Legislature:
Category:
Reset
Active:

kwestjoni fuq l-ilma riċiklat li qed imur il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ilma riċiklat mill-impjant ta' Sant'Antnin minflok ma qed jintefa' bħas-soltu ġol-ġwiebi ta' San Anard biex jintuża mill-bdiewa qed jintefa' fil-ġwiebi l-ġodda li nbnew riċentament u mbagħad għal ġol-baħar? Jaf li minħabba dan ħafna patata fl-għelieqi tax-Xgħajra u San Anard qed tiħdar u tmur b'konsegwenzi diżastrużi għall-gabillotti ta' dik iż-żona? Jista' jintervjeni biex l-ilma jintuża bħas-soltu mill-gabillotti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16775.

Wied il-Għajn — Triq iż-Żonqor - playing field

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk hijiex se ssir playing field fl-area taż-Żonqor f'Wied il-Għajn (fil-parti ta' Triq is-Salvja eċċ.) kif kien proġettat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Leg 11 PQ #16844 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji u clerks li talbu li jaqilbu bir-reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet minn segretarji u clerks femminili impjegati ma' kunsilli lokali li talbu li jaqilbu fuq reduced hours wara li kellhom tarbija jew ħarġu pregnant fl-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? F'każ ta' rifjut, kemm minnhom baqgħu jaħdmu u kemm minnhom għażlu li jirriżenjaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16846 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

passi kriminali kontra persuni li użaw ħażin social networking sites

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm ittieħdu passi kriminali fil-Qorti tal-Magistrati mill-Pulizija wara rapporti minn persuni li allegaw użu ħażin ta' social networking sites fuq l-internet xahar b'xahar fl-aħħar 12-il xahar? X'kien is-social networking site f'kull każ? Kemm kienet l-età medja ta' min għamel ir-rapport?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Mejju tas-sena l-oħra u t-30 ta’ April ta’ din is-sena il-Pulizija inizjalat 58 investigazzjoni dwar użu ħażin ta’ social networking sites fuq l-internet. Dawn l-investigazzjonijiet għadhom mhux konklużi, għajr għal każ wieħed fejn inbdew proċeduri quddiem il-Qorti dwar insulti u theddid fuq HI5 u żewġ każi oħra, ukoll ta’ insulti u theddid fuq Facebook, fejn ir-rapport ġie rtirat mill-persuna li għamlet ir-rapport. L-età medja ta’ dawk li għamlu r-rapporti kienet ta’ 27 sena.

kumpaniji li huma blacklisted

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kumpaniji li huma blacklisted mill-gvern u għalhekk ma jingħatawx kuntratti tal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16662 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Mużewijiet — Katakombi fi Triq tal-Barrani

Question

Peress li fil-bidu tas-snin disgħin waqt xogħlijiet li kienu qed isiru fit-Triq tal-Barrani kien instab katakombi, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport arkeoloġiku li kien sar mid-Dipartiment tal-Mużewijiet jew is-Superintendent għall-Wirt Kulturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16703 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — sportivi u atleti ta' kalibru

Question

Tenut kont li fil-pajjiżi Ewropej hemm rabta intima u tradizzjoni kbira bejn il-membri tal-Korp tal-Puliżija u l-isportivi/atleti ta' kalibru tant li, per eżempju, fl-Italja hemm skemi biex atleti jiġu arrolati fil-forzi tal-pulizija a benefiċċju tal-atleti nfushom li jkollhom element ta' security of tenure u l-istat innifsu (national pride, tkattir ta' kuxjenza sportiva eċċ.), jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li jipparteċipaw fl-iktar avvenimenti sportivi importanti (logħob olimpiku, logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, kompetizzjonijiet tat-tim nazzjonali eċċ.) u xi skemi hemm biex din ir-rabta li hi intima f pajjiżi Ewropej oħra, tkun effettiva u b'saħħitha anke f Malta għal ġid tal-pajjiż?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija huma ntitolati leave speċjali bi ħlas kif stipulat fil-Public Service Management Code. Infurmat ukoll li matul is-sena l-oħra kien hemm 42 membru tal-Korp li bbenefikaw minn din l-iskema sabiex attendew għal 27th World Soccer Tournament f’Elberger, l-Olanda u membru ieħor li ukoll ibbenefika minn din l-iskema sabiex ipparteċipa f’Tournament tad-Darts ġewwa Ċipru.
Leg 11 PQ #16704 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — sportivi u atleti ta' kalibru

