Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17003 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar votanti eliġibbli

Question

B'referenza għall-elezzjonijiet amministrattivi tas-Sibt 27 ta’ Marzu 2010 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm votanti eliġibbli? Kemm ingħataw avviżi lill-votanti (minflok Dokumenti tal-Votazzjoni) biex jitqassmu mill-Maltapost? Kemm minn dawn l-avviżi ma tqassmux fl-ewwel attentat? Kemm ġiet l-ispiża li tħallset lill-Maltapost għal dan l-eżeċizzju? Jista' jgħid jekk il-ħlas għal dan l-eżerċizju dovut lill-Maltapost tħallasx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ votanti eliġibbli fl-elezzjonijiet għall-kumitati amministrattivi tal-komunitajiet li saru fis-27 ta’ Marzu, 2010, kien ta’ 8,304. Dan jeskludi 358 votanti rreġistrati fuq Santa Luċija, Kerċem, fejn ma saritx il-votazzjoni. Ingħataw 8,304 Avviż lill-Votant biex jitqassmu mill-Maltapost. Ma tqassmux 334 minnhom. L-ammont dovut lill-Maltapost kien ta’ €1,170.65 għax-xogħol u ta’ €1,575.00 għall-pustaġġ, liema ammonti diġà tħallsu.
Leg 11 PQ #17107 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni dwar ħaddiema għat-tiswija tal-vapuri

Question

In vista tal-fatt li s-soċjetà Palumbo ddikjarat li tixtieq timpjega ħaddiema għal xogħol fit-tiswija tal-vapuri, u in vista tal-fatt li l-Avviż Legali 433 tal-2002 u d-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar Trasferiment ta' Negozju jagħmilha tassattiva li l-ex-ħaddiema għandhom jiġu preferuti u li għandhom jibqgħu jgawdu mill-kondizzjonijiet li kellhom, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern u d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi biex jassigura li d-dettami tal-liġi appena msemmija jiġu obduti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress illi kien ċar illi ma kienx hemm interess illi l-operat jinbiegħ jekk ikun hemm impjegati fil-post, ittieħdu miżuri sabiex l-interessi tal-ħaddiema jiġu mħarsa billi tfasslu skemi ta' rtirar kmieni. Ħaddiema, li kienu ftit, li ma għażlux illi jieħdu vantaġġ minn dawn l-iskemi ġew assenjati xogħol f'post ieħor fis-settur pubbliku mingħajr telf ta' benefiċċji u ġew hekk assenjati qabel ma' kien hemm xi forma ta' trasferiment lil Palumbo. Illum mal-kumpanija MSL ma hemmx ħaddiema mpjegati magħha għajr dawk b'ġimgħa b'ġimgħa fuq il-parti tas- super yachts. Wieħed irid jiċċara wkoll li Palumbo mhux ser jixtri l-kumpanija MSL imma ser jieħu b'kiri parti mill-art li l-MSL kienet qed tikri mill-Gvern u li issa l-Gvern ser jikri lil Palumbo. Għal dawn ir-raġunijiet l-provvedimenti tal-liġi ndikati mill-Onorevoli Interpellant ma japplikawx.

Żejtun — Misraħ l-Indipendenza - riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara meta se ssir ir-riabilitazzjoni ta' Misraħ l-Indipendenza ż-Żejtun li bħalissa jinsab fi stat tal-biki?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17110 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sejħa pubblika għal kummissarju tat-tfal

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra s-sejħa pubblika għal applikazzjoni (skont wegħda 258 tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali) li ġiet utilizzata sabiex l-ex Segretarju Parlamentari Helen d'Amato inħatret Kummissarju tat-Tfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess ta’ din il-ħatra, inkluż il-konsultazzjoni meħtieġa, huwa stipulat fil-liġi (sub artikolu (1) tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Kummissarju għat-Tfal, Kap. 462 tal-Liġijiet ta’ Malta). Dan il-proċess qed ikun osservat.

