Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett tat-Teatru Rjal u l-Parlament il-ġdid — national investment fund

Question

Ladarba x-xogħol fuq il-bini tat-Teatru Rjal u l-Parlament il-Ġdid se jibda fil-ġimgħat li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid meta nħoloq in-National Investment Fund li skont l-aħħar budget kellu jiffinanzja l-proġett? Jista' jagħti lista tal-proprjetajiet tal-gvern li jirreġistra dħul minnhom f'kirjiet u konċessjonijiet u li se jiġu nklużi f'dan il-fond? Kemm hu dan id-dħul? Liema huma l-investimenti fi stocks u shares li se jikkontribwixxu għal dan il fond? Kemm huma? Kemm intnefaq diġà għal dan il-proġett u fiex intefaq? Minn fejn sar il-finanzjament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ preparament għall-ħolqien tan-National Investment Fund hu għaddej u d-dettalji jitħabbru aktar tard la jitwaqqaf dan il-Fund. Sadanittant, huwa ppjanat li l-iffinanzjar tax-xogħlijiet li se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin, ikun eventwalment inkorporat taħt dan il-Fund.
Leg 11 PQ #15631 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proċedura kriminali kontra employers — ksur ta' kondizzjonijiet ta' impjieg

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il proċedura kriminali ttieħdet kontra employers minħabba ksur ta' kondizzjonijiet ta' impjieg xahar b'xahar fl-aħħar sentejn? Kemm minn dawn ittieħdu wara ilment minn parti leza? Kemm minn dawn ittieħdu ex ufficio?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

kors tal-mediċina — emendi fir-resits tal-eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li se jsiru tibdiliet fir-regolamenti għad-dħul fil-kors tal-mediċina b'mod li student ikollu dritt jagħmel resit ta' suġġett wieħed li ma jkunx ġabu f'livell ta' A jew B minflok ma jkun obbligat li jagħmilhom it-tlieta kollha f'daqqa mill-ġdid? Ma taħsibx li dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ minn din is-sena stess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

S’issa il-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija m'għandha l-ebda ħsieb li tipproponi bdil fir-rekwiżiti għad-dħul fil-kors tal-Mediċina.
Leg 11 PQ #15633 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Ewropea — infringment procedure

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti referenza qasira ta' kull kwestjoni li dwarha l-Kummissjoni Ewropea bdiet infringment procedure, sew jekk fi stadju ta' twissija inizjali u sew jekk fl-istadju ulterjuri? Kemm minnhom ġew riżolti? Kemm minnhom huma pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10007 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn — tal-Magħluq - ħut li qed imut

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9867 u jispjega lill-Parlament x'inhi l-qagħda li jinsab fiha l-ilma tal-Magħluq f'Wied il-Għajn ? Għaliex il-ħut ġo tal-Magħluq qed imut kollu? Possibbli l-gvern m'għandux pjan ta' azzjoni konkreta biex dan il-post potenzjalment tant sabiħ f'Wied il-Għajn jisbieħ? Jekk għandu, jista' jpoġġi l-istudji tal-gvern dwar dan is-settur fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari 9867.

Arms Ltd — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċiviet Arms Ltd mit-twaqqif tagħha sal-lum skont il-mezzi bħal telefon, e-mails eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn mindu twaqqfet l-ARMS Ltd., l-ammont ta’ ilmenti li waslu għandha permezz tal-mezzi tat-telefon, emails, etc., huma kif ġej: Jannar 2010 Frar 2010 Total ta' telefonati li rċevejna KONTIJIET - 13636 TEKNIĊI - 3742 KONTIJIET - 21442 TEKNIĊI - 2572 E-Mails li rċevejna 2027 4379 Messaġġi li tħallew irrekordjati fuq l- answering machine 1230 2375
Leg 11 PQ #15623 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qasam tal-Cruiseliners — xejra negattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn qed tirranka xejra negattiva fil-qasam tal-cruiseliners, partikolarment wara d-deċiżjoni li n-Norwegian Gem ma tibqax taħdem f'Malta u biċ-ċans li l-Costa Cruises tagħmel l-istess? Veru li l-problema hi waħda ta' spejjeż relatati mal-Port Malti? Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jilqa' għal dan d-debuckle?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

