Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spetturi tas-sewqan

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19426, jista' l-Ministru jwieġeb biss d-domandi 1 u 8?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b’kollox hemm 11-il eżaminatur li jgħamlu t-testijiet tas-sewqan. F’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm 16,881 persuna li għamlu l-eżami tal-prattika u minnhom 7,262 għaddew mill-ewwel.

Wied il-Għajn — Triq il-Lampuka - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tingħata tarmak fuq il-parti ta' Triq il-Lampuka, Wied il-għajn (fil-parti tan-nofs) li għadha bla tarmak?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li parti mill-art li fuqha saret din it-triq għadha qed tkun esproprijata u x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ikun jista' jinbeda wara li jitlesta dan il-proċess.

dar li għandna titolu ta' kera favur il-ġenitur ta' wieħed mill-partijiet tal-kopja

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi protezzjoni teżisti fil-liġi llum għal dawk il-koppji miżżewġin li sa minn għadd ta' snin qabel l-2008 kienu jgħixu (fi stat ta' miżżewġin) f"dar li għandha titolu ta' kera pre-1995 favur il-ġenituri ta' wieħed mill-partijiet fejn il-ġenituri jew is-superstiti fosthom ikunu mietu wara d-dħul fis-seħħ tal-emendi riċenti li għadda dan il-Parlament fil-liġijiet tal-kera? Fi kliem ieħor il-mara ta' dak li kien jgħix (flimkien ma' martu) m'ommu u missieru li mietu din is-sena f'post mikri lil omm u missier ir-raġel qabel l-1995 xi drittijiet għandha una volta jmut żewġha? Jekk jgħid li ma jkollhiex drittijiet, jista' jiddikjara jekk il-gvern iħossx li għandhom isiru emendi biex jiġu protetti dawn in-nies, jiġifieri l-mara jew ir-raġel tal-ulied tal-kerrejja li sa minn qabel l-2008 kienu jgħixu mal-kerrejja u l-kerrejja jkunu mietu wara d-dħul fis-seħħ tal-Att X tal-2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-emendi imsemmija huma ċari fir-rigward tal-każ ipotetiku imsemmi fl-interpellanza tiegħu – referenza issir għall-proviso tal-Art. 1531 F (i). Tal-Kodiċi Ċivili. Madanakollu jiġi rilevat li persuni li tassew huma vulnerabbli jew fil-bżonn se jsibu s-sostenn tal-gvern.

roundabout tal-Kappara — Persuna responsabbli mill-isprinklers

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-persuna naturali jew legali li hi responsabbli mill-immaniġjar, stallazzjoni u funzjonament ta' sprinklers li huma użati għall-manutenzjoni ta' fjuri, pjanti u siġar fir-roundabout tal-Kappara? B'liema titolu jew dritt jew permess jew xorta oħra din il-persuna naturali jew legali kisbet ir-responsabbiltà tal-immaniġjar, stallazzjoni u funzjonament ta' sprinklers li huma użati għall-manutenzjoni ta' fjuri, pjanti u siġar fir-roundabout tal-Kappara? Xi ħlas tirċievi din il-persuna naturali jew legal ta' din il-mansjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Fgura — Triq il-Karmelitani - spuction

Question

Jista' l-Ministru jara li bl-opra tal-ħaddiema relattivi tal-gvern jitneħħa l-inkonvenjent li ġej mill-ispuction li tinsab quddiem il-knisja l-qadima mal-maħżen fi Triq il-Karmelitani l-Fgura peress li din tagħmel intejjen kbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