MCAST — sejħa għal non academic staff

Question

Tista' l-Minisitru tindika kemm ħarġu call for applications for non-academic staff fl-MCAST fl-aħħar sentejn? Tista' l-Ministru tispjega x'inhi l-policy tal-MCAST meta jkun hemm vakanza fin-non academic staff, fis-sens jekk is-sejħa tkunx biss in house jew inkella tkunx miftuħa għall-pubbliku in ġenerali? Tista' l-Ministru tispjega jekk f'dawn l-aħħar sentejn kienx hemm persuni mislufin ma' Ministri jew Segretarji Parlamentari li ħadu promozzjoni waqt li kienu mislufa mal-istaff personali tal-Ministeru jew Segretarjat Parlamentari? Tista' l-Ministru tindika kemm ħarġu vakanzi għal posts fin-non academic staff bl-intestatura ta' "back to back"? Xi tfisser il-frazi "back to back"? Minn fejn hu regolat dan il-kuncett ta' "back to back"? X'inhi l-fehma tal-gvern fuq posts "back to back"?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #17114 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaġar Qim u Imnajdra — ċelebrazzjoni għal ftuħ taċ-ċentru tal-vizitaturi u t-tined

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fis-7 ta' Gunju, 2010 se jkun hemm il-ftuħ taċ-ċentru tal-vizitaturi u t-tined ta' Ħagar Qim u ta' l-Imnajdra? X'ċelebrazzjonijiet se jsiru? Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru in house jew inkella se jitqabbad xi ħadd minn barra Heritage Malta biex jieħu ħsiebhom? Jekk iva, min? F'kull każ x'se tkun l-ispiża minfuqa fuq dawn iċ-ċelebrazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16879 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

distanza speċifika miż-żona residenzjali sal-impjant għar-riċiklaġġ tal-iskart

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita xi distanza speċifika dwar kemm impjanti għar-riċiklaġġ tal-iskart u l-ġenerazzjoni tal-gass (tipo l-impjant ta’ Sant' Antnin) għandu jkun 'il bogħod minn żoni residenzjali u/jew kumplessi ta’ persuni bi ħtiġijiet speċjali skont regoli/liġijiet tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Kumitat dwar l-Ambjent tal-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, kemm trid tkun id-distanza? F'kaz li ma teżistix, jidhrilu li din għandha tkun stabbilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda parametru ta' distanza minima bejn impjant għar-riċiklaġġ tal-iskart u l-ġenerazzjoni tal-gass u żoni residenzjali u/jew kumplessi ta’ persuni bi ħtiġijiet speċjali. Il-prassi hi li jsir l-istudju li jiddetermina l-impatti ambjentali u jekk jirriżulta li hemm bżonn ta' distanzi minimi, dawn joħorġu minn studji bħal dawn. Dawn l-istudji huma aktar dettaljati minn distanza statutorja stabbilità minn qabel, huma bbażati fuq studji xjentifiċi u jinvolvu proċess ta' konsultazzjoni u skrutinju pubbliku. Barra dan, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16400.

Ground tal-iskejjel tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tagħti elenku skola bi skola tal-gvern, ġurnata b'ġurnata inkluż is-Sibt filgħodu u siegħa b'siegħa, liema entità sportiva tuża liema ground wara l-ħinijiet tal-iskola? Kemm isir ħlas f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm żewġ skemi ta’ kif entità sportiva tagħmel użu minn ground tal-iskola wara l-ħin ta’ l-iskola. L-ewwel skema hija billi l-entità sportiva tinvesti hi biex il- ground tal-iskola isir b’wiċċ artifiċjali, imbagħad b’kirja minima tkun tista’ tuża l-faċilità b’mod esklussiv wara l-ħin tal-iskola. L-iskola xorta jibqala d-dritt li bi pre-avviż tagħmel użu mill-faċilità waqt il-ħin li normalment tagħmel użu minnu l-organiżżazzjoni sportiva. Fit-tieni skema l-entità sportiva tkun allokata ħin speċifiku b’rata sussidjata għal kull siegħa ta’ użu minn faċilità sportiva. Hawnhekk ukoll l-iskola jibqala d-dritt li bi pre-avviż tagħmel użu mill-faċilità waqt il-ħin li normalment tagħmel użu minnu l-organiżżazzjoni sportiva Għaż-żewġ skemi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba inkluż is-sussidju li kull entità sportiva qed tirċievi.

