estensjoni tal-power station ta' Delimara — multa lil kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern biex jimponi multa ta' €20 miljun fuq il-BWSC peress li din is-soċjetà kummerċjali ħbiet numru ta' dettalji meta mliet it-tender għall-estensjoni tal-power station f'Delimara, senjatament meta ma ddikjaratx li l-kumpaniji li se jaħdmu għaliha kienu jew huma involuti f'każi ta' korruzzjoni bħal ABB, Siemens u Wartsila?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb itella' festivals oħra apparti l-Eurosong biex il-kantanti lokali ikollhom iktar opportunitajiet biex jesebixxu t-talent tagħhom? Meta se jerġa' jsir il-Festival Nazzjonali tal-Kanzunetta Maltija?
Jista' l-Ministru, b'referenza għad-Dragonara Casino, jgħid - issa li l-preferred bidder ġie dikjarat - x'se jkunu l-kondizzjonijiet li bihom il-preferred bidder se jieħu l-pussess temporanju u/jew il-ġestjoni tad-Dragonara Casino? Veru li hemm pjanijiet li l-entertainment li s'issa għadu jiġi provdut fil-bar area se jispiċċa u minflok se jkun hemm iktar slot machines fil-bar area? Veru li s-servizz tal-catering se jonqos drastikament? Għaliex il-ħaddiema ma ġewx ikkonsultati dwar it-takeover li ġejja għajr li l-casino se jingħalaq għal 15-il jum? Se jkun hemm tnaqqis tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema jew addirittura fil-headcount tal-ħaddiema? Veru li se jitneħħew il-part-timers?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tindika meta se jkun hemm l-iskema l-ġdida tal-ischolarships għal studenti li jixtiequ jkomplu jagħmlu l-istudji tagħhom barra minn Malta? Tista' ukoll tindika liema kienu l-priority areas of study fl-aħħar skema ta' scholarships u liema hu indikat li se jkun fl-iskema li ġejja?
Kemm studenti bbenefikaw mill-aħħar skema ta'
scholarships
? F'liema suġġetti? Minn liema raħal jew belt kienu ġejjin dawn l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni miltuba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tispjega fil-preżent fl-etajiet kollha ta' edukazzjoni ta' bilfors (compulsory education) kemm-il siegħa fil-ġimgħa l-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-gvern jitgħallmu:
a) arti;
b) drama; u
ċ) mużika?
Kemm għandna għalliema tal-arti, drama u mużika? Ma' kemm-il skola jridu jlaħħqu dawn l-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru twieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari 17295 paragrafu (b) li titlob li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea u dawk Maltin fuq il-kwestjoni tas-sospensjoni tal-programm Youth in Action?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-programm Life Long Learning, tista' l-Ministru tgħid:
a) kemm ħadu sehem żgħażagħ mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea sena b'sena skont kull skema tal-Life Long Learning Programme;
b) tindika għaliex ġie sospiż il-programm Life Long Learning u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea u dawk Maltin fuq din il-kwestjoni;
c) meta se jerġa' jiskatta l-Programm Life Long Learning;
d) x'passi se jieħu l-gvern biex xi ħaġa bħal din ma terġax tiġri;
e) x'se jagħmel il-gvern dwar it-talbiet pendenti sakemm il-programm jerġa' jiġi riattivat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tenut kont li ftit tas-snin ilu ngħatat l-opportunità biex nies li kienu impjegati, imma li ma kenux laħqu n-numru stabbilit ta' bolol, iħallsu d-differenza biex jibbenefikaw mill-pensjoni, tista' l-Ministru tgħid jekk hux se terġa' tingħata l-opportunità għal darb'oħra? Kemm kienu bbenefikaw l-aħħar darba li kien hemm din il-fakultà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Persuna assigurata hija obbligata li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali meta jkunu dovuti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jipprovdi għal eventwalita’ fejn ikun hemm nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet. Infatti l-Att jipprovdi d-dritt għal persuni li jaħdmu għal rashom li jħallsu arretrati tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali iżda l-perjodu ta’ arretrati ma jistax ikun għal aktar mill-aħħar ħames snin minn meta issir it-talba. Fil-każ ta’ persuna impjegata in-numru ta’ snin mhux imħallsa fejn hemm impjieg huma dovuta kollha u m’hemmx terminu bħala arretrati.
