Jaħseb il-Prim Ministru li l-approvazzjoni mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-4 ta' April 2010 tal-iżvilupp ta' restorant fid-Dwejra kienx pass fid-direzzjoni l-ħażina? X'għandu xi jgħid għall-kummenti li għamlu n-nature trust meta qalu li l-bord kellu kunsiderazzjonijiet oħrajn ħafna 'l bogħod minn dawk ekoloġiċi u patrimonjali? Jista' jwiegħed li jagħmel dak kollu possibbli biex din il-ġawhra eċċezzjonali - d-Dwejra f'Għawdex - ma tinqeridx?
B'referenza għall-pjan tal-gvern tal-ġenerazzjoni tal-enerġija 2006-2015, jista' l-Ministru jgħid liema biċċiet minn dan ir-rapport implimenta u liema ma implimentax? Għaliex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-generation plan rrakkomandat l-istallazzjoni tal-impjant il-ġdid u l-interconnector. L-Enemalta diġà għamlet kuntratt għall-istallazzjoni tal-impjant il-ġdid tal-144MW u qiegħda fil-proċess għat-tender tal-interconnector għal Sqallija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur issewwa fil-Malta Drydocks sena f'sena fl-aħħar għoxrin sena? Jista' jgħid kemm-il vapur inbena fl-aħħar għoxrin sena, sena b'sena fil-Malta Shipbuilding? Jista' jgħid kemm-il yacht jew super yacht issewwa fil-Manoel Island Branch tal-MDD mid-data tat-twaqqif tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-Korporazzjoni Enemalta sena b'sena fl-aħħar ħames snin f'tiswijiet straordinarji fuq il-units tal-power stations nostrani li jipproduċu l-enerġija? Fuq liema units?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka l-units (boilers eċċ.) fi ħdan il-power station ta:
a) Delimara;
b) il-Marsa;
li jipproduċu l-elettriku u jgħid f'kull unit kemm-il darba l-unit de quo:
a) kien wieqaf;
b) kellu ħsarat xahar b'xahar fl-aħħar sentejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li saru speċifikament in vista taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI? Kemm nefqet b'dan il-mod straordinarju Transport Malta? F'każ ta' kull triq, meta kien ippjanat li dawn isiru jew jitranġaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid mill-aħħar żieda fit-tariffi tad-dawl u l-ilma sal-lum kemm-il voucher (energy allowance) bagħat il-gvern? Lil kemm familji skont kull faxxa tad-dħul tal-familji? Kemm hu l-valur komplessiv tal-vouchers li ntbagħtu (it-total tal-għajnuna)? Kemm hi l-medja ta' għajnuna li ngħatat lill-familji li ntbagħtulhom il-vouchers? Kemm kien f'termini ta' valur l-inqas voucher li ntbagħat? Kemm kien f'termini ta' valur l-ogħla voucher li ntbagħat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn Jannar 2010 id-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali ħarġet 15,866 vouchers tal-benefiċċju għall-enerġija lil 15,922 familja u il-valur tagħhom jammonta għal €742,401.70.
Il-valur ta’
vouchers
li ntbagħatu kien kif jidher hawn taħt:
L-Għola L-Inqas
Każ umanitarju €1,357.19 €106.24
Każ Soċjali €472.69 € .01
Każ bit-test tal-mezzi €350.15 € .01
Il-medja ta’għajnuna li ngħatat lill-familji li ntbaghtulhom il-
vouchers
kien ta’ €46.62.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern, fil-każijiet kollha ta' ħaddiema li (a) t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji sab li dawn sofrew inġustizzja u li kellhom jitqiegħdu fl-istat bħallikieku l-inġustizzja ma ġietx kommessa lilhom u (b) għandhom l-età ta' pensjoni u (ċ) is-sentenza tagħhom ma tistax tiġi esegwita minħabba raġunijiet varji, bħal per eżempju privatizzazzjoni tal-entità li kkommettiet id-diskriminazzjoni fil-frattemp (eż. l-MIA), huwiex qed iħallas lil dawn il-ħaddiema pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita jew inkella bil-pensjoni baxxa frott id-diskriminazzjoni li sofrew?