Question

Tenut kont li fil-pajjiżi Ewropej hemm rabta intima u tradizzjoni kbira bejn il-membri tal-Forzi Armati u l-isportivi/atleti ta' kalibru tant li, per eżempju, fl-Italja hemm il-kunċett ta' seniority fil-Forzi Armati bażata fuq attività sportiva u skemi biex atleti jiġu arrolati fil-forzi armati a benefiċċu tal-atleti nfushom li jkollhom element ta' security of tenure u l-istat innifsu (national pride, tkattir ta' kuxjenza sportiva eċċ.), jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati li jipparteċipaw fl-iktar avvenimenti sportivi importanti (logħob olimpiku, logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, kompetizzjonijiet tat-tim nazzjonali eċċ.) u xi skemi hemm biex din ir-rabta li hi intima f pajjiżi Ewropej oħra tkun effettiva u b'saħħitha anke f'Malta għall-ġid tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa, m’hemm l-ebda suldat regolari fil-FAM li jirrapreżenta lil Malta fl-Logħob internazzjonali bħal ma huma l-Olimpijadi, il-Logħob tal-Mediterran, il-Logħob tal-Commonwealth u l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Madanakollu, jeżisti numru żgħir ta’ suldati li jikkompetu fuq livell nazzjonali f’xi dixxiplini bħal ma huma kick-boxing, trijatlon, futbol, handball, hockey, billjard etc. Huma jingħataw leave speċjali bil-ħlas kull meta jikkompetu għal Malta, kemm barra minn Malta kif ukoll lokalment. Fil-parti l-kbira, il-FAM jappoġġjaw kull inizjattiva li jista’ jtejjeb il-livell ta’ l-isport kemm fil-FAM kif ukoll fil-pajjiż. Fil-fatt, hemm bħalissa atleta fid-dixxiplina tat-trijatlon li wasal viċin li jikkwalifika għall-iskema tal-20/20 u li għandu potenzjal kbir li fil-futur qrib, jonora lill-FAM u lil Malta, u li dan l-atleta jingħata ċans raġjonevoli li jitħarreġ fl-isport tiegħu wkoll waqt il-ħin tax-xogħol. Sadanittant, il-FAM, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-iSport, qegħdin jaħdmu sabiex ifasslu Policy dwar l-iSport fil-FAM u kif din tista’ tiġi estiża għal xi atleti nazzjonali ta’ livell għoli.

Ilma riċiklat mill-impjant ta' Sant' Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16297 li oriġinarjament saret lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-ilma riċiklat mill-impjant ta' Sant'Antnin minflok ma qed jintefa' bħas-soltu ġol-ġwiebi ta' San Anard biex jintuża mill-bdiewa qed jintefa' fil-ġwiebi l-ġodda li nbnew riċentament u mbagħad għal ġol-baħar? Jaf li minħabba dan ħafna patata fl-għelieqi tax-Xgħajra u San Anard qed tiħdar u tmur b'konsegwenzi diżastrużi għall-gabilotti ta' dik iż-żona? Jista' jintervjeni biex l-ilma jintuża bħas-soltu mill-gabillotti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm biss porzjon żgħir ħafna ta’ ilma ttrasferit lill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li qed jinbena. Dan huwa meħtieġ għall-ittestjar. Dan l-ilma huwa prodott mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u mqassam lill-bdiewa b’xejn. Huwa ovvju li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma mhux se tidħol fi spejjeż żejda meta ikun hemm bżonn ta’ ittestjar.

Kampanja ta' Marketing — Proġett ta' estensjoni tal-power station

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16293, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża ta' €8,500 msemmija?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16825 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kodiċi ta' etika

