B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16273, tista' l-Ministru, b'referenza għal kull tip ta' benefiċċju tgħid:
a) x'inhuma l-kriterji li wieħed għandu jissodisfa biex jieħu l-benefiċċju;
b) kemm hi fi flus l-għajnuna li tingħata f'kull każ; u
ċ) għal kemm żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kriterji biex wiehed jikkwalifika għad-diversi Benefiċċji Soċjali li ssemmew fil-mistoqsija parlamentari 16273 ivarjaw skont it-tip ta’ benefiċċju.
Fil-każ tal-Benefiċċji Kontributorji, apparti il-kriterji statutorji (bħalma huwa eta’ fil-każ ta’ pensjoni, jew kundizzjoni fiżika jew mentali f’każ ta’ benefiċċju tal-mard, korriment jew pensjoni ta’ l-invalidità) id-dritt għal dawn il-benefiċċji jkun jiddependi ukoll fuq it-test ta’ kontribuzzjonijiet. Dan it-test ikun qed jara kemm l-applikant ikun ħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tul il-ħajja assigurabbli tiegħu. Skont ir-riżultat ta’ dan it-test, id-dritt għal benefiċċju kif ukoll ir-rata tal-benefiċċju jistgħu jvarjaw. Dan it-test tal-kontribuzzjonijiet ivarja u jista’ jkopri minn perjodu ta’ kontribuzzjoni għal sentejn kalendarji biss sa test li jista’ jkopri aktar minn erbgħin sena ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
Fir-rigward tal-benefiċċji mhux kontributorji, dawn ukoll jista’ jkunu jiddependu minn kriterji statutorji bħal dawk imsemmija fil-każ tal-Benefiċċji Kontributorji, iżda minflok test tal-kontribuzzjonijiet f’dawn it-tip ta’ benefiċċji d-dritt għal benefiċċju jew għajnuna jkun jiddependi minn test tal-mezzi tal-familja jew tal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba – skont il-benefiċċju jew għajnuna li qed tintalab. Dan it-test tal-mezzi jista’ jvarja minn test li jikkunsidra kemm il-kapital kif ukoll id-dħul tal-familja jew l-applikant skont il-każ kif ukoll test li jkun jikkunsidra biss l-aspett tad-dħul tal-familja.
Kemm fir-rigward tal-Benefiċċji Kontributorji kif ukoll fil-każ ta’ Benefiċċji Mhux Kontributorji fejn il-kundizzjoni fiżika jew mentali tal-pażjent jiddetermina d-dritt għal benefiċċju, d-Direttur tas-Sigurtà Soċjali jkun irid ukoll barra dak imsemmi diġà, jitlob parir ta’ Bord Mediku li jkun maħtur skont il-provedimenti ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali dwar l-aspett mediku tal-każ.
Fir-rigward tar-rati tal-benefiċċji jew għajnuna, dawn huma stabbiliti skont l-istess Att dwar is-Sigurtà Soċjali u l-aktar fl-Iskedi tal-istess Att.
Iż-żmien li persuna tibqa’ tirċievi dawn il-benefiċċji jkun jiddependi mit-tip ta’ benefiċċju li jkun qed jirċievi. Hemm benefiċċji soċjali li jingħataw għal terminu qasir ta’ żmien bħalma huwa l-Benefiċċju għad-Disimpjieg, jew il-Benefiċċju tal-Mard jew Korriment, filwaqt li Benefiċċji oħra (bħal per eżempju pensjonijiet jew għajnuniet soċjali) li jitħallsu għal perjodi aktar twal.
Peress li din il-Mistoqsija waslet fil-Ministeru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u teħtieġ ħafna xogħol, id-dipartiment konċernat qed iħejji tabella bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant sabiex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jippreżenta lista tal-entitajiet li ġew mogħtija fondi mill-Good Causes Fund minn Marzu 2008 sal-lum? Kemm kienu l-ammonti li ngħataw lil kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex għall-dawk il-fondi mogħtija mill-Good Causes Fund għas-snin 2008 u 2009 jirreferi għar-rapporti annwali tal-Good Causes Fund li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-bidu ta’ kull sena. Fl-istess ħin qed nippreżenta lista ta’ dawk l-entitajiet li ġew mogħtija fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar sa April ta’ l-2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vapur issewwa fil-Malta Drydocks sena b'sena fl-aħħar għoxrin sena? Jista' jgħid kemm-il vapur inbena fl-aħħar għoxrin sena, sena b'sena fil-Malta Shipbuilding? Jista' jgħid kemm-il yacht jew super yacht issewwa fil-Manoel Island Branch tal-MDD mid-data tat-twaqqif tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Stante li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, flimkien ma' żewġha, kienet tirċievi l-pensjoni (fuq żewġha) fil-bidu ta' kull xahar; stante li ċ-ċekk tar-romol mill-mewt ta' żewġha din qed tirċevih fl-aħħar tax-xahar, tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex possibbli li minħabba l-ispejjeż tal-home li tinsab fiha, iċ-ċekk tar-romol tibda tirċevih 30 ġurnata qabel u minn dak iż-żmien kull l-1 tax-xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha. Jekk mhux possibli li din il-benefiċċjarja tmur hi, jista’ jmur xi ħadd inkarigat minnha jew għan-nom tagħha.