Jekk il-ġvern qed iħallas lil dawn il-ħaddiema bħallikieku t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji ma ppronunzja xejn, ma jaħsibx li dan hu ġust għax ikompli jżid is-sofferenza u d-diskriminazzjoni? Jaf il-gvern li l-Ombudsman ippronunzja ruħu ripetutament favur li bla ħsara għad-drittijiet l-oħra dawn jitħallsu pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15999.
Proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15639 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha, inkluż id-dokumentazzjoni relattiva, li għaddiet bejn il-Gvern u l-individwu li dettalji dwaru ntbagħtu separatament dwar proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre? Xi stima inizjali għandu l-Gvern dwar kemm ikun jiswa dan ix-xogħol kif prospettat mill-individwu li dettalji dwaru ntbagħtu separatament? X'pariri oħra kellu l-Gvern dwar ir-revamp tal-Mediterranean Conference Centre? Minn min? B'kemm flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra mibgħuta mis-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Kultura lill-Avukat Norman Bragg datata 8 ta’ Jannar 2010 b’risposta għall-proposta magħmula mill-istess Avukat Bragg datata Novembru 2009.
Ix-xogħol tal-
RHWL Architects
mistenni jkun lest fi ftit ġimgħat oħra.
Il-
Management
ta’ Dar il-Mediterran, fuq inkarigu tal-Gvern, lesta wkoll pjan għal titjib ta’ Dar il-Mediterran. Il-kumpaniji li ħadmu fuq dan il-pjan kienu “
Theatre Plan
” u “
Paul Gillerion Acoustic Design
”. Huma tħallsu €12,000 għax-xogħol li għamlu.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15641 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta tal-Kamra tan-negozju Gożitana għall-bini ta' airstrip? Wara d-debacle tas-soċjetà Helisureste u l-għoti tas-servizz ta' ajruplan żgħir bejn il-Port il-Kbir u l-Imġarr, jista' jgħid kemm-il titjira saret kuljum bejn Malta u Għawdex mit-tluq tal-Helisureste sal-lum? Meta hu maħsub li jibda jopera s-servizz ta' ajruplan twin engine li jieħu 17-il passiġġier u li kellu jibda jitlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kif imwiegħed? Jista' wkoll jispjega x'inhi l-qagħda tal-heliport żbandat illum? Kif qed tiġi utilizzata din iż-żona u kemm qed jonfoq il-Gvern biex imantni din iż-żona? Għandu pjan biex jutilizza din iż-żona? Kif?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15259 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium? Liema huma r-rapporti u l-istudji li kkummissjona l-Grand Harbour Regeneration Consortium, isem b'isem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Grand Harbour Regeneration Corporation u mhux għall-Grand Harbour Regeneration Consortium.
Jekk dan hu l-każ, jien infurmat li d-Diretturi tal-Korporazzjoni huma:
Chairman – Mark Portelli
Direttur – Joe Caruana
Direttur – Emanuel Delia
Direttur – Audrey Callus Randich
Jien infurmat ukoll li l-GHRC ikkommissjonat dawn ir-rapporti/studji, b’riferenza għall-proġetti msemmija:-
Il-Proġett ta’ City Gate:-
Project Description Statement
Traffic Impact Statement
Site Investigations Reports
Land Surveying
3-D scanning of Old Opera House ruins
Restoration Method Statement (Mortar Tests) – Opera House site ruins
Il-Proġett ta’ Sant Iermu:-
Site Investigation Report
Il-Proġett tal-Lift tal-Barrakka
Lighting Design Report
Site Investigations
Il-Proġett tal-Menqa
Development Brief
Il-Proġett tal-Baċir Numru 1
Site Investigations Report
Palazzo Zondadari
Fire Safety Report
Restoration Method Statement
