi dettall fuq il-każ. Il-'links' biex wieħed jagħmel dan huma: http://www.mepa.org.mt/main?CaseType=AP http://www.mepa.org.mt/fulltextsearchappeals

riverzjoni ta' bilanċ tal-income tax

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara meta se titħallas, lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, f'riveżjoni tal-bilanċ ta' Lm 442 income tax żejda li kienet ħallset u li ilhom dovuti għal aktar minn ħames snin? Għaliex l-aħħar pagament sar qabel l-elezzjoni u mill-elezzjoni 'l hawn ma rċevitx din is-somma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-refund tal-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament, u li kellu joħroġ sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, se joħroġ ma jdumx, u se tirċevih bl-imgħax ta’ 0.75% fix-xahar.
Leg 11 PQ #14069 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Planning regulations fil-konfront tal Belt Valletta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 13166 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm mill-planning regulations ġew riprodotti fil-planning regulations kontemporanji u f'liema source of law?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda planning regulation ma ġiet riprodotta fil-planning regulations kontemporanji u r-raġunijiet huma prinċiparjament dawn li ġejjin: a) Ir-regolamenti indikati kienu prinċiparjament intiżi għal qabel ma sar l-intervent urban filwaqt li dawk tal-lum huma prinċiparjament orjentati fuq interventi fl-" urban fabric " eżistenti. b) L-infrastruttura, il-metodi tal-bini, l-amministrazzjoni u l-liġijiet huma differenti ħafna. c) Mhux ir-regolamenti kollha għandhom x'jaqsmu ma l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art kif nifmuh illum. d) Għaddew aktar minn 400 sena mit-tfassil tar-regolamenti imsemmija għar-regolamenti tal-lum. e) Il-metodu ta' kif isir l-ippjanar tal-użu tal-art inbidel kompletament.

Mħażen tal-Karnival

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’sejjer jiġri minn dawk il-parteċipanti tal-Karnival li se jittieħdulhom l-imħażen wara dan il-Karnival 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Numru sostanzjali ta’ mħażen li bħalissa qed jintużaw mill-parteċipanti tal-Karnival bilkemm jistgħu jissejħu mħażen, peress li dawn jifformaw parti mill-wirt storiku kulturali tagħna – kappella barokka u l-Forti ta’ Sant’Iermu. Il-Gvern fassal proġett ta’ restawr għal ħafna minn dawn is-siti storiċi. Sabiex dan iseħħ, jeħtieġ li l-parteċipanti jħallu l-post li qed jużaw bħalissa u jmorru jaħdmu f’post aktar adattat. Dan qed jiġi diskuss flimkien mal-Għaqda Parteċipanti Karnival stess. Il-Gvern offra sit ġewwa ta’ Qali biex hemm isir Villaġġ tal-Karnival li mhux biss jipprovdi premises biex jinbnew il-karrijiet tal-karnival iżda jista’ jiżviluppa l-industrija tal-karnival, marbuta mas-settur tat-Turiżmu u tal-Arti u l-Kultura.

Pavimentar f'toroq tal-Belt Valletta

Question

B'referenza għall-fatt li fil-jiem li għaddew inqala' l-pavimentar ta' Triq San Kristofru, Valletta bejn Strada Stretta u Triq ir-Repubblika; tenut kont li dan kien l-uniku paviment oriġinali tal-Kavallieri li kien fadal fil-Belt Valletta; tenut kont li dan evidentement inqala b'aggeggi goffi u mhux bl-iskop li jitqiegħed f'postu; tenut kont li evidentement l-iskuża li nġabet wara, jiġifieri li kienu se jinbidlu xi mains tal-ilma u s-slabs oriġinali kienu se jintefgħu lura f posthom, jista' l-Ministru jgħid: a) Għala nqalgħu dawn is- slabs ? b) Inkisrux xi slabs fil-proċess tat-tqattiegħ? ċ) Jikkonfermax li s-slabs oriġinali kollha se jerġgħu jintefgħu f'posthom? Meta se jsir dan? Fejn tqiegħdu s-slabs fil-frattemp? d) X'kien l-involviment tal-aġenzija Heritage Malta u s-sovraintendenza għall-patrimonju kulturali f'dan kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14748 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Speaker ġdid tal-Kamra

Question

Tenut kont li l-kariga ta' Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti hija l-fus li fuqu ddur il-ħidma parlamentari u għalhekk id-demokrazija parlamentari; Tenut kont li tħabbar li l-Onor. Louis Galea, il-President tal-Kamra preżentement, se jassumi l-ħatra ta' membru fuq il-Qorti tal-Awdituri, prevju l-eżami, b'seħħ minn Mejju li ġej; jista' l-Prim Ministru jgħid min se tkun il-persuna li se timla l-post ta' Speaker b'seħħ minn Mejju li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-ħatra ser issir skont il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni.
Leg 11 PQ #14627 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fostering

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat min-naħa tal-Gvern u xi twettaq s'issa biex jiġu mgħejjuna n-nies li jagħmlu fosteringta' tfal ta' terzi? Kemm hawn tfal fostered f'pajjiżna? X'nazzjonalità għandhom? Kemm hawn family units li jagħmlu fostering?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li saru dawn l-attivitajiet: 1) Kampanja għal aktar għarfien dwar il- fostering bil-għan li aktar familji jitħajru jiffosterjaw tfal li qegħdin jirrisjedu ġo djar tat-tfal u biex jinstabu foster carers godda għal tfal li jkollhom bżonn protezzjoni b’mod urgenti. 2) Marbuta ma’ din l-Kampanja hemm ppjanati iżjed programmi ta’ taħrig għal foster carers prospettivi li dawn mbgħad issirlhom l-Home Study Report u wara li jigu approvati mill-Bord tal-Fostering ikomplu jiġu segwiti u appoġati mil-aġenzija permess tal-ħaddiema soċjali u anke billi jattendu support groups li huma organizatti mill-agenzija. 3) Minn Jannar ta’ din is-sena ic-Child in Care Benefit żdied minn 40 ghal 70 euro. 4) Kull foster family għandha social worker biex jghinuhom fid-diffikultajiet li jiltagħqu magħhom fit-trobbija ta’ dawn it-tfal. 5) Isiru, programmi ta’ taħrig u support groups b’mod regolari. 6) Tfal fostered hawn 190 7) Tfal kollha huma Maltin b’eċċezzjoni ta’ żewgt t-tfal li huma mill-Afrika. 8) F’Malta hawn 180 foster carers .
Leg 11 PQ #14649 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Jevenile court — social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers li qed jaħdmu speċifikament fil-Juvenile Court ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Elenku tal-films

Question

Jista' l-Ministru jagħmel elenku tal-films li nħadmu f pajjiżna xahar b xahar fl-aħħar ħames snin bl-ismijiet tal-films, id-dar tal-produzzjoni u l-budget rispettiv ta' kull film li ntnefaq f'Malta u kemm kien f'kull każ l-ammont ta' inċentivi finanzjarji (sa massimu ta' 22 fil-mija mill-ispejjeż tal-produzzjoni u fuq l-akkomodazzjoni) li ġew ibbenefikati mill-Gvern Malti favur id-dar ta' produzzjoni rispettiva?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.