Legislature:
Category:
Reset
Active:

kwestjoni rigward delitti ambjentali

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk huwiex minnu li nhar it-23 ta' Ottubru 2006, meta l-Ministri ta' l-Ambjent tal-Unjoni Ewropea iltaqgħu fil-Lussemburgu għall-ewwel miż-żewġ kunsilli organizzati mill-presidenza Finlandiza tal-Unjoni Ewropea u li fiha l-Kummissarju Stavros Dimas ta' dak iż-żmien kien anke kkommetta ruħu li jipprezenta proposta għal direttiva fuq id-delitti ambjentali per konsegwenza tal-istragi tal-Probo Koala - fejn allegatament ħafna mill-iskart tossiku li eventwalment wassal biex mietu u mardu nies innoċenti fil-Cote d'Ivoire ġie prodott waqt li l-vapur kien qiegħed fil-Contiguous Zone tagħna - Malta kienet l-uniku pajjiż li opponiet li jiġu riveduti l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar "transfontier waste shipments"? Għaliex ittieħdet din il-pożizzjoni? Għandu records il-gvern Malti li l-Probo Koala kien qiegħed fil-Contiguous Zone tagħna jew addirittura fit-Territorial Waters tagħna fix-xhur preċedenti għal dawk t'Ottubru 2006? Kemm-il darba ġie Malta l-Probo Koala? Kien hemm xi ħadd minn ħdan l-awtorità responsabbli mis-sigurtà tal-baħar li ġibed l-attenzjoni tal-gvern li seta' kien qiegħed isir caustic washing fil-Probo Koala, jew kellu xi tip ta' informazzjoni f'dan is-sens il-Gvern Malti f'Ottubru 2006? Kien hemm xi awtorita oħra, bħall-MARPOL u oħrajn, li ġibdet l-attenzjoni ta' Malta li sar xi caustic washing fuq xi vapur fil-Contiguous Zone jew territorial Waters tagħna bejn l-2005 u l-2010? Meta l-Gvern Malti beħsiebu jirratifika l-BAN amendments għall-Basel Convention on trade in hazardous waste? Għaliex għadu ma rratifikax dawn l-emendi minkejja li l-Unjoni Ewropea nnifisha rratifikathom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-vapur Probo Koala kien fl-ibħra territorjali Maltin erba' darbiet bejn l-10 u l-15 t'April 2006. Ma' tinżammx statistika ta' vapuri li jkunu fl-ibħra contiguous. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma nattendix il-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent u li d-domandi l-oħra ma' jaqgħux fid-dekasteru tiegħi.

Transport Malta — records dwar probo koala

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-VTMIS fi ħdan Transport Malta għandhiex records jekk fis-sena 2006 il-vapur Probo Koala kienx fl-ibħra: a) contiguous; b) territorial Maltin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l- vapur Probo Koala kien fl-ibħra territorjali Maltin erba’ darbiet bejn l-10 u l-15 ta’ April 2006. Ma tinżammx statistika ta’ vapuri li jkunu fl-ibħra contiguous

Esplorazzjoni taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 19136 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk pajjiżna tkellimx uffiċjalment mal-Libja dwar din l-esplorazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin.

Euopean Space Agency — Satellita Planck

Question

B'referenza għall-European Space Agency, anke tenut kont tal-passi importanti li qed tagħmel tramite s-satellita Planck fost oħrajn, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-kontribuzzjoni finanzjarja u ta' xorta oħra (personell eċċ.) li pajjiżna jagħti lil din l-aġenzija? Hemm ċittadini Maltin li huma involuti f'din l-aġenzija bħala tekniċi jew xorta oħra?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #19281 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Artist li ma tħalliex jesebixxi xogħlijiet tiegħu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizjoni li l-artist li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ma jitħalliex jesebixxi żewġ xogħlijiet tiegħu fil-Gozo Arts Festival? Għalfejn ittieħdet din id-deċizjoni drastika? Jista' jintqal jekk kienx hemm ukoll episodju ieħor fejn il-pulizija talbet lil sid ta' stabbiliment taż-żgħażagħ f'Għawdex ineħħi numru ta' ritratti artistiċi ta' mudella Għawdxija li kienu esposti fl-istess stabbiliment? Jekk hu minnu, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni drastika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmata li fir-rigward taż-żewġ xogħolijiet ta' arti li ma tħallewx jiġu esebiti fiċ-Ċentru għall-Kultura u Arti fiċ-Ċittadella, id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kap tat-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-kuratur tal-Wirja Kollettiva "Gozo International Contemporary Arts Festival", fuq bażi li huma ta' natura espliċitament pornografiku.
Leg 11 PQ #19282 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Artist li ma tħalliex jesebixxi xogħlijiet tiegħu