għargħar li jinżel Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid lill-Parlament jekk jeżistix pjan jew studju dwar l-impatt ta' għargħar u ilmijiet kbar li jinżlu Wied il-Għajn kull meta tagħmel daqsxejn xita qawwija u x'jista jsir biex dan l-impatt negattiv jiġi minimizzat qabel issir xi tragedja partikolarment fil-parti ta' quddiem is-sala tal-knisja parrokkjali Sant Anna u San Ġwakkin u fit-triq li minn Wied il-Għajn tieħu għal fejn il-monument ta' Agatha Barbara f'Ħaż-Żabbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Bdiewa part-time — arloġġ tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-istallazzjoni b'xejn tal-arloġġ tal-ilma tapplikax għall-bdiewa part-time li jaħdmu l-għalqa sempliċement biex jużaw il-prodotti agrikoli li jkabbru huma u l-familja mmedjata tagħhom, jiġifieri li ma jbiegħux il-prodott agrikoli? Jekk ir-risposta hi li dawn il-bdiewa part-time ma japplikawx għall-iskema, allura kemm se tkun l-ispiża biex jistallaw l-arloġġ tal-ilma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa qed isir kalkolu biex ikun magħruf n-numru ta arloġġi li hemm bżonn jitwaħħlu għas-settur agrikolu. It-talba ta’ din il-kategorija ta’ bdiewa part-time tkun evalwata wara li jsir dan l-eżerċizzju.
Leg 11 PQ #20209 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

studenti tal-liġi — dħul il-qorti

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-istudenti tal-liġi li jkunu qed jagħmlu prattika ma' avukati fil-qorti jkunu jistgħu jidħlu fil-qorti mill-entratura li tagħti direttament għar-reġistru tal-qorti una volta jkunu akkumpanjati mill-avukati li magħhom jagħmlu l-prattika?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-bieb li jagħti direttament għar-reġistru tal-Qorti qiegħed hemm biss għall-użu ta’ l-avukati u l-prokuraturi legali u xi membri ta’ l-Amministrazzjoni tal-Qorti. Għal finijiet ta’ sigurtà, iżjed ma tħalli aċċess għal kategoriji oħra, aktar qed iżżid ir-riskju għall-istess sigurtà.
Leg 11 PQ #19935 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kwestjoni rigward delitti ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18951 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jiddikjara jekk huwiex minnu li nhar it-23 ta' Ottubru 2006, meta l-Ministri ta' l-Ambjent tal-Unjoni Ewropea iltaqgħu fil-Lussemburgu għall-ewwel miż-żewġ kunsilli organizzati mill-presidenza Finlandiza tal-Unjoni Ewropea u li fiha l-Kummissarju Stavros Dimas ta' dak iż-żmien kien anke kkommetta ruħu li jipprezenta proposta għal direttiva fuq id-delitti ambjentali per konsegwenza tal-istragi tal-Probo Koala - fejn allegatament ħafna mill-iskart tossiku li eventwalment wassal biex mietu u mardu nies innoċenti fil-Cote d'Ivoire ġie prodott waqt li l-vapur kien qiegħed fil-Contiguous Zone tagħna - Malta kienet l-uniku pajjiż li opponiet li jiġu riveduti l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar "transfontier waste shipments"? Għaliex ittieħdet din il-pożizzjoni? Kemm-il darba ġie Malta l-Probo Koala? Kien hemm xi ħadd minn ħdan l-awtorità responsabbli mis-sigurtà tal-baħar li ġibed l-attenzjoni tal-gvern li seta' kien qiegħed isir caustic washing fil-Probo Koala, jew kellu xi tip ta' informazzjoni f'dan is-sens il-Gvern Malti f'Ottubru 2006? Kien hemm xi awtorità oħra, bħall-MARPOL u oħrajn, li ġibdet l-attenzjoni ta' Malta li sar xi caustic washing fuq xi vapur fil-Contiguous Zone jew territorial Waters tagħna bejn l-2005 u l-2010? Meta l-Gvern Malti beħsiebu jirratifika l-BAN amendments għall-Basel Convention on trade in hazardous waste? Għaliex għadu ma rratifikax dawn l-emendi minkejja li l-Unjoni Ewropea nnifisha rratifikathom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta — Records dwar Probo Koala