appelli mill-valutazzjonijiet tal-periti tal-gvern — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli mill-valutazzjonijiet tal-periti tal-gvern wara xiri jew bejgħ ta' proprjetà immobbli xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin? Kemm damu biex ġew deċiżi? Kemm minnhom kellhom riżultat vinċenti u kemm minnhom ma kellhomx it-talba tagħhom milqugħa? Minn min hu fformat il-bord li jiddeċiedi dawn l-appelli? X'remunerazzjoni għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra n-numru ta’ appelli li daħlu xahar b’xahar fl-aħħar ħames snin. Fl-2008 u l-2009 ma setgħux isiru appelli minħabba li f’Marzu tal-2008 ċ- Chairman u l-Membri tal-Bord kienu rriżenjaw u, peress li l-Board ma kienx kostitwit, id-dipartiment ma ħariġx aktar rifjuti tal-oġġezzjonijiet. L-ebda wieħed minn dawn l-appelli ma dehru quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Speċjali għat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti minħabba li fl-2005 sal-2007 il-Board ma setax jiltaqa’ għax kien hemm problema dwar il-post fil-bini tal-Qorti fejn jagħmel is-seduti tiegħu. Fl-2008 u 2009 ma ltaqax għax kif intqal diġà, ma kienx kostitwit minħabba li kienet mistennija deċiżjoni dwar jekk dawn il-każijiet jinstemgħux quddiem Tribunal ġdid. Effettivament, b’Avviż Legali Numru 245 tal-2009 l-appelli li qabel kienu jidhru quddiem il-Bord ta’ Kummissarji Specjali issa se jibdew jinstemgħu quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva (Materji Fiskali).

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Korporazzjoni Enemalta — mandat ta' sekwestru lil service users

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mandat ta' sekwestru, kemm jekk kawtelatorju u kemm jekk eżekuttiv fuq il-kontijiet bankarji tal-konsumaturi tas-servizz ħarġu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin? Kemm hu l-ammont tas-service users li ntbagħtitilhom ittra legali biex iħallsu d-debitu tagħhom favur il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta xahar b'xahar fl-aħħar ħames snin? Kemm hu l-ammont ta' flus li għandha tiġbor l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta minn kontijiet li għadhom ma tħallsux sal-lum? Kemm kien dan l-ammont sena ilu? Kemm kien dan l-ammont sentejn ilu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar mandati ta’ sekwestru u ittri legali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ammont ta’ flus li għandhom jiġbru l-Korporazzjoni ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta, minn kontijiet li għadhom ma tħallsux mid-data ta’ sentejn ilu, tas-sena li għaddiet u sal-ġurnata tal-lum, huma kif ġej: ENEMALTA WATER SERVICES Frar 2008 € 55,835,251 € 14,037,900 Frar 2009 € 43,942,761 € 9,523,674 16 ta’ Marzu 2010 € 100,089,324 € 21,620,071
Leg 11 PQ #15627 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

talbiet fit-tribunal dwar il-konsumatur — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet fit-tribunal dwar il-konsumatur xahar b'xahar fl-aħħar sena? Kemm minnhom intrebħu mill-konsumatur? Kemm minnhom ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Appell sede inferjuri? Fuq kemm ittieħdu proċeduri kriminali biex jiġu esegwiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

tqassim ta' ħaxix u frott lit-tfal tal-primarja

Question

Tista' l-Ministru tindika, fil-kuntest tal-inizjattiva lodevoli ħafna tat-tqassim tal-ħaxix u frott lit-tfal tal-primarja, partikolarment dawk ta' età tenera, x'assessjar ikun sar ta' kemm-il frotta jew ħaxixa de quo tkun addattata li tingħata lit-tfal ta' età żgħira ħafna, bħal per eżempju karrotti nej u larinġ sħiħ mhux maqsum? X'feedback kellha l-Ministru f'dan is-sens? Se jsir fine tuning biex il-frott u ħaxix ikun iktar addattat għal tfal ta' età żgħira? Kemm tqassmu frott u ħaxix xahar b'xahar minn kemm ilha li ddaħħlet l-iskema? X'tip ta' frott u ħaxix tqassam u lil kemm tfal skont l-età tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet tingħata mill-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bħala paying agents li qed jagħmlu moniteraġġ tal-iskema u l-punti mressqa jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tagħhom. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja huwa involut fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-iskejjel u kif l-iskema tista’ tidħol fil-kurrikulu tal-iskola.