Peress li kienet ilha s-snin ix-xewqa li f'Wied il-Għajn jkun hemm team tal-futbol li jikkompeti fil-Malta Football Association u f Wied il-Għajn l-iskola primarja m'għandhiex grawnd u għandha biss roqgħa żgħira ta' spazju u minħabba f'hekk grupp ta' sportivi minn Wied il-Għajn organizzaw ruħhom fi klabb tal-futbol liema grupp ġie rikonoxxut mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u qiegħed fil proċess li jiġi rikonoxxut mill-Kunsill Malti għall-Isports. Dan il-klabb jixtieq jipparteċipa fil-Malta Football Association fis-season li ġej u peress li l-players qed ikollhom jikru ground tal-futbol privat biex jittrenjaw u qed iħallsu kollox minn buthom u peress li hi politika tal-gvern li jgħin lill-isports tant li għen f diversi proġetti b'għoti ta' art għal grawnds lil diversi klabbs tal-futbol, taħsibx il-Ministru li għandu jingħata ground tal-futbol f xi skola tal-gvern f'raħal qrib Wied il-Għajn għal numru ta' sigħat għal tliet darbiet fil-ġimgħa biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu t-training tagħhom mingħajr ma jkollhom iħallsu huma stess? Taħsibx li on the long term għandha ssib art f' Wied il-Għajn biex fuqha jinbena grawnd tal-futbol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) diġa qiegħed f’negozjati mal-Kunsill Lokali Marsaskala biex jiġi żviluppat ground fl-iskola Primarja tal-lokalita’ bil-għan li jintuża min-nursery tal-klabb tal-football imsemmi. La darba l-klabb jirreġistra mal-KMS, kif titlob il-Liġi tal-iSport, il-klabb ikun f’pożizzjoni li japplika għal assistenza minn waħda mid-diversi Skemi ta’ Assistenza tal-KMS. Il-KMS ikun dispost li jiddiskuti l-eventwalita ta’ trasferiment ta’ art għall-bini ta’ ground jekk tiġi identifikata art adattata għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-gvern qed jgħid lill-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li f'każ ta' kontestazzjoni huwa jkollu jnaddaf il-qabar a spejjeż tiegħu meta omm l-individwu u ħutha għandhom sehem indiviż ta' dan il-qabar mortis causa kif diġà ġie pprovat lill-gvern id-dokumenti li dan għadda lill-Burials Administration Unit 7?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-dritt tad-dfin u t-tindif ta’ qabar huma regolati b’liġijiet speċifici. Dawn il-liġijiet huma l-Ordinanza dwar iċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata, l-Ordinanza dwar id-Dfin u r-Regolamenti dwar id-Drittijiet li Jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern.
Skond din il-leġislazzjoni hija r-responsabbilta ta kull sid ta’ qabar li jieħu ħsieb li jkun hemm spazju biżżejjed għad-dfin ta’ dawk li għandhom dritt li jindifnu fil-qabar. Għalkemm id-dfin f’qabar privat isir bla ħlas, kwalunkwe tindif u transport ta’ fdallijiet lejn l-ossarju isir bi hlas ta €11.65 ghat-tinfdif ta’ kull qabar u €11.65 ghat-trasport ta’ kull kadavru.
Il-ħlas irid irsir minn min jagħmel it-talba ghat-tindif jew dfin u d-Dipartiment ma jidħolx fil-mertu jekk dan il-ħlas isirx minn min għamel it-talba waħdu jew jekk jinqasamx bejn diversi pussessuri.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il rapport sar mal-entità konċernata mill-infurzar tal-liġijiet tal-kundizzjonijiet tax-xogħol sena b'sena fl-aħħar ħames snin minn ħaddiema nisa li allegaw li jew sfaw diskriminati jew sfaw bi drittijiet imnaqqsa jew saħansitra mkeċċija minħabba l-fatt li huma kellhom jew kien se jkollhom tarbija? X'kienet l-età tal-complainant f'kull każ? X'miżuri ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-statistika speċifikatament mitluba ma tinżammx mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Minn Lulju li għadda bdiet tinżamm statistika dwar talbiet għall-informazzjoni li jkolllna fuq materji relatati mat-tqala u fis-sitt xhur bejn Lulju u Diċembru 2009 daħlu 318 talba għall-informazzjoni fuq din il-materja.