Question

Tista' l-Ministru tgħid ta' min kienet id-deċizjoni li l-artist li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ma jitħalliex jesebixxi żewġ xogħlijiet tiegħu fil-Gozo Arts Festival? Għalfejn ittieħdet din id-deċizjoni drastika? Jista' jintqal jekk kienx hemm ukoll episodju ieħor fejn il-pulizija talbet lil sid ta' stabbiliment taż-żgħażagħ f'Għawdex ineħħi numru ta' ritratti artistiċi ta' mudella Għawdxija li kienu esposti fl-istess stabbiliment? Jekk hu minnu, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni drastika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fir-rigward taż-żewġ xogħlijiet ta' arti li ma tħallewx jiġu esebiti fiċ-Ċentru għall-Kultura u Arti fiċ-Ċittadella, id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kap tat-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-kuratur tal-Wirja Kollettiva "Gozo International Contemporary Arts Festival", fuq bażi li huma ta' natura espliċitament pornografika. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 11 PQ #19283 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Artist li ma tħalliex jesebixxi xogħlijiet tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizjoni li l-artist li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ma jitħalliex jesebixxi żewġ xogħlijiet tiegħu fil-Gozo Arts Festival? Għalfejn ittieħdet din id-deċizjoni drastika? Jista' jintqal jekk kienx hemm ukoll episodju ieħor fejn il-pulizija talbet lil sid ta' stabbiliment taż-żgħażagħ f'Għawdex ineħħi numru ta' ritratti artistiċi ta' mudella Għawdxija li kienu esposti fl-istess stabbiliment? Jekk hu minnu, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni drastika?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulziija ma kienet involuta f'ebda każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Abb Malta Sicily Interconnector Consortium

Question

B'referenza għat-tender għall-cable tal-elettriku sottomarin bejn Malta u Sqallija li ngħata lil Abb Malta Sicily Interconnector Consortium, jista' l-Ministru jgħid: a) min kienu l-kumpaniji l-oħra li għamlu l-offerta tagħhom fi stadju ta' prekwalifikazzjoni; b) meta se jiġi ffirmat il-kuntratt relattiv; ċ) sarx eżerċizzju ta' due dilegence min naħa tal-gvern jew l-Korporazzjoni Enemalta dwar l-Abb Malta Sicily Interconnector Consortium; u d) jirriżultalux il-gvern li l-Abb Malta Sicily Interconnector Consortium jew kumpaniji sussidjarji tagħha kienu nstabu ħatja ta' korruzzjoni fi qrati esteri?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Tneħħija tat-taxxa ta' sett tat-tv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata l-wegħda elettorali tal-partit fil-gvern li titneħħa t-taxxa li titħallas kull sena għal kull sett ta' tv, liema taxxa ġiet deskritta mill-istess manifest elettorali bħala li għadda żmienha?

Response (GATT, AUSTIN)

Deċiżjonijiet dwar tneħħija ta' taxxi ma jittieħdux minn dan il-Ministeru.

Recruitments mal-MITA

Question

B'referenza għar-recruitments li saru fis-sena 2009 u 2010 mal-MITA, jista' l-Ministru jgħid: a) liema kienu r- recruitments li saru permezz ta' external calls u liema kienu f'kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji; b) liema kienu r-recruitments li saru permezz ta' internal callsu liema kienu f kull każ il-pożizzjonijiet u s-salarji? F'kull każ x kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti (occorrendo) għal dawn il-posts? ċ) liema kienu d-direct appointments li saru mingħajr sejħa u x'kienu l-pożizzjonijiet u s-salarji f'kull każ? F'kull każ x'kienu d-dipartimenti relattivi u l-kwalifiki rikjesti? Fuq liema kriterji nħarġu dawn il-posts?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli bl-informazzjoni mitluba.