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kodiċi ta’ Etika qiegħed jiġi finalizzat. Hekk kif ikun finalizzat jien se npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #15423 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCESD — Civil Society Committee - numru ta' laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' s-Civil Society Committee fi ħdan l-MCESD miċ-chairperson tal-MCESD skont il-liġi, xahar b'xahar fl-aħħar sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Saru diversi laqgħat mill-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili fl-aħħar sena kif ġej: 19 ta’ Jannar 2009 30 ta’ Jannar 2009 9 ta’ Frar 2009 13 ta’ Frar 2009 14 ta’ Frar 2009 20 ta’ Frar 2009 20 ta’ Marzu 2009 22 ta’ Mejju 2009 10 ta’ Ġunju 2009 12 ta’ Ġunju 2009 13 ta’ Ġunju 2009 22 ta’ Ġunju 2009 2 ta’ Lulju 2009
Leg 11 PQ #15623 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qasam tal-Cruiseliners — xejra negattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn qed tirranka xejra negattiva fil-qasam tal-cruiseliners, partikolarment wara d-deċiżjoni li n-Norwegian Gem ma tibqax taħdem f'Malta u biċ-ċans li l-Costa Cruises tagħmel l-istess? Veru li l-problema hi waħda ta' spejjeż relatati mal-Port Malti? Xi pjanijiet għandu l-gvern biex jilqa' għal dan d-debuckle?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VISET, l-operatur tal-cruise u ferry terminal, fil-Port il-Kbir, qegħda tantiċipa żieda fin-numru ta’ passiġġieri din is-sena meta mqabbla mas-sena l-oħra. Din iż-żieda sejra sseħħ minkejja li n- Norwegian Cruise Line sejra tnaqqas il-vjaġġi tagħha lejn u minn Malta. Dan it-tnaqqis jirrifletti d-deċiżjoni tal-linja biex tvarja l-itinerarju tagħha u tikkonċentra aktar fuq cruises fil-Mediterran tal-Lvant u m’għandu x’jaqsam xejn mal-ispejjeż tal-Port Malti. Ngħid ukoll li l-linji tal- cruise internazzjonali jirrikonoxxu lil Malta bħala destinazzjoni li tirreġistra sodisfazzjon qawwi mill-passiġġiera. Dan il-fatt kien rikonoxxut partikolarment mis-suq Spanjol bil-premju li għadu kif ingħata lil VISET ta’ l-aħjar port internazzjonali fil-Mediterran. Il-Gvern iżomm kuntatt regolari mal-VISET fl-isforzi tagħhom biex dejjem itejbu l-kwalità tas-servizzi biex ikattru n-numru ta’ passiġġiera li jiġu Malta fuq il- cruise liners .
Leg 11 PQ #15631 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proċedura kriminali kontra employers — ksur ta' kondizzjonijiet ta' impjieg

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il proċedura kriminali ttieħdet kontra employers minħabba ksur ta' kondizzjonijiet ta' impjieg xahar b'xahar fl-aħħar sentejn? Kemm minn dawn ittieħdu wara ilment minn parti leza? Kemm minn dawn ittieħdu ex ufficio?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Proċeduri kriminali dwar reati kontra d-dispożizzjonijiet tal-Kap. 452 (Att Dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali) jitressqu mill-Pulizija wara li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impieg jagħmel rapport dwar il-każ u jitlob li jiġu inizjati proċedimenti kriminali kontra min għamel ir-reat. Reati kontra d-dispożizzjonijiet tal-Kap. 452 jirriżultaw lid-Dipartiment jew minn spezzjonijiet li jsiru regolarment minn Spetturi tad-Dipartiment fuq il-postijiet tax-xogħol jew wara investigazzjoni mill-istess Dipartiment ta’ lmenti li jaslulu mill-individwi konċernati. Qabel ma ssir it-talba biex jittieħdu proċeduri kriminali, l-ilmenti li jsiru minn individwi jiġu investigati kollha mill-Ispettur tad-Dipartiment biex jiġi aċċertat li l-ilment huwa fondat. Fejn meħtieġ, l-aktar meta min iressaq l-ilment ikun irid jibqa’ anonimu (aktarx għaliex ikun għadu fl-impieg) issir spezzjoni fuq il-post tax-xogħol. It-talba tad-Dipartiment biex jiġu inizjati l-proċeduri kriminali in kwestjoni ssir wara li d-Dipartiment ikun eżawrixxa t-tentattivi kollha sabiex jintlaħaq ftehim bonarju ma’ min ikun ser jiġi akkużat bir-reat jew reati. Bejn l-2008 u l-2009 id-Dipartiment għamel total ta’ 2,870 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol fejn sab 5,448 irregolaritajiet li minnhom, bl-inizjattivi tad-Dipartiment, 5,093 ġew riżolti bonarjament. Saru wkoll 657 ilment wara terminazzjoni ta’ impieg li minnhom 325 ġew riżolti bonarjament. Matul l-aħħar sentejn, il-proċeduri kriminali li ttieħdu kontra employers minħabba ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ impjieg kienu skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #15633 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Ewropea — infringment procedure