Marsascala FC — applikazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16578, in vista tal-fatt li Marsascala FC ippreżenta applikazzjoni uffiċjali tal-Kunsill Malti għall-Isport għar-reġistrazzjoni tal-istess nhar l-1 ta' April 2010, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid: a) meta Marsascala FC se tiġi ammessa bħala klabb reġistrat mal-istess Kunsill Malti għall-Isport u allura jibda jkun possibbli għalih li jieħu benefiċċji skont il-liġi; u b) issa li ġie pprovat li kien hemm di fatti applikazzjoni, tgħid x'inhi l-pożizzjoni taż-żgħażagħ ta' Marsascala FC li jixtiequ jkollhom aċċess għal ground over and above l-għajnuna ta' mini-pitch għal xi sigħat fil-ġimgħa b'xejn f'xi skola tal-gvern idealment lejn in-naħa tax-Xlokk (south) ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni ta’ registrazzjoni ta’ Marsaskala FC qed tiġi pproċessata. Fl-istess waqt diġà saret laqgħa bejn il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) u rappreżentanti tal-klabb fejn ġew diskussi diversi suġġetti fosthom l-applikazzjoni tal-klabb għar-reġistrazzjoni mal-KMS u skemi t’assistenza tal-KMS li jista’ jibbenefika minnhom inkluż sessjonijiet ta’ taħriġ f’faċilitajiet tal-istat. Fil-preżent il-KMS qed jistenna risposta mingħand ir-rappreżentanti tal-klabb dwar xi proposti li saru.
Leg 11 PQ #17000 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Knisja tal-Vitorja tal-Belt — orgni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-orgni li għandu fuq 200 sena tal-Knisja tal-Vitorja tal-Belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17001 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Knisja tal-Vitorja tal-Belt — restawr ta' pittura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' restawr tal-pittura tas-saqaf tal-Knisja tal-Vitorja tal-Belt li għandha valur stortiku kbir? X'sar mir-restawraturi barranin li oriġinarjament kienu appuntati jagħmlu dan ix-xogħol ta' restawr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17002 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord Mediku — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord Mediku imwaqqfin skont l-Artiklu 14 Taqsima 2 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali? Meta l-aħħar li ltaqa’ dan il-bord? Kemm għandha każi quddiemha l-Kummissjoni Elettorali jistennew biex jidhru quddiem il-bord, kemm biex jiġu kkanċellati u kemm biex jiġu reġistrati? Jekk qed ikun hemm dewmien, għaliex dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ċ-Chairman tal-Bord Mediku huwa Dr. S. Schembri Wismayer u l-Membri huma Dr. A. Grech u Dr. J. Spiteri. L-aħħar li ltaqa’ dan il-Bord kien fis-26 ta’ Marzu, 2010. Jien infurmat li bħalissa ma hemmx każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Elettorali biex jiġu riferiti lill-Bord u l-anqas hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord.

soċjetajiet kummerċjali li attwalment qed jagħmlu esplorazzjoni għaż-żejt jew gass