Peress li l-konjugi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jgħixu ġo dar li tinfed mal-garaxx u l-arloġġ tad-dawl jinsab fil-garaxx u l-arloġġ tal-ilma jinsab fil-veranda tad-dar u allura huma qed jirċievu żewġ kontijiet, wieħed tad-dawl fejn ikun hemm indikat 0 residents u wieħed tal-ilma fejn ikun hemm indikat 3 residents, jista' l-Ministru jintervjeni biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel dak kollu meħtieġ sabiex jinħareġ kont wieħed li fil-kalkolu tiegħu jinkludi tliet residenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tingħata lil madwar mitt ruħ f'pajjiżna li jbatu mill-marda terminali ta' lung fibrosis? Jista' jikkonferma li l-lung fibrosis mhijiex imniżżla fl-iskeda li tagħti d-dritt lil min ibati bil-marda li jieħu l-benefiċċju tal-mard? Se ssir reviżjoni biex dawn il-pazjenti jingħataw xi soljev finanzjarju? Jaf li min ibati bil-lung fibrosis ikollu, agħar minn hekk, jixtri prattikament il-pilloli u vitamini kollha li jeħtieġ (bħal Protolos, Pantogar, Daflon u Centrum 50) għaliex dawn il-pilloli ma jingħatawx mill-gvern? Se ssir reviżjoni għallinqas f'dan il-lat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il- Lung Fibrosis jew aħjar kif inhi magħrufha bħalha Pulmonery Fibrosis m’hijiex waħda mit-tmintax il-mard kroniku stipulat bil-liġi li għalihom il-Ministeru tas-Saħħa, L-Anzjani u l-Kura fil-Komunità joffri mediċini b’xejn. Bħalissa qed issir reviżjoni sħiħa ta’ dawn il-kundizzjonijiet, però ma jirriżultax li din il-marda hija waħda minn dawk in-numru ta’ mard kroniku li qed jiġu kkunsidrati biex jiddaħħlu f’din is-sistema.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16084, in vista tal-fatt li:
a) dak li se jkun
ground
fl-iskola primarja huwa wieħed żgħir (teknikament magħruf bħala
mini-pitc
h
) fejn il-
mini-pitch
għandu funzjoni importanti ħafna fit-
training
tal-
club,
imma
over and above
dan il-
mini pitch
hemm il-ħtieġa li, f'numru ta'
training
sessions
partikolari, ikun possibbli għat-tim li jwettaq ċertu taħriġ li hu meħtieġ li jsir fi
ground
full size
;
b) it-tim ta' Wied il-Għajn jixtieq li jagħmel, bħal timijiet oħra f'Malta, taħriġ adegwat fi ground full size f'ċerti ġranet partikolari skont ix-schedule tat-training skont l-istandars moderni tal-futbol;
ċ) il-gvern qal li jkun lest li jiddiskuti trasferiment ta' art għall-bini ta' ground f'xi żmien futur;
tista' l-Ministru, sakemm isir it-trasferiment ta' art u over and above l-assistenza għall-mini pitch, tindividwalizza ground full size ta' skola tal-gvern f'raħal barra minn dak ta' Wied il-Għajn (għalkemm relattivament qrib, ngħidu aħna minn Valletta saż-Żurriq 'l isfel) biex l-Marsascala Football Club tkun tista' tutilizzah f'ċerti ġranet prestabbiliti bla ħlas in linea mal-poliitka tal-gvern ta' għajnuna lill-clubs u l-esiġenzi tat-training professjonali tal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fiż-żona indikata mill-Onor. Interpellant ma hemm ebda ground full size ta’ skola tal-Gvern li hu disponibbli f’ħinijiet wara l-egħluq tal-iskola. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) sal-lum għadu ma rċeviex talba għar-reġistrazzjoni mill-entità biex tiġi rikonnoxuta bħala klabb sportiv kif titlob il-Liġi tal-iSport. Għaldaqstant sal-lum il-klabb ma jistax jagħmel użu minn skemi ta’ għajnuna tal-KMS inkluż sussidju fuq użu ta’ faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Gvern.