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti referenza qasira ta' kull kwestjoni li dwarha l-Kummissjoni Ewropea bdiet infringment procedure, sew jekk fi stadju ta' twissija inizjali u sew jekk fl-istadju ulterjuri? Kemm minnhom ġew riżolti? Kemm minnhom huma pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-ewwel parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant qed isaqsi dwar il-każijiet t'allegat ksur miġjuba kontra Malta mill-Kummissjoni Ewropea, sew jekk fi stadju ta’ twissija inizjali u sew jekk fl-istadju ulterjuri. Il-bażi legali għall-proċedura miġjuba mill-Kummissjoni Ewropea kontra Stat Membru fuq allegat ksur ta obbligu taħt it-Trattati hija l-Artikolu 258 (ex Artikolu 226 TKE) u l-Artikolu 260 (ex Artikolu 228 TKE) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Ksur skond l-Artikolu 258 L-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond it-Trattati, hija għandha toħroġ opinjoni motivata wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk l-Istat in kwistjoni ma jikkonformax ma’ dik l-opinjoni fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar tista’ tirreferi l-kaz lil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. Jekk il-Qorti ssib li Stat Membru jkun naqas milli jikkonforma ma l-obbligi taħt it-Trattati, l-Istat ikkonċernat jintalab jieħu miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. F’każ li Stat Membru ma jikkonformax mad-deċiżjoni li tkun ħadet il-Qorti taħt l-Artikolu 258, dan jista’ jwassal biex il-Kummissjoni tipproċedi kontra l-Istat Membru kkoncernat skond l-Artikolu 260. Ksur skond l-Artikolu 260 L-Artikolu 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea ssib li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu taħt it-Trattati, l-Istat ikun marbut li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jimxi mas-sentenza tal-Qorti. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri biex jimplimenta s-sentenza tal-Qorti, din tista' tressaq il-każ quddiem il-Qorti wara li tagħti lil dak l-Istat l-opportunità li jippreżenta l-oservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont ta' ħlas ta' somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta' penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkostanzi. Jekk lill-Qorti jirriżultalha li l-Istat Membru involut ma jkunx mexa skond is-sentenza tagħha, din tista' timponi fuqu l-ħlas ta’ somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta’ penalità. Madanakollu, meta l-Kummissjoni tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 258, fuq il-bażi li l-Istat Membru konċernat ikun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jinnotifika miżuri li jittrasponu direttiva adottata skond il-proċedura leġislattiva, din tista', meta jidhrilha xieraq, tispeċifika l-ammont ta' ħlas ta' somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta' penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat u li hi tikkunsidra xieraq fiċ-ċirkostanzi. Jekk il-Qorti ssib li hemm ksur ta' liġi tista' timponi l-ħlas ta' somma f'daqqa jew ta' pagamenti ta' penalità fuq l-Istat Membru kkonċernat, li ma tkunx taqbeż l-ammont speċifikat mill-Kummissjoni. L-obbligu tal-ħlas għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita mill-Qorti fis-sentenza tagħha. Każijiet fejn il-Kummissjoni bdiet proċeduri k ontra Malta fuq allegat ksur ta’ l-Acquis Komunitarju Mit-387 każ miġjub kontra Malta mis-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropa fl-2004 sa’ llum, Malta issa għandha total ta’ 32 każ pendenti. 19 minn dawn il-każi huma fl-istadju inizjali tagħhom, allura biex nużaw it-terminoloġija korretta, huma ittri ta’ Tqegħid fil-Mora. Kif jirreferi għalihom tajjeb l-Onorevoli Interpellant, dawn il-każi huma twissijiet inizjali fejn il-Kummissjoni tkun qed titlob lil-Gvern biex jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-każ li fuqu tkun bagħtet l-argumenti tagħha l-Kummissjoni. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi għandhiex tipproċedi fuq l-allegat każ ta’ ksur jew twaqqafx għal kollox l-proċeduri kontra Malta. Malta wkoll irċeviet 8 Opinjoni Motivata li għadhom miftuħa, u għandha 5 każi t'allegat ksur li huma pendenti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jew li fuqhom ittieħdet deċizzjoni mill-istess Qorti. Huwa importanti li-wieħed jenfasizza li Malta qatt ma weħlet multi u lanqas hi nvoluta fi proċeduri li jistgħu jwasslu għall-multi taħt Artikolu 260 tat-Trattat. Għaldaqstant, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-figuri li juru n-numru ta’ każijiet t’allegat ksur miġjuba kontra Malta mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-Artikolu 258 (ex Artikolu 226) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea (Annes I). Qiegħed inpoġġi wkoll lista fejn huma msemmija it-387 każ miġjuba kontra Malta mill-Kummissjoni Ewropea (Anness II).
Leg 11 PQ #15639 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha, inkluż id-dokumentazzjoni relattiva, li għaddiet bejn il-Gvern u l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre? Xi stima inizjali għandu l-Gvern dwar kemm ikun jiswa dan ix-xogħol kif prospettat mill-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? X'pariri oħra kellu l-gvern dwar ir-revamp tal-Mediterranean Conference Centre? Minn min? B'kemm flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16033.
Leg 11 PQ #16582 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' titjib tal-Mediterranean Conference Centre