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19102, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma saru l-ebda spezzjonijiet fuq il-Probo Koala una volta dan il-vapur kien fl-ibħra territorjali Maltin erba' darbiet ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma tagħmilx spezzjonijiet fuq bastimenti li jkunu fi-ibħra Maltin għal servizzi magħrufa bhala conveyances li jinkludu bdil ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ, proviżjoni ta’ provisti u ħtiġijiet oħra, liema servizzi jingħataw bl-użu ta’ bastiment kummerċjali (workboats). Transport Malta tagħmel spezzjonijiet fuq bastimenti li jkunu f’portijiet Maltin, biex jiġi assigurat li l-bastimenti jkunu konformi ma’ standards internazzjoni stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonli, u spezzjonijiet minn Port Officers biex jiġi verifikat li dawn qed jobdu l-liġijiet tal-port.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19288 u jindika, mid-data tax-xiri ta' Dar Malta f'Rue Archimede fi Brussell sal-lum, kemm daħħal il-Gvern Malti kull sena minn kirjiet lill-terzi? Min kienu l-kerrejja? Għal kemm żmien? Kemm tħallsu l-kumpaniji ta' estate agency li ġew ingaġġati mill-gvern Malti biex jinstabu l-kerrejja? Jikkonsidra l-gvern li jagħmel pjan differenti dwar kif jista' jimtela l-ispazju vojt f'Dar Malta? Jistgħu jingħataw dettalji f'dan is-sens?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19288.

Fgura, Triq Kent — żewġ djar bl-istess numru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jagħmel dak kollu meħtieġ biex tissolva l-anomalija serja li hemm fi Triq Kent, il-Fgura fejn hemm żewġ djar li għandhom l-istess numru u li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, waħda li tinsab kważi fit-tarf ta' Triq Kent lejn Raħal Ġdid u l-oħra fit-tarf l-ieħor tat-triq ħdejn il-piċċ tal-boċċi? Apparti l-inkonvenjenzi ta' ittri, kontijiet u oħrajn li jiġu rċevuti bi żball, f'każ ta' xi emerġenza jew jekk tinqala' xi disgrazzja minħabba l-ħin prezzjuż li jista' jintilef sakemm wieħed isib id-dar li jkun irid hu f'każ ta' xi ambulanza, tabib, tifi tan-nar, eċċ, jaħseb il-Prim Ministru li dan l-iżball li ilu għaddej is-snin minkejja t-talbiet li saru mis-sidien taż-żewġ residenzi lid-Door Numbering Unit, lill-Pulizija u lill-Kunsill Lokali għandu jiġi kkoreġut b'mod immedjat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, wara konsultazzjoni verbali li d-Door Numbering Unit u l-Uffiċċju Elettorali kellhom mal-Kunsill Lokali tal-Fgura xi żmien ilu, dan ta’ l-aħħar kien qabel ma’ l-idea li l-istess Kunsill kellu jagħmel talba lill-Istreet Naming Committee sabiex il-parti ta’ Triq Kent faċċata tal-Pitch tal-Boċċi tingħata isem ġdid u tiġi meqjusa li tifforma parti minn pjazzetta f’dik l-area. Soluzzjoni oħra possibbli hija li din l-istess parti ta’ Triq Kent (faċċata tal-Pitch tal-Boċċi) titqies bħala prolungament ta’ Triq Kent u jingħataw in-numri li jmiss f’din it-triq b’mod uffiċjali. Ta’ min jgħid li n-numri li jeżistu llum f’din il-parti ta’ Triq Kent faċċata tal-Pitch tal-Boċċi mhumiex numri uffiċjali. Għal dan il-għan se jiġi konsultat mill ġdid il-Kunsill Lokali tal-Fgura sabiex tingħażel waħda minn dawn is-soluzzjonijiet biex evventwalment tiġi implimentata.
Leg 11 PQ #19949 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim Kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 19334 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-ftehim kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja kif sussegwentement emendat fid-19 ta' Diċembru 2007, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-emendi daħlu fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Kemm studenti Maltin gawdew minn dan il-ftehim? Meta se jiġi fis-seħħ il-XIII Executive Programme for Cultural Co-operation 10-12? X'għodod se jkun fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ftehim Kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja

Question

Tista' l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 19334 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilha u ċioe: B'referenza għall-ftehim kulturali tal-1967 bejn Malta u l-Italja kif sussegwentement emendat fid-19 ta' Diċembru 2007, tista' tgħid jekk l-emendi daħlux fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Kemm studenti Maltin gawdew minn dan il-ftehim? Meta se jiġi fis-seħħ il-XIII Executive Programme for Cultural Co-operation 10-12? X'għodod se jkun fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti Maltin li gawdew minn dan il-ftehim huwa kif elenkat hawn taħt: 2006/2007 26 2007/2008 23 2008/2009 21 2009/2010 16 2010/2011 11 Dwar il-Mistoqsijiet l-oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jindika, mid-data tax-xiri ta' Dar Malta f'Rue Archimede fi Brussell sal-lum, kemm daħħal il-Gvern Malti kull sena minn kirjiet lill-terzi? Min kienu l-kerrejja? Għal kemm żmien? Kemm tħallsu l-kumpaniji ta' estate agency li ġew ingaġġati mill-gvern Malti biex jinstabu l-kerrejja? Jikkonsidra l-gvern li jagħmel pjan differenti dwar kif jista' jimtela l-ispazju vojt f'Dar Malta? Jistgħu jingħataw dettalji f'dan is-sens?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’Mejju tal-2009 inkera ir-raba’ sular lil Volkswagen Group għal disa’ snin b’possibilità li l-ftehim jista’ jiġi tterminat f’għeluq is-sitt sena minħabba l-bżonnijiet li Malta jista’ jkollha waqt il-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea. Għadna kif wasalna ukoll fi ftehim mall-kumpanija Diageo biex b’effett mill-ewwel ta’ Settembru 2010 jibda jinkera nofs it-tieni sular għal disa’ snin ukoll b’possibilità li l-ftehim jiġi tterminat għar-raġuni li diġà semmejt. F’dawn l-aħħar jiem inkera ukoll in-nofs l-ieħor tat-tieni sular lill-kumpanija Vodafone għal disa’ snin b’possibilità li l-ftehim jiġi tterminat għar-raġuni li diġà semmejt. Minħabba raġunijiet kummerċjali ma nħossx li għandi nagħti dettalji dwar ir-rata li qed iħallsu dawn it-tliet kumpaniji. Nista’ ngħid però li sallum is-somma ta’ €32,413 tħallset lill-kumpaniji ta’ estate agency . Bħal’issa għaddejjin negozzjati ma’ żewġ kumpaniji oħra li wrew interess biex jikru post f’Dar Malta. Dawn in-negozzjati huma konformi mal-policy li l-ispazju li baqa’ jinkera ukoll.
Leg 11 PQ #19845 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Revizjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu u allura tal-gvern għall-proposta tal-Prim Imħallef li jkun hemm revizjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nifhem illi l-Onorevoli Membru qiegħed jirreferi għal dak li qal il-Prim Imħallef fid-diskors inawgurali tiegħu meta issuġġerixxa illi, issa illi l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ilha tiffunzjona għal numru ta’ snin kien wasal iż-żmien illi ssir evalwazzjoni tagħha sabiex wieħed jara jekk huwiex il-każ illi lil din il-Kummissjoni jsirilha xi tibdil fil-mod kif topera u fil-poteri tagħha jew le. Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Membru, skont l-Artikolu 101A(7) tal-Kostituzzjoni, il-Membri tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja huma indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom li dwarhom ma huma soġġetti għad-direzzjoni jew għal-kontroll ta’ ebda persuna, inkluż naturalment il-Gvern. Apparti minn hekk il-Prim Imħallef fil-vesti tiegħu ta’ ġudikant ukoll għandu l-indipendenza tiegħu garantita mill-Kostituzzjoni. F’dan l-isfond però, il-Gvern ma jara xejn ħażin, indesiderabbli jew anormali fil-fatt illi, bħal ma jiġri dwar kważi kull entità li tkun ilha tiffunzjoni għal numru ta’ snin, l-operat tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja jiġi evalwat (fir-rispett ta’ l-indipendenza tal-membri ta’ dik il-Kummissjoni u fir-rispett ta’ l-indipendenza tal-ġudikatura) sabiex wieħed jara jekk hemmx lok li jsir xi tibdil fil-mod kif dik il-Kummissjoni topera u fil-poteri u l-funzjonijiet tagħha. Il-Ministeru kien diġa ppropona numru ta’ emendi għall-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja f’White Paper lejn ġustizzja aħjar u eħfef. Għalhekk huwa miftuħ għal kull porposta li permezz tagħha l-funzjoni tal-Kummissjoni tissoda u tikber u tkun aktar effettiva fil-ħidma tagħha għas-servizz tal-poplu Malti u Għawdxi