Aktar milli jkun hemm amnestiji għal nuqqas ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet dovuti, hija importanti l-edukazzjoni tal-persuni assigurati li jħallsu l-kontribuzzjonijiet meta jkunu dovuti biex wara ma jkunx hemm problemi għad-dritt għal benefiċċji kontributorji. Ma rridux ninsew li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jitħallsux biss għal skop ta’ pensjoni għall-irtirar iżda għall-benefiċċji u pensjonijiet oħra li jistgħu jkunu dovuti ferm qabel il-persuna tiġi għal Pensjoni għall-irtirar.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-moorings fil-bajja ta' Wied il-Għajn, ċioe fil-parti li tibda mill-breakwater ta' barra u tispiċċa fil-breakwater ta' ġewwa? Kemm minhom għandhom permess li jirmiġġjaw? Kemm minnhom applikaw għall-permess? Dawk li applikaw għall-permess, kemm ilhom li applikaw? Veru li hemm minnhom li ilhom fuq sena li applikaw? Fl-applikazzjoni tingħata prijorità lil min ilu jirmiġġja għal ħafna u ħafna snin b'mod konswetudinarju? Kif jiġu riżolti kwestjonijiet li jinqalgħu dwar irmiġġjaturi ġodda li jaqbdu minn rajhom u jirmiġġjaw ħdejn min ilu jirmiġġja snin u snin twal?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li, peress li l-bajja ta’ Wied il-Għajn, sal-lum mhix kwalifikata bħala port, l-irmiġġi li hemm fl-istess bajja m 'humiex regolati. Xi żmien ilu kien ser isir proġett sabiex l-irmiġġi f’din il-bajja jkunu organiżżati u fil-fatt min kien jirmiġġa kellu japplika għand l-Awtorità Marittima ta’ dak iż-żmien. Kienu daħlu iktar minn tmien mitt applikazzjoniji, ħafna minnhom ftit aktar minn sena ilu. Madankollu l-imsemmi pjan sfaxxa minħabba nuqqas ta’ qbil bejn l-Awtorita’ u l-partijiet konċernati. Fil-fatt kull ma hemm permessi għall-irmiġġi illum huwa sitta.
Jien infurmat li l-applikazzjonijiet jingħataw prijorità skont id-data ta’ l-applikazzjoni u li l-kwistjonijiet li jinqalgħu normalment jkunu riżolti bejn il-partijiet wara li tintervjeni l-awtorità. Bħalissa qed jitħejja pjan ġdid biex l-irmiġġi kollha f’Malta jkunu regolati b’mod li jkun jinħtieġ permess minn Transport Malta. Il-bajja ta’ Wied il-Għajn hija ppjanata għas-sena 2012 u fil-fatt diġà nbdew diskussjonijiet ma’ l-i
stakeholders
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-Korporazzjoni Enemalta sena b'sena fl-aħħar ħames snin f'tiswijiet straordinarji fuq il-units tal-power stations nostrani li jipproduċu l-enerġija? Fuq liema units?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox intefqu €10,279,795 mis-sena 2005 sal-lum għal tiswijiet straordinarji fuq il-units taż-żewġ Power Stations. Dan l-ammont huwa maqsum kif jidher hawn taħt:
SENA
Total
2005
€2,864,171
2007
€1,553,202
2008
€2,913,454
2009
€2,948,968
Dawn it-tiswijiet saru fuq il-
gas turbines
:
I. GT 9 Marsa Power Station
II. SBI Delimara Power Station
III. SM2 Delimara Power Station
IV. CCGT 3A Delimara Power Station
V. CCGT 3B Delimara Power Station
Jista' l-Ministru jgħid meta se titwessa' Triq iċ-Ċimiterju, Ħaż-Żabbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha pjanijiet biex jitlestew it-toroq li kienu inklużi fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali. It-Triq imsemmija hija inkluża f’dan il-programm u x-xogħol jinbeda skont il-fondi u l-prijoritajiet li jiriżultaw.