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16033, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra l-korrispondenza li ntbagħtet lill-Ministru Cristina (li dak iż-żmien kienet il-Ministru responsabbli mill-Kultura) f'Novembru 2009 kif indikat fil-karti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra b'risposta għall-istess mistoqsija parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

mediċini ritornati lura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern meta qraba ta' xi ħadd li hu intitolat għall-mediċina b'xejn mill-Istat jirritorna lura injections, mediċini jew pillolli li jkunu għadhom intatti, siġillati u riċenti, l-iktar meta l-benfiċċjarju jkun għadu kemm miet? Għaliex il-gvern m'huwiex jaċċetta lura dawn il-pillolli u mediċini u ma jeħodhomx lura suġġett naturalment għall-verifika mill-esperti li dawn ikunu għadhom intatti sabiex ikunu jistgħu jingħataw lil min ikollu bżonnhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-Artiklu 85 (1) tal-Att Dwar il-Mediċina 2003 [Kap 458], jgħid speċifikament li l-ebda spiżjar responsabbli ma jista’ jżomm x’imkien fl-ispiżerija prodott mediċinali f’kontenitur jew taħt dawk il-kundizzjonijiet li ma jkunux addatti skont ir-regolamenti speċifikati bl-istess liġi. Barra minn hekk, Artiklu 85 (2) jispeċifika li l-ispiżjar responsabbli ma jistax jippermetti li prodott mediċinali jinħażen barra mill-ispiżerija taħt it-tmexxija tiegħu, u huwa dmir tiegħu li jiżgura li l-ispiżerija jkollha l-faċilitajiet li biex il-prodotti mediċinali jinħażnu skond rakkomandazzjonijiet applikabbli. Fid-dawl ta’ dan, jekk l-ispiżjar responsabbli jaċċetta lura mediċina li tkun diġa tqassmet lill-pazjenti u li tkun inġiebet lura l-ispiżerija għaliex ma tkunx intużat mill-pazjent, dan ikun qed imur kontra l-proviżjonijiet tal-liġi jekk jaċċetta lura dawn il-mediċini. Dan għaliex l-ispiżjar ma jkollu l-ebda garanzija li matul il-perjodu li l-mediċini damu għand il-pazjent, dawn il-mediċini kienu qed jinżammu skond ir-rakkomandazzjonijiet, minkejja l-fatt li fl-apparenza jkunu jidhru li jkunu fi stat aċċettabbli. Għaldaqstant, filwaqt li nagħmlu minn kollox biex titnaqqas il-ħela, u t-tqassim tal-mediċini jsir bl-aktar mod ġust u ekwu irridu nissalvagwardjaw il-kwalita tal-mediċini li qed jingħataw il-pazjenti.
Leg 11 PQ #16634 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sport tat-trobbija tal-ħamiem

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15871 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk kienx hemm żviluppi fuq diversi talbiet minn dilettanti tal-isport tat-trobbija tal-ħamiem biex din l-attività sportiva tiġi regolata? Huwa konxju l-Prim Ministru li minħabba dan in-nuqqas ta' regolamentazzjoni qed jirriżultaw vertenzi bejn id-dilettanti u n-nies li jgħixu fil-madwar li wasslu biex numru ta' dilettanti kellhom iżarmaw mit-trobbija tal-ħamiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat mill-MEPA li jkun applikazzjonijiet marbuta ma’ żamma tal-ħamiem li jiġu rifjutati minħabba “bad neighbourliness”. Jien ser ngħaddi s-suġġeriment dwar tfassil ta’ regolamentazzjoni għal dan l-isport lill-Ministru responsabbli mill-Isport.

BWSC — estensjoni tal-powerstation ta' Delimara

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-gvern iffirma mal-BWSC fuq l-estensjoni tal-powerstation ta' Delimara, jista' l-Ministru jgħid: a) min iddraftja dan il-kuntratt; b) liema kien l-uffiċċju legali li ta l-pariri legali lill-gvern fuq l-istess kuntratt u kemm tħallsu; u ċ) min kienu l-firmatarji li dehru in rappresentanza tal-gvern Malti u l-BWSC fuq l-istess kuntratt? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.