Dragonara Casino Ltd — estensjoni

Question

Peress illi a) id-Dragonara Casino Ltd, id-Direttur tax-Xogħol u sussegwentement il-General Workers Union kienu informati nhar it-13 ta' Novembru li se jkun hemm estensjoni oħra tal-konċessjoni eżistenti tagħhom sa l-aħħar ta' Awwissu 2010; b) it-Tnejn ta' wara, jiġifieri s-16 ta' Novembru l-kumpanija kienet informata li din id-deċiżjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett; ċ) il-kumpanija kienet informata illi wara li d-deċizjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett din l-estensjoni ma kenitx se tingħata; Jista' l-Ministru: a) jispjega għalfejn seħħew dawn il-kuntrumbajsi kollha? b) għalfejn id-deċizjoni telgħet fuq il-livell ta' Kabinett? ċ) jispjega għalfejn il-MIMCOL immissja kompletament id-deadlines kollha tal-proċess ta' evalwazzjoni għall-konċessjoni tal-Casino tad-Dragonara u ma kkomunika ma' ħadd mill-applikanti? d) jgħid illi tenut kont il-mistoqsijiet qawwija li qamu ta' natura ta' aġir etiku (ethical behaviour) matul dan il-proċess, x'garanziji jista' jagħti biex jassigura li l-konċessjoni ġiet evalwata b'mod trasparenti u ġust u li dan il-proċess ikun jista' jiġi skrutinizzat kif xieraq? e) kif se jkun assigurat li, ikun xi jkun l-eżitu tal-konċessjoni, ma niġux f'sitwazzjoni fejn ikun hemm abuse of a dominant position fil-qasam tal-casinos f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Concession and Lease Agreement għall-każino Dragonara ġie konkluż nhar it-30 ta’ Ġunju 2010, bl-iffirmar tal-konċessjoni għal għaxar snin, skont kif kien tħabbar fir “request for proposals” li kienet ħarġet nhar l-4 ta’ Mejju 2009. Iż-żewġ estensjonijiet kienu neċessarji sabiex jitlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni hekk kif kien imħabbar fid-dokument tat- tender . Il-proċess ta’ evalwazzjoni u negozjati issa spiċċa u wara li ġie ffirmat il-kuntratt, il-proċess ta’ bdil tal-idejn bejn l-operatur ta’ qabel u dak li rebaħ dan it- tender , sar, u mexa b’mod tajjeb ħafna. Il-mistoqsija fiha diversi allegazzjonijiet mhus sostnuti.

Emergency Oil

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm pajjiżna għandu emergency oil available għalih f każ li pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea jaqtgħu s-supply taż-żejt taħt il-ftehim bejn Malta u l-Italja? Taħt ċirkostanza ta' emerġenza għal kemm ġranet dan l-emergency oil ikun jista' jissodisfa r-rikjesta normali ta' pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, maħżun barra l-pajjiż f’isimha, għandha 12,000 tunellata ta’ fjuwil li jaqa’ taħt il-kategorija 1, 36,000 tunellata ta’ fjuwil li jaqa taħt il-kategorija 2 u 150,000 tunellata ta’ fjuwil li jaqa taħt il kategorija 3 tal-LN 426/2007. Dawn huma equivalenti għal 60 ġurnata fjuwil ta’ kategorija 1, 52 ġurnata fjuwil ta’ kategorija 2 u 104 ġurnata fjuwil ta’ kategorija 3. Skond il-LN 426/2007 kull pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropeja għandu jkollu ta’ l-inqas 90 ġurnata fjuwil ta’ riserva f’kull kategorija. Il-bqija tal-ġranet f’kull kategorija il-fjuwil huwa miżmum f’Malta stess.

Arms Ltd — kiri ta' uffiċini

Question

Jista' Ministru jikkonferma jekk ARMS Ltd. xtratx jew krietx xi uffiċċju jew uffiċini ġodda fil-Belt Valletta? Jista' jindika l-post fejn se jkun u meta se jiftaħ għall-konsumaturi biex ikunu moqdija aħjar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari numru 16378.