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hemm soċjetajiet kummerċjali li attwalment qed jagħmlu esplorazzjoni għaż-żejt jew gass fl-ibħra li jifformaw parti mill-ġurisdizzjoni Maltija? F'kull każ x'informazzjoni għandu l-gvern dwar il-progress jew in-nuqqas ta' progress fl-(a) esplorazzjoni u (b) fl-eventwali produzzjoni ta' żejt jew gass?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn żewġ kumpaniji li qed jesploraw għaż-żejt permezz ta’ ftehim magħruf bħala Production Sharing Contract milħuq mal-Gvern Malti. Il-Gvern jinsab f’kuntatt kontinwu ma’ dawn il-kumpaniji u jsir monitoraġġ tal-obbligazzjonijiet kuntrattwali skont kif miftihem fil-Production Sharing Contract.

persuni li siefru barra minn Malta minħabba kura għal cancer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru pazjenti Maltin barra minn Malta kull sena fl-aħħar ħames snin biex jieħdu kura minħabba l-cancer? Għal liema tip ta' cancer? Fejn marru? Jeżisti l-ħsieb li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar ikun hemm kura li tiġi mogħtija Malta biex b'hekk inqas Maltin ikollhom il-ħtieġa li jsiefru barra? Jekk iva, f'liema tip ta' kura?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mill- 2005 sal-2009, 247 pazjenti tal-kanċer minn Malti ssiefru barra minn Malta għal kura. Sena b’sena in-numru ta’ każijiet huma kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ kazijiet 2005 46 2006 53 2007 55 2008 50 2009 43 Total 247 Pazjent jistgħa jkun mgħaddud iżjed minn darba fl-istatistika li qed tiġi kkwotata. Dan għaliex l-istess pazjent jistgħa jkollu jsiefer għal numru ta’ drabi skond il-kura li jkollu bżonn. L-izjed tipi ta’ kanċer komuni li għalihom kellhom isiefru l-izjed drabi l-pazjenti kienu il- multiple myeloma (33), il- lymphoma (28) u għal tumuri fil-moħħ (17). Dawn il-pazjenti kollha ntbagħtu fi sptarijiet ġewwa l-Ingilterra. Il-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer jinkludi numru ta’ proposti sabiex it-tipi ta’ kura tal-kanċer li tista tingħata hawn Malta tiżdied. Il-pjanijiet jinkludu żieda kemm fil-kura kirurġika, kif ukoll dik li tingħata permezz tal- radiotherapy u tal- chemotherapy .
Leg 11 PQ #16854 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt tal-estensjoni tal-Powerstation

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-involviment li allegatament kellu r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, in konnessjoni mal-proċess li eventwalment wassal għall-għoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara lill-BWSC, partikolarment in vista tat-taħditiet li kienu saru bejnu u bejn ir-rappreżentanti tas-socjetà Bateman? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li rċieva l-uffiċjal indikat in konnessjoni ma' dan il-każ, il-korrispondenza (li tinkludi emails u kull xorta oħra ta' komunikazzjoni in skritt) li ħarġet mill-uffiċċju tar-Rappreżent Parlamentari ta' Malta fl-Unjoni Ewropea in konnessjoni ma' dan il-każ u l-korrispondenza li għaddiet bejn dan l-uffiċjal u l-Ministeru tiegħek, jew xi Ministeru ieħor dwar dan il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għar-risposta li ta l-Viċi l-Prim Ministru Tonio Borg għall-Mistoqsija Parlamentari 16855.