B'referenza għall-programm Youth In Action, tista' l-Ministru:
a) tgħid kemm ħadu sehem żgħażagħ mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea sena b'sena skont kull skema ta' Youth In Action;
b) tindika għaliex ġie sospiż il-programm Youth In Action u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea u dawk Maltin fuq din il-kwistjoni;
ċ) meta se jierġa' jiskatta l-programm Youth In Action;
d) x'passi se jieħdu l-gvern biex xi ħaġa bħal din ma terġax tiġri;
e) x'se jagħmel il-gvern dwar it-talbiet pendenti sakemm il-programm jerġa' jiġi riattivat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
estensjoni l-ġdida tal-power station — skart ta' ġol-containers
Question
B'referenza għall-iskart noċiv li se jiġi kkreat mill-estensjoni l-ġdida tal-power station u l-containers speċjali li se jinżamm fihom dan l-iskart, jista' l- Ministru:
a) jagħti l-ispeċifikazzjonijiet ta' kif se jkunu l-
containers
speċjali mil-lat tekniku;
b) min se jkun obbligat jidħol għall-ispiża tal-containers speċjali;
ċ) kemm se jkun jiswa kull container;
d) min se jkun responsabbli għas-safety relattiva mal-handling tal-container sal-mument tat-tluq ta' dawn il-containers? Fejn se jinħażnu dawn il-containers mimlija bl-iskart noċiv;
e) fejn se jiġu mormija dawn il-containers? A spejjeż ta' min se jkun it-traġitt 'il barra minn Malta;
f) jista' jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra d-dokumentazzjoni relattiva għal dan?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Għajnuna soċjali — energy allowance u energy vouchers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li jgħixu bl-għajnuna soċjali (esklużi pensjonanti) u jgħixu f'dar bil-kera humiex se jkollhom dritt għall-energy allowance jew energy voucher?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dawk il-persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali u jgħixu f’dar bil-kera għandhom dritt għall-Benefiċċju għall-Enerġija li jitħallas permezz ta’ voucher.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar erba' snin kemm għamel xogħol ta' konsulenza, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall-Ministeru tiegħu u/jew xi entità li taqa' taħtu? X'kien dan ix-xogħol ta' konsulenza u kemm tħallas hu jew id-ditta tiegħu ta' konsulenza għal dan ix-xogħol? Jekk kien, fuq liema bordijiet ta' aġġudikazzjoni serva flimkien ma' bordijiet u ad hoc committees oħrajn tul dan l-istess perjodu ta' żmien u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar erba' snin kemm għamel xogħol ta' konsulenza, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall-Ministeru tiegħu u/jew xi entità li taqa' taħtha? X'kien dan ix-xogħol ta' konsulenza u kemm tħallas hu jew id-ditta tiegħu ta' konsulenza għal dan ix-xogħol? Jekk kien, fuq liema bordijiet ta' aġġudikazzjoni serva flimkien ma' bordijiet u ad hoc committees oħrajn tul dan l-istess perjodu ta' żmien u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
soluzzjoni għat-trab iswed f'diversi inħawi ta' Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Parlament dwar il-ħidma li saret mit-tekniċi tal-gvern fl-aħħar xhur biex tiġi solvuta l-problema tat-trab iswed fiż-żoni tal-Fgura, Raħal Ġdid, Tarxien u l-madwar? X'soluzzjoni sabu?
Sant' Antnin — xiri ta' equipment għall-impjant għar-riciklaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tax-xiri tal-equipment tal-impjant għar-riciklaġġ ta’ Sant'Antnin kienx jikkontjeni l-klawsola li tissejjaħ Maintenance Clause? Jekk fl-affermattiv għal kemm perjodu torbot din l-klawsola u l-ispiża konnessa? Jekk le, min hu mistenni li jagħmel il-maintenance u l-estimi tal-ispiża involuta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-kuntratt tax-xiri kellu l-Maintenance Clause. Din il-klawsola torbot lill-kuntrattur għal perjodu ta’ sena u tkopri l-management, training u operat. L-ispiza hija ta’ € 555,114.40 (exc. VAT). Mal-kuntratt ġie provdut ukoll stock ta’ spare parts li għandu jkopri perjodu ta’ 3 snin.
Jista' l-Ministru jippubblika r-riżultat tal-inkjesta fuq numru ta' nuqqasijiet li kienu qed iseħħu fuq it-tliet vapuri tal-Gozo Channel skont kif żvelati minn terza persuna li kellha l-grad ta' kaptan?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
persuni li qed iservu ta' konsulenti fil-Ministeru
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16840, tista' l-Ministru tgħid minn kemm ilhom maħtura l-persuni msemmija u tista' tagħti rendikont dettaljat tal-ħidma tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Anthony Formosa ilu fil-kariga sa minn Ottubru 2008 filwaqt li Philip Psaila ilu minn Marzu li għadda. Il-ħidma tagħhom fost oħrajn tinkludi;
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-Isport 2007-2010.
Monitoroġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligi imposti mill-Att dwar l-iSport.
L-identifikazzjoni u suġġerimenti għall-implimentazjzon ta’ prattiċi tajba fl-isport.
Monitoraġġ tal-implimentazjoni tal-wegħdi elettorali tal-Gvern fil-qasam tal-isport.
Pariri dwar il-bini ta’ faċiliatjiet sportivi ġodda u paragun ta’ dawn il-faċilitatjiet ma’ faċilitajiet simili f’pajjiżi barranin.
Pariri u suġġerimenti relatati ma' inizjattivi fil-qasam sportiv.
Materji oħra relatati mal-qasam sportiv.