Esplorazzjoni taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 19136 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk pajjiżna tkellimx uffiċjalment mal-Libja dwar din l-esplorazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Transport Malta — records dwar probo koala

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-VTMIS fi ħdan Transport Malta għandhiex records jekk fis-sena 2006 il-vapur Probo Koala kienx fl-ibħra: a) contiguous; b) territorial Maltin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Emergency Oil

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm pajjiżna għandu emergency oil available għalih f każ li pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea jaqtgħu s-supply taż-żejt taħt il-ftehim bejn Malta u l-Italja? Taħt ċirkostanza ta emerġenza għal kemm ġranet dan l-emergency oil ikun jista' jissodisfa r-rikjesta normali ta' pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Esplorazzjoni taż-żejt

Question

B'referenza għall-esplorazzjoni taż-żejt li se ssir minn BP fl-ibħra territorjali Libjani, jista' l-Ministru jindika x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-biża ta' tliet esperti ambjentali nostrani dwar n-nuqqas ta' eskluzjoni mix-xenarju ta' impjatt ambjentali negattiv tat-tip ta' Deepwater Horizon? X'poteri għandha Malta, jekk għandha, f'dan il-każ naxxenti mill-UNCLOS jew xi liġijiet oħra? Tkellem pajjiżna uffiċjalment mal-Libja dwar din l-esplorazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kull tip ta’ esplorazzjoni għaż-żejt iġġib magħha riskji ambjentali. Hija r-responsabilita konġunta tal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż fejn qed isir it-tħaffir f’dan il-każ Awtoritajiet Libjani u tal-kumpaniji li jkunu qed jesploraw biex jassiguraw li waqt l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taz-zejt jigu applikati l-iktar prattiċi rigoruzi fl-industrija biex jitnaqqas l-impatt ambjentali. Il-Gvern Malti ser ikun qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi dwar dan il-każ.Dwar l-aħħar mistoqsija, nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #17766 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Festivals Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb itella' festivals oħra apparti l-Eurosong biex il-kantanti lokali jkollhom iktar opportunitajiet biex jesebixxu t-talent tagħhom? Meta se jerġa' jsir il-Festival Nazzjonali tal-Kanzunetta Maltija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Festival tal-Eurosong ma għadux jiġi organizzat mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Il-Kunsill jagħti l-opportunatijet lil bosta kantanti ta’ ġeneru differenti. Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, Ambjent u Kultura qed jiddiskuti mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti l-possibilità li jerġa’ jibda jittella Festival għall-Kanzunetta Maltija.

Futbol — full-time residency programme għaż-żgħażagħ Maltin

Question

Peress li fid-dinja tal-lum il-futbol huwa mhux biss sport li jnissel prestiġju għall-pajjiż, imma anke industrija ta' ħolqien ta' xogħol u karrieri b'pagi tajbin fih innifsu, peress li l-futbol f'Malta baqa' f'livell baxx komparat ma' pajjiżi oħrajn, tant li pajjiżna baqa' dejjem nieżel fir-rankings tal-FIFA, peress li ħafna gvernijiet irrealizzaw li ċ-ċavetta għas-suċċess f'dan is-settur huwa li toħloq skola għall-aqwa żgħażagħ footballers tal-pajjiż b'ko-operazzjoni man-nurseries individwali tal-clubs tal-futbol lokali, tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex fil-pjan tal-gvern illi joħloq full-time residency programme f'Malta għaż-żgħażagħ mill-età ta' wara l-Form 5 għal dawk illi jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol, fuq l-istess mudell tal-IMG Soccer Academy ta' Bradenton (naturalment addattat għaċ-ċirkostanzi u r-riżorsi lokali) biex l-aqwa footballers żgħażagħ Maltin ikunu jistgħu jittrenjaw il-futbol f'ambjent professjonali waqt li jkomplu bl-istudji akkademiċi tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Malta Football Association, bħall-għaqdiet sportivi nazzjonali l-oħra, hija entita awtonoma u hija għaldaqstant fil-liberta li toħloq u tiggestixxi l-iżvilupp tekniku tad-dixxiplina sportiva li tirrapreżenta bil-mudell li l-aktar tħoss adekwat. Il-Gvern, minn naħa tiegħu, għandu l-ħsieb li jwaqqaf l-ewwel Kulleġġ Sportiv li jilqa’ fih atleti promettenti mill-iskejjel sekondarji.
Leg 11 PQ #18946 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Mitħna ta' Kola tax-Xagħra - restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' restawr u tiswijiet fil-Mitħna ta' Kola tax-Xagħra, Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.