Kuntratt tal-estensjoni tal-Powerstation

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont dettaljat tal-involviment li allegatament kellu r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, in konnessjoni mal-proċess li eventwalment wassal għall-għoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara lill-BWSC, partikolarment in vista tat-taħditiet li kienu saru bejnu u bejn ir-rappreżentanti tas-socjetà Bateman? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li rċieva l-uffiċjal indikat in konnessjoni ma' dan il-każ, il-korrispondenza (li tinkludi emails u kull xorta oħra ta; komunikazzjoni in skritt) li ħarġet mill-uffiċċju tar-Rappreżent Parlamentari ta' Malta fl-Unjoni Ewropea in konnessjoni ma' dan il-każ u l-korrispondenza li għaddiet bejn dan l-uffiċjal u l-Ministeru tiegħek, jew xi Ministeru ieħor dwar dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi fil-11 ta’ Lulju 2008, is-CEO ta’ Clean Fuels Consulting talab li jiltaqa mal-Raprezentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u/jew ma' uffiċjali tal-Raprezentanza Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea biex ikun jista jipprezenta brief politiku fuq l-għazla għall-teknoloġija nadifa biex tiġġenera l-elettriku f’Malta. Ir-Rappreżentant Permanenti ma ltaqax mas-CEO ta' Clean Fuels Consulting iżda ltaqgħu miegħu żewġ uffiċjali tal-Raprezentanza Permanenti fis-16 ta’ Lulju 2008. F’din il-laqgħa is-CEO ta' Clean Fuels Consulting ppreżenta numru ta’ punti dwar il-proċess għall-għażla ta’ teknoloġija. Fit-22 ta’ Lulju 2008, ir-Raprezentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea bagħat lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni r-rapport tal-laqgħa flimkien mad-dokument prezenatat mis-CEO ta' Clean Fuels Consulting. Fit-23 ta’ Lulju 2008 ir-Raprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropea ġie ikkupjat f’ email li bagħat il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti kif ukoll fir-risposta tad-Direttur Generali tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Kopja tal-korrispondenza qed tiġi annessa mar-risposta. Referenzi għal din il-korrispondenza jinstabu fir-rapport tal-Awditur Ġenerali maħruġ f’April 2010.

Kuntratt tal-estensjoni tal-Powerstation

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-involviment li allegatament kellu r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, in konnessjoni mal-proċess li eventwalment wassal għall-għoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara lill-BWSC, partikolarment in vista tat-taħditiet li kienu saru bejnu u bejn ir-rappreżentanti tas-socjetà Bateman? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li rċieva l-uffiċjal indikat in konnessjoni ma' dan il-każ, il-korrispondenza (li tinkludi emails u kull xorta oħra ta; komunikazzjoni in skritt) li ħarġet mill-uffiċċju tar-Rappreżent Parlamentari ta' Malta fl-Unjoni Ewropea in konnessjoni ma' dan il-każ u l-korrispondenza li għaddiet bejn dan l-uffiċjal u l-Ministeru tiegħek, jew xi Ministeru ieħor dwar dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba moghtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16855.

BWSC — estensjoni tal-powerstation ta' Delimara

Question

B'referenza għall-kuntratt li l-gvern iffirma mal-BWSC fuq l-estensjoni tal-powerstation ta' Delimara, jista' l-Ministru jgħid: a) min iddraftja dan il-kuntratt; b) liema kien l-uffiċċju legali li ta l-pariri legali lill-gvern fuq l-istess kuntratt u kemm tħallsu; u ċ) min kienu l-firmatarji li dehru in rappreżentanza tal-gvern Malti u l-BWSC fuq l-istess kuntratt? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi: a) Il-kuntratt ġie ddraftjat minn Enemalta wara li saru negozjati mal-BWSC. b) L-avukati tal-Enemalta kienu taw pariri legali lill-gvern fuq l-istess kuntratt. c) Il-firma min-naħa tal-Enemalta saret mid- Deputy Chairman filwaqt li min-naħa tal-BWSC saret mis-CEO Mr. Soren Bukholt.

persuni li qed iservu ta' konsulenti fil-Ministeru

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-ismijiet tal-persuni naturali u/jew legali li qed iservu ta' konsulenti għall-Ministeru tagħha fil-qasam tal-isport? Kemm hu l-ħlas tagħhom f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuni li qed iservu ta’ konsulenti għall-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja fil-qasam tal-iSports huma dawn: Anthony Formosa €1,300 fix-xahar inkluż il-VAT Philip Psaila €2,261 fix-xahar inkluż il-VAT