Malta Council for the Voluntary Sector — għażla ta' segretarju eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'liema mod ġie magħżul is-segretarju eżekuttiv il-ġdid tal-Malta Council for the Voluntary Sector b'direct appointment jew b' call for applications? Jekk kien hemm call for applications, din kienet interna jew esterna? Kemm applikaw nies? Meta saru l-interviews? Min kien fil-bord tal-għażla? Min kienet il-persuna li eventwalment intgħażlet? X'pakkett finanzjarju jġorr miegħu l-post ta' segretarju eżekuttiv għall-Malta Council for the Voluntary Sector?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Malta Council for the Voluntary Organisations, Is-Sur Mauro Pace Parascandolo ġie ‘deployed’ fuq ‘assignment basis’ bis-salarju tiegħu ta’ għalliem li din is-sena hija Eur 20,727 fis-sena (Scale 8 Step 7). Qed jingħatalu ukoll allowance inklussiv ta’ Eur 2,500 fis-sena għat-trasport u komunikazzjoni.

jet li ħalla chemtrail fl-arja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad rapporti li nhar it-3 t'Ottubru 2010 f'xi s-6.30 pm kien hemm jet li f'għoli ta' 30,000 pied ħalla chemtrail? X'inhi din il-kimika? Kien hemm permess għal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-awtoritajiet tal-avjazzjoni m'għandhom l-ebda informazzjoni dwar dan il-każ, iżda ta' min jinnota li hija ħaġa normali li, waqt li jkunu qed itiru fil-għoli u taħt ċerti kundizzjonijiet metrjoloġiċi, ajruplani jistgħu iħallu dawk li jgħidulhom condensation trails. Dan huwa fenomenu naturali u mhux wieħed li jkun ikkontrollat mill-pilota.

Esplorazzjoni taż-żejt

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jwieġeb mistoqsija parlamentari 19248 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk pajjiżna tkellimx uffiċjalment mal-Libja dwar din l-esplorazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din il-kwistjoni tqajmet mill-Onorevoli Prim Ministru matul iż-żjara tiegħu fil-Libja f'Awwissu ta' din is-sena. Min-naħa tiegħi, jien irriferejt għal din l-esplorazzjoni f'laqgħa li kelli mal-Ambaxxatur tal-Libja, ukoll f'Awwissu.

Tneħħija tat-taxxa ta' sett tat-tv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19285 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se tiġi implimentata l-wegħda elettorali tal-partit fil-gvern li titneħħa t-taxxa li titħallas kull sena għal kull sett ta' tv, liema taxxa ġiet deskritta mill-istess manifest elettorali bħala li għadda żmienha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-programm elettorali tal-gvern jiġi implimentat fuq perjodu ta’ 5 snin, tul il-leġislatura.