Korporazzjoni Enemalta — arblu tad-dawl fix-Xatt tal-Melħ

Question

Tenut kont illi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament huwa self employed fl-Industrija tal-Melħ u b'ittra tat-3 ta' Diċembru 2009 li qed tintbagħat separatament applika mal-Korporazzjoni Enemalta biex ikollu arblu tad-dawl qrib tax-Xatt tal-Melħ, tenut kont li arblu bħal dan jgħin lis-sajjieda biex ikunu jafu fejn hi l-art f'każ ta' maltemp, u li l-awtoritaijiet l-oħra kollha jaqblu ma' arblu bħal dan, tenut kont li l-Korporazzjoni Enemalta taqbel li jitwaħħal dan l-arblu imma għandha tħassib fuq it-tul involut bejn point u ieħor, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tagħmel dan l-arblu biex tgħin lil dan is-self employed li qatta' għomru u żmienu fl-Industrija tal-Melħ in linea mal-politika tal-Gvern tal-ġurnata li tassisti lis-self-employed apparti mill-ġid li din l-industrija tagħmel fuq il-pajsaġġ ta' pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15612 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistenti Parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kodiċi ta' Etika jew struzzjonijiet ta' regoli ta' etika li wieħed jippresupponi li nħarġu lill-Onor. Membri li qed jokkupaw il-kariga ta' Assistenti Parlamentari kontestwalment mal-ħatra tagħhom? X'se tkun ir-remunerazzjoni tagħhom, inkluż xi fringe benefits jekk inhu l-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kodiċi ta’ Etika għall-Assistenti Parlamentari ser jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin. Għar-rigward remunerazzjoni nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15499.

Ħal Safi — Triq il-Puniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Puniċi, f'Ħal Safi? Jista' jiddikjara jekk jaqbilx mal-mod bl-addoċċ li bih giet kostruwita hump bit-tarmac fil-bidu ta' din it-triq? X'se jsir biex l-affarijiet isiru kif suppost?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant mhix inkluża fil-lista ta' toroq li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-3 t'Ottubru 2006. Fir-rigward tal- hump li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli InNterpellant, li ġiet ikkostruwita f’din it-triq, din saret mingħajr l-approvazzjoni meħtieġa u għaldaqstant Transport Malta ser tieħu l-passi biex tiġi rregolarizzata.

informazzjoni dwar żweġijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13005 u jgħid xahar b'xahar fl-aħħar sentejn kemm ġew ċelebrati żweġijiet reliġjużi klassifikati skont ir-riti reliġjużi differenti (nisrani, hindu, musulman eċċ.)? Fl-istess perjodu kemm kien hemm mixed marriages, jiġifieri fejn parti jkollha twemmin partikolari u parti oħra jkollha twemmin differenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-reġistru taż-żwiġijiet ma jiddistingwix iż-żwiġijiet skond it-twemmin reliġjuż tal-partijiet.
Leg 11 PQ #15423 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCESD — Civil Society Committee - numru ta' laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' s-Civil Society Committee fi ħdan l-MCESD miċ-chairperson tal-MCESD skont il-liġi, xahar b'xahar fl-aħħar sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — xogħol strutturali biex titwessa t-triq

Question

Peress li l-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li jikri tomna u nofs raba' mingħand persuna privata f'Wied il-Għajn hekk kif tgħaddi r-Razzett tal-Ħbiberija u peress li l-Awtorità dwar it-Trasport għamlet xogħol strutturali biex titwessa' t-triq u fil-mori tax-xogħol, qaċċtulu ħames siġriet tal-ħarrub (liema prodott tagħhom kien irendi introjtu) u warrbu għal fuq ir-raba' tiegħu gzuz ta' ħamrija b'mod li tilef il-wiċċ tar-raba' (u għalhekk ma setax jużufruwixxi mid-dħul li wieħed jinkassa mill-frott de quo), jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex lest jagħti kumpens għad-danni sofferti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST — student body li jirrappreżenta l-interessi tal-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-fatt li fl-MCAST m'hemm ebda student body li jirrappreżenta l-interessi tal-istudenti fuq il-mudell tal-KSJC jew KSU?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST kellha l-Kunsill tal-istudenti u dan ħa bosta inizjattivi b’risq sħabhom sakemm baqa’ jopera. Sfortunatament dan għadda minn fażi fejn l-istudenti rtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom u l-operat tiegħu waqaf. Sa mill-bidu ta’ din is-sena l-MCAST ħa l-inizjattiva li jerġa’ jgħin lill-istudenti jerġgħu jwaqqfu l-Kunsill tagħhom bil-parteċipazzjoni tal-istituti kollha. Il-proċess għadu fil-fażi tal-implimentazzjoni tiegħu u dan il-Kunsill għandu jkun imwaqqaf fi żmien qasir.