Tista' l-Ministru tispjega f'liema jiem ma kienx hemm misħun fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? F'liema swali? Għal kemm ħin? Kemm-il pażjenti ġie affetwat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fl-ebda ġurnata ma kien hemm nuqqas ta' misħun fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Kopja tal-pariri tekniċi fuq l-interpretazzjoni tas-sentenza tal-ECJ
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri tekniċi li ngħatawlu fuq l-interpretazzjoni tas-sentenza tal-European Court of Justice ta' Settembru li għadda dwar il-kaċċa f'Malta?
Jista' l-Ministru jgħid kif il-gvern beħsiebu jilqa' għaż-żieda minn 411 mw 2(2008) għal 550 mw (2015) fid-domanda għall-elettriku? Veru li l-power station tal-Marsa tiġġenera 230 mw waqt li l-estensjoni tal-power station f'Delimara se tiġġenera biss 144 mw? Kif se jagħmel il-gvern biex jilqa' għad-differenza? Ladarba l-power station tal-Marsa se tagħlaq fl-2015 jew qabel kif se jagħmel il-gvern biex jilqa' għad-differenza? Meta l-gvern qed jipproġetta l-għeluq tal-power station tal-Marsa in vista tal-large conbustion plant directive u l-limitu ta' 20 000 siegħa? Meta se jitlesta l-link għall-grid Sqalli? Kemm-il cable se jitwaħħal? Kemm jiswa llum bħala medja 1 mw biex jiġi prodott mill-power stations tagħna? Kemm jiswa 1 mw biex jinxtara mill-cable Sqalli fix-xenarju tal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta qed tippjana li tibni estensjoni mal-power station ta’ Delimara li tiġġenera 144MW (end 2011) u interconnector għal Sqallija li se jiġġenera 200MW (end 2012). L-impjant tal-Marsa se tingħalaq la darba jibda jaħdem l-interconnector. Il-prezz tal-fuel biex jiġġenera l-elettriku lokali huwa ta €cents 9.4/kWh li jiżdiedu miegħu €cents 6/kWh f’cost of generation, operations and distribution li jirriżulta f’total ta’ €cents 15.4/kWh.
Il-prezz medja llum tas-suq Taljan fi Sqallija huwa ta’ €cents 8/Kwh. Dan huwa mistenni li jonqos għal madwar €cents 6.5/kWh ladarba l-
interconnector
bejn l-Italja u Sqallija jitlesta fl-2013 (prezzijiet tal-llum).
Kampanja ta' marketing — proġett ta' estenzjoni tal-power
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu budgeted il-gvern għall-kampanja ta' marketing li se jagħmel biex jippromwovi l-proġett ta' estenzjoni tal-power station? Min hi l-entità li se tieħu ħsieb dan il-marketing effort? Kemm tħallset? Kif ingħażlet din l-entità? Kif se ssir din il-marketing campaign? Min huma l-personalitajiet li ġew avviċinati biex jieħdu sehem f'din il-kampanja? Min huma dawk li aċċettaw u min huma dawk li rrifjutaw? Kemm se jitħallsu dawn il-personalitajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-kampanja informattiva li għandha mhejjija l-Korporazzjoni Enemalta għandha ħsieb li jintefqu madwar €34,000 f’riklami. L-entita’ li qed tieħu ħsieb dawn ir-riklami hija 26th Frame. Il-kumpanija intgħażlet wara li l-Korporazzjoni ħarġet sejħa għal espressjonijiet ta’ interess f’Jannar tal-2008. Il-marketing campaign ser tinqasam bejn reklamar fuq gazzetti u fuq it-televiżjoni. L-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ din il-kampanja huma mistennija li jlaħħqu €8,500. Il-personalitajiet li ġew avviċinati biex jieħdu sehem f'din il-kampanja huma ħamsa. Tlieta minn dawn m’aċċettawx. Il-ħlasijiet lil dawn il-personalitajiet saru mil-kumpanija 26th Frame u jagħmlu parti mill-ispejjeż tal-produzzjoni tal-kampanja pubbliċitarja imsemmija f’din ir-risposta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ilma riċiklat mill-impjant ta' Sant'Antnin minflok ma qed jintefa' bħas-soltu ġol-ġwiebi ta' San Anard biex jintuża mill-bdiewa qed jintefa' fil-ġwiebi l-ġodda li nbnew riċentament u mbagħad għal ġol-baħar? Jaf li minħabba dan ħafna patata fl-għelieqi tax-Xgħajra u San Anard qed tiħdar u tmur b'konsegwezi diżastrużi għall-gabilotti ta' dik iż-żona? Jista' jintervjeni biex l-ilma jintuża bħas-soltu mill-gabillotti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Water Services Corporation.
Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u martu, madwar għaxar snin ilu akkwistaw maisonette bi ġnien miegħu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u dan b'seħħ ta' kuntratt tal-15 ta' Novembru 2001 (in atti Not. C. Vella Zarb) mill-poter ta' terzi peress li hu indikat fil-pjan regolatur li l-għalqa de quo għandha tgħaddi triq minnha; peress li f'Novembru li għadda intervjeniet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u qabdet u naddfet kompletament il-ġnien mill-fjuri u siġar li safrattant laħqu ġew kultivati entro dawn id-disa' snin u anke inqered bir li kien jinsab hemmhekk; peress li t-triq li għandha tiġi proġettata tgħaddi direttament fuq bini skedat (il-Knisja ta' Apap Bologna) u minn fid-diżabitat; peress li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabdet u fetħet passaġġ minn ġol-ħajt tas-sejjieħ fejn fl-ewwel ritratt hemm ċirku mmarkat fil-ħajt tas-sejjeħ, jista' l-Prim Ministru jgħid:
Għalfejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qerdet dan il-ġnien?
Fiex wasal il-proċess tal-mogħdija ta' din it-triq?
Għalfejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħolqot aċċess pubbliku minn fuq dan il-ġnien?
X'diffikultà jsib il-Gvern li l-konjugi jerġgħu jagħmlu ġnien u dan meta wieħed iqis li llum il-post sar maħmuġ u kollu ġrieden u ħmieġ?
Jista' l-Prim Ministru meta se jibda x-xogħol fuq il-Forti Sant'Anġlu skont kif imwiegħed fl-aħħar budget? Rigward il-Forti Ricasoli u l-istat prekarju tagħha, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-condition report li hu jista' għandu u stima tal-ispejjeż meħtieġa biex titranġa din il-forti?
Tista' l-Ministru tgħid x'għandha xi tgħid in vista tal-aħbar tat-tim nazzjonali tal-kbar tal-futbol jinsab fl-agħar post fir-rankings tat-FIFA li qatt okkupa fejn aħna ninsabu l-aħħar, għajr San Marino u Andorra u hemm qabilna pajjiżi bħall-Vanuatu, St. Kitts u New Calcedonia? Hija inkwetata l-Ministru b'din is-sitwazzjoni tenut kont li l-futbol għandu potenzjal ta' industrija li tħalli l-qliegħ apparti kunsiderazzjonijiet ta' prestiġju? Taħseb li wasal iż-żmien li wieħed jieħu stock taking ta' x'għandna f'pajjiżna u jekk hemm bżonn bl-għajnuna ta' esperti jinħoloq pjan biex pajjiżna jogħla għal post iktar rispettabli fir-rankings tal-FIFA?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi s-suġġett imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari jaqa’ taħt ir-responsabbilità diretta u esklussiva tal-Malta Football Association u mhux tal-Gvern.
Tista' l-Ministru tagħti elenku ta' kull entità tat-tagħlim f'Malta li ma tifformax parti mill-Università ta' Malta li għandha l-poter tagħti diplomas u degrees
li huma
fully
jew
partially recognised
mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki? X'tip ta'
diplomas
jew
degrees
huma? Kemm studenti ggradwaw f'kull każ fl-aħħar sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitlubqa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta' nies li fl-1 ta' April 2010 kienu qed jieħdu xi forma ta' benefiċċju soċjali (jiġifieri għajnuna Governattiva ibbażata fuq il-fatt li wieħed ikun ħallas il-bolol fil-ħajja lavorattiva tiegħu) maqsumin skont kull benefiċċju? Kemm hu l-ammont ta' nies li fl-1 ta' April 2010 kienu qed jieħdu xi forma ta' assistenza soċjali (jiġifieri għajnuna governattiva li hi irrispettiva mill-fatt li wieħed ikun iħallas il-bolol fil-ħajja lavorattiva tiegħu) maqsumin skont kull assistenza? Minn liema lokalità ġejjin? Kemm jammontaw bħala persentaġġ tal-popolazzjoni skont kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma ż-żgħażagħ bejn is-16 u l-25 sena li sal-1 ta' April 2010 huma NEETs (not in employment, education or training)? Minn liema lokalità ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtiequ ninfurmaw lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għal April 2010 għadha mhijiex disponibbli. L-aħħar informazzjoni mil-Labour Force Survey tirreferi għat-tielet kwart tas-sena 2009. Barra minn hekk, l-informazzjoni rikjesta tkun tista’ tiġi provduta fl-livell ta’ distrett u mhux ta’ lokalità.