Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' nies f'Malta li jħallsu sa l-inqas ċenteżmu ta' taxxa tad-dħul? Minn dawn in-nies kemm minnhom għandhom 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30 sena rispettivament ? Kemm hi l-medja tat-taxxa tad-dħul imħallsa skont l-etajiet imsemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi it-total ta’ 118,424 taxpayer ħallsu t-taxxa dovuta għas-sena bażi 2008 (li hi l-aktar sena riċenti li għandna l-informazzjoni sħiħa dwarha). Dawn jinkludu l-FSS imnaqqsa mill-pagi mħallsin lill-impjegati, kif ukoll il-ħlasijiet tat-taxxa proviżorja u dawk li jidħlu mas-self-assessment sal-aħħar ta’ Ġunju. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-Learning Support Assistants li bdew fit 23 ta' Settembru, 2010 mal-gvern se jibdew jitħallsu? Għaliex dan id-dewmien? Taf li dewmien fil-ħlas tal-paga jmur kontra l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impiegi? Kemm hemm Learning Support Assistants li ntlaqtu minn dan il-ħlas tardiv tal-paga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 24 Supply Learning Support Assistants (SLSAs) minn 450 li bdew fit-23 ta’ Settembru 2010 ser jirċievu s-salarji dovuti lilhom mal-paga li jmiss.
Dan id-dewmien seħħ minħabba li kien hemm żball fid-data effettiva tal-kuntratti u għaldaqstant kellhom jerġgħu jiġu ffirmati kuntratti ġodda.
Liġijiet ta' Malta — regolamenti taħt l-Artiklu 242(2)
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħareġ regolamenti taħt l-Artiklu 242(2) tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, mill-1 ta' Jannar 2006 sal-lum? F'kull każ, jista' jirreferi x'kien ir-regolament u għal liema sentenza mgħoddija in ġudikat l-istess regolamenti jirreferi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2006, ma nħareġ ebda regolament ai termini tal-Artikolu 242 (2) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12).
Fgura- Pjazza Patri Redent — abbużi fil-playing field
Question
Tista' l-Ministru twieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 20833 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u issa ġiet riferuta lilha u tara kif jistgħu jsiru arrangamenti biex il-playing field li tinsab fi Pjazza Patri Redent fil-Fgura tingħalaq wara l-11 p.m. biex jinqatgħu l-abbuzi li jsiru f għajjat, drogi u ksur tal-buon viċinat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilità tal-Playing Fields hija f’idejn il-kunsilli lokali rispettivi u għaldaqstant nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20834 u jgħid kemm ilhom out of stock il-pilloli tal-istonku tar-Remeprazole 20 (lusec)? Għaliex? Meta se jerġgħu jkunu available?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 20797.
Fgura — Pjazza Patri Redent Gauci - problema ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20836 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' ilma li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar? X'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' rwejjaħ ta' drenaġġ li toħroġ fl-istess żona minn spuction li tinsab fi Pjazza Redent Gauci l-Fgura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interplellant illi rigward l-ewwel mistoqsija msemmija “tal-problema akuta ta' ilma li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar”, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-ilma titlob għal aktar spjegazzjoni, jekk hix problema marbuta mal-ilma tax-xorb jew xi ħaġa oħra. Il-KSI m’għandhiex rapporti ta’ problemi ta’ ilma tax-xorb.
Rigward it-tieni mistoqsija, il-problema ġejja mid-
discharge
tal-pompi tad-drenaġġ tal-Marsa. Il-ħaddiema tal-KSI għamlu diversi tentattivi sabiex jissiġillaw il-
manholes
. Sadanittant, ser jerġħu jiġu ssiġillati il-
manholes
. Hemm ukoll xogħol propost ta devjazzjoni ta’
main
sabiex tittaffa l-problema.
Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20772 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20342, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra:
a) min kienet il-kumpanija li għamlet l-istudju
Environmental Planning Statement
(EPS);
b) meta kien konkluż l-istudju;
ċ) jekk saritx konsultazzjoni u ma' min saret;
d) jekk xi kunsill/i ingħatax rapport EPS u fil-każ meta; u
e) x'kienet ir-reazzjoni tal-kunsill/i, jekk kien hemm?
Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20726 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-Environmental Planning Statement (EPS) u l-Environmental Impact Assessment (EIA) indikati fir-risposta tal- mistoqsija parlamentari 20342?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20513 u jinforma lill-Parlament kemm ġiet tiswa l-aħħar edizzjoni tan-Notte Bianca u jagħti wkoll breakdown tal-ispejjeż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-preżent il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għadu qed jirċievi l-invoices għal servizzi li ngħataw waqt din l-attività sabiex tkun finalizzata n-nefqa globali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20632 u 20336 u jgħid kemm daħlu ilmenti lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn ċittadini privati dwar trab iswed fil-proprjetà tagħhom sena b'sena fl-aħħar ħames snin? Minn liema lokalità dawn iċ-ċittadini kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-records uffiċjali tal-MEPA mill-2003 sal-2006 il-MEPA ma rċiviet l-ebda ilment.
Fl-2007: Il-MEPA rċiviet direttament mill-anqas 10 ilmenti fuq l-iddepożitar ta' trab iswed fuq ir-residenzi fil-Fgura biss.
Fl-2008: l'ebda ilment.
Fl- 2009: 41 mill-Fgura (2 direttament u 39 minnhom permezz tal-kunsill), 1 minn B'Kara, 1 minn Sliema, 4 mill-Mellieħa, 1 mill-Hamrun, 1 minn Qormi, 1 minn Tarxien.
Fl-2010: 4 mill-Fgura u 1 minn Bormla, 1 minn Qormi u 1 minn San Ġwann.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20723 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta dettaljata tal-family park li hu proġettat li jinbena f'Wied il-Għajn? Meta se jibda x-xogħol? Fiex se jkun jikkonsisti dan il-park?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-pjanta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar żewġ mistoqsijiet nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20774.
Fgura- Pjazza Patri Redent — abbużi fil-playing field
Question
Jista' l-Ministru jara kif jistgħu jsiru arrangamenti biex il-playing field li tinsab fi Pjazza Patri Redent fil-Fgura tingħalaq wara l-11 p.m. biex jinqatgħu l-abbuzi li jsiru f għajjat, drogi u ksur tal-buon viċinat? Xi spezzjonijiet isiru mill-pulizija f'dan ir-rigward?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li ġentilment nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel ronda fil-post indikat. Dan isir kemm mill-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll mit-Taqsima ta’ kontra d-Droga u dik tal-Mobile.
Fgura — Pjazza Patri Redent Gauci - problema ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' ilma li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar? X'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' rwejjaħ ta' drenaġġ li toħroġ fl-istess żona minn spuction li tinsab fi Pjazza Redent Gauci l-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-materja in kwistjoni ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin — materjal li qed jintefa' fis-sit
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'materjal qed jintefa' fis-sit li qabel kien hemm mibni fuqu l-impjant tar-riċikilaġġ ta' Sant'Antnin? Għaliex qed jintefa' dan il-materjal? X'ġie demolit s'issa u x'inbena s'issa bħala parti mill-proġett tal-impjant il-ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Membru jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20342, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra:
a) min kienet il-kumpanija li għamlet l-istudju
Environmental Planning Statement
(EPS);
b) meta kien konkluż l-istudju;
ċ) jekk saritx konsultazzjoni u ma' min saret;
d) jekk xi kunsill/i ingħatax rapport EPS u fil-każ meta; u
e) x'kienet ir-reazzjoni tal-kunsill/i, jekk kien hemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudju dwar l-Ippjanar Ambjentali (EPS) għall-iżvilupp tal-Park għall-Familja f'Wied il-Għajn sar mill-kumpannija Adi Associates Environmental Consultants Ltd. Peress li l-istudji jsiru għall-MEPA, nitlob lill-Onor. Interpellant jitlob dawn id-dettalji lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk pajjiżna kkontribwixxiex xi flus biex sar il-kunċert Isle of MTV? Jekk iva, kemm? Fiex kienu jikkonsistu l-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-kuntratt iffirmat fl-2007 mal-MTV jorbot lill-MTV li:
· Jorganizzaw f’pajjiżna kunċert kull sena għal tlett snin;
· Kull kunċert irid jidher għall-inqas tlett darbiet fuq kull stazzjon tal-MTV fl-Ewropa;
· Malta tiġi reklamata matul is-sena fuq l-istazzjonijiet tal-MTV;
· Jorganizzaw kompetizzjonijiet permezz tal-istazzjonijiet tagħhom sabiex iħajru lill-barranin jattendu għall-kunċert;
· Itella’
website
sabiex tippromwovi l-Kunċert
Isle of MTV
.
Il-Gvern Malti huwa marbut li jħallas għal dan liema ħlas huwa kkunsidrat raġonevoli ħafna meta tqis x’qed jieħu pajjiżna. Il-kuntratt fih ‘
confidentiality clause
’ li ma tippermettix li din is-somma tiġi ppublikata. Dan għaliex l-MTV iqisu din il-miżata bħala kummerċjalment sensittiva.