Ta’ min jirrimarka li f’każijiet bħal dawn, min iħoss li seta’ ġie diskriminat jista’ jirriferi l-każ lit-Tribunal Industrijali biex titolbu jagħmel kwalunkwe ordni meħtieġa biex jieqaf l-allegat diskriminazzjoni u wkol tista’ ssir talba biex it-Tribunal jordna il-kumpens li jidhirlu xieraq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar il-proposta tal-Ministru tal-Finanzi Tedesk, liema proposta qablet magħha ukoll il-Kummissjoni Ewropea, li jitwaqqaf fond monetarju Ewropew li jgħin stati membri fiż-żona Ewro li jkunu f'diffikultajiet finanzjarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti qiegħed isegwi mill-qrib id-diskussjonijiet kollha li għaddejjin dwar l-istabbilità finanzjarja fiż-żona tal-ewro. Minkejja li ssemmiet fil-media, għad m’hemm l-ebda proposta uffiċjali sabiex jitwaqqaf Fond Monetarju Ewropew. Meta u jekk titressaq proposta bħal din, il-Gvern Malti jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara kif u fejn ikun hemm bżonn.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11838 li saret fil-leġislatura l-oħra fit-3 ta' Mejju, 2005, jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa llum fis-sena lill-pajjiż b'mod medju kull persuna li tinsab il-ħabs? Kemm hemm persuni l-ħabs illum? Ta' liema sess? Ta' liema nazzjonalità? Minn liema belt jew raħal ġejjin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sal-31 ta' Marzu 2010 l-ammont ta' priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kien ta' 590, (43 mara u 547 raġel). Infurmat ukoll illi kull priġunier iqum bejn wieħed u ieħor €50 kuljum. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għar-raba' u l-ħames domandi.
Attachments:15974 - Kull persuna li hemm il-habs.xls
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum li qed iservu piena ta' life imprisonment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta' Marzu 2010 kien hemm tmien persuni fil-Faċilità Korrettiva Kordin li qed iservu piena ta' life sentence, ħamsa Maltin u tlieta barranin.
Tista' l-Ministru tispjega kif fl-iktar bini modern fl-Università, jiġifieri l-gateway building , m'hemmx wi-fi waqt li hemm wi-fi fl-iktar binjiet antiki tal-Università? Meta se jkun hemm servizz ta' wi-fi fil-gateway building?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università miexja fuq pjan mifrux fuq medda ta’ snin biex toffri s-servizz ta' wi-fi fil-bini kollu tagħha. Is-servizz ta' wi-fi fil-Gateway Building hu ppjanat għal din is-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern, fil-każijiet kollha ta' ħaddiema li (a) t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji sab li dawn sofrew inġustizzja u li kellhom jitqiegħdu fl-istat bħallikieku l-inġustizzja ma ġietx kommessa lilhom u (b) għandhom l-età ta' pensjoni u (ċ) is-sentenza tagħhom ma tistax tiġi esegwita minħabba raġunijiet varji, bħal per eżempju privatizzazzjoni tal-entità li kkommettiet id-diskriminazzjoni fil-frattemp (eż. l-MIA), huwiex qed iħallas lil dawn il-ħaddiema pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita jew inkella bil-pensjoni baxxa frott id-diskriminazzjoni li sofrew?
Jekk il-ġvern qed iħallas lil dawn il-ħaddiema bħallikieku t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji ma ppronunzja xejn, ma jaħsibx li dan hu ġust għax ikompli jżid is-sofferenza u d-diskriminazzjoni? Jaf il-gvern li l-Ombudsman ippronunzja ruħu ripetutament favur li bla ħsara għad-drittijiet l-oħra dawn jitħallsu pensjoni bħallikieku s-sentenza ġiet esegwita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-persuni li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant qed jitħallsu pensjoni tat-Teżor ibbażata fuq is-salarju tal-grad li spiċċaw bih meta rtiraw mix-xogħol u mhux fuq is-salarju tal-promozzjoni li skont it-Tribunal tal-Investigazzjonijiet tal-Inġustizzji, suppost ħadu. Dan seħħ peress illi l-entità li kienu jaħdmu magħha dawn il-persuni qatt ma implimentat id-deċiżjoni tal-imsemmi Tribunal, u għalhekk legalment il-pensjoni tat-Teżor ma tistax tingħata fuq promozzjoni li qatt ma ngħatat.
Il-Gvern hu konxju illi hemm rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex dawn il-persuni jkollhom il-persuni tat-Teżor tagħhom ibbażata fuq is-salarju tal-promozzjoni li suppost ħadu. Iżda din ir-rakkomandazzjoni ma tistax tkun milqugħa peress illi hemm proċeduri legali pendenti dwar il-kwistjoni tal-implementazzjoni tad-deċiżjoni tat-Tribunal.