Legislature:
Category:
Reset
Active:

Cittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux dritt li jassumi ċ-ċittadinanza Maltija oltre dik ta' pajjiżu tenut kont li ilu miżżewweġ lil ċittadina Maltija għal aktar minn ħames snin? Jekk iva, x'qed iżomm biex dan jieħu din iċ-ċittadinanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Malta taċċetta l-prinċipju taċ-ċittadinanza doppja. Il-persuna kkonċernata tkun tista' zomm iċ-cittadinanza Maltija maċ-ċttadinanza barranija li għandha u/jew jista' jkollha. Ninsab infurmat li din l-applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata. Kif jiġi ffinalizzat l-ipproċessar, il-persuna tkun informata dwar l-eżitu tal-applikazzjoni.

Maintenance Technician Course — success rate tal-eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35714 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hi s-success rate tal-istudenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-sena kurrenti 2011/2012 tal-Kors tal-Mcast li jismu Maintenance Technician Course (leading to part 66 cat b 1.1)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għad m’għandhiex statistika tal-eżamijiet tas-sena kurrenti 2011/2012 tal-kors tal-MCAST li jismu Aircraft Maintenance Technician Course leading to Part 66 Cat B1 and B2.
Leg 11 PQ #35714 Sitting 491 2012-06-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Maintenance Technician Course — success rate tal-eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi s-success rate tal-istudenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-sena kurrenti 2011/2012 tal-Kors tal-Mcast li jismu Maintenance Technician Course (leading to part 66 cat b 1.1)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #35351 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ILM Diploma in Management — assignments tal-istudenti

Question

B'referenza għall-istudenti li jattendu t-tieni sena ILM Diploma in Management fl-Mcast (part-time), tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja li bejn Diċembru 2010 u Diċembru 2011 l-istudenti intavolaw disa' assignments u sal-lum għadhom ma rċevewx ir-riżultati ta' dawn l-assignments? Huwa sew li dawn l-istudenti bdew it-tieni sena mingħajr ma jafu jekk għaddewx mill-assignments tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-MCAST ilu joffri l-kors li jwassal għad-Diploma in Management tal-Institute of Leadership and Management (ILM) għal diversi snin. Diġa kien hemm żewġ gruppi ta’ studenti li temmew b’suċċess dan il-kors ‘part-time’. F’Ottubru 2010, 19-il student ieħor bdew dan il-kors ta’ sentejn. Il-ħruġ tar-riżultati proviżorji ta’ dawn l-istudenti oriġinarjament tfixkel xi ftit minħabba l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ġodda meħtieġa minħabba l-fatt li l-ILM bidlet il-‘qualification mode’ ta’ dan il-kors minn International Management Qualification għal Vocationally Related Qualification. Fi Frar 2012, l-ILM awtorizzat lill-MCAST biex toħroġ ir-riżultati proviżorji tas-seba’ modules li l-istudenti ssottomettew fl-ewwel sena, flimkien ma’ l-ewwel module tat-tieni sena. Dawn ir-riżultati nħarġu minnufih u hekk kif titlob il-proċedura tal-MCAST u tal-ILM, dawk l-istudenti li ma kienux ġabu l-marka meħtieġa biex jgħaddu minn dawn il-modules ingħataw informazzjoni dwar kif jistgħu itejbu l-marka tagħhom meta jissottomettu x-xogħlijiet tagħhom għat-tieni u l-aħħar darba (‘resit’). Fil-fatt, ħlief għal student wieħed li għad baqagħlu jagħti xi xogħol, l-istudenti l-oħrajn diġa ħadmu fuq l-informazzjoni li ngħataw u ssottomettew ix-xogħol mill-ġdid. Għalhekk, l-istudenti jafu jekk għaddewx jew le minn dawn il-‘modules’. Sadanittant, din is-sena l-istudenti issottomettew ukoll ix-xogħlijiet marbutin ma’ tliet ‘modules’ oħrajn, fil-25 ta’ Jannar, u fis-17 u l-20 t’April. Waqt li wieħed minn dawn ix-xogħolijiet kien ikkoreġut u jinsab għaddej fl-aħħar fażi tal-proċess tal-verifikazzjoni interna biex ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati, it-tnejn l-oħra qed jiġu ikkoreġuti u se jitlestew dalwaqt. F’Lulju, hekk kif isir normalment fl-aħħar ta’ kull kors ta’ dan it-tip, għandu jasal Malta l- external verifier mibgħut mill-ILM, biex itemm il-verifikazzjoni esterna fuq ix-xogħlijiet kollha tal-istudenti u b’hekk ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati uffiċċjali u finali ta’ dan il-kors.
Leg 11 PQ #35396 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

programmi biex persuni jitgħallmu jiktbu u jaqraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema programmi governattivi/edukattivi joffru possibilità għall-adulti (jiġifieri nies ta' iktar minn 18-il sena) li ma jkunux tgħallmu jiktbu u jaqraw biex jitgħallmu jiktbu u jaqraw? Kemm kien hemm adulti li ħadu dawn il-korsijiet sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'età kelhom? Minn liema raħal kienu ġejjin? X'sess kellhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35405 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet tal-Anniversarju tal-George Cross

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35136, 34967, 34559, 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li għadhom jinġabru l-kontijiet konnessi maċ-ċelebrazzjonijiet li saru f’April 2012.

Villa Rundle — triq maqlugħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35181 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kif wara li sar it-tarmac quddiem Villa Rundle għall-inawgurazzjoni tal-ġnien, it-triq qed terġa' tinqala mill-ġdid? Min qed iħallas għal dan ix-xogħol doppju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sodda tal-asfalt (asphalt basecourse) li ngħata fil-parti tat-triq quddiem Villa Rundle mhux maħsub li jerġa’ jinqala għajr jekk jirriżultaw xi difetti ta’ kostruzzjoni. Bħalissa għaddej xogħol ta’ servizzi fil-ġnub tat-triq u pavimentar tal-bankini. Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jingħataw is-saffi suċċessivi tal-asfalt (asphalt binder and wearing course).

informazzjoni dwar perita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35180 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta għalih u jispjega kif il-perita li d-dettalji dwarha qed jitnabgħtu separatament, li taħdem bħala perita mal-proġetti tal-Ministeru ta' Ghawdex hi wkoll il-perita privata tad-ditta Sqallija li qed jagħmlu ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella liema proġett hu tal-istess Ministeru? Ma taħsibx li dan hu konflitt kbir ta' interess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #35136 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-George Cross

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34967, 34559, 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalissa m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33806.

Restawr tas-Salini — archaelogical monitoring

Question

B'referenza għall-proġett tar-restawr tas-salini, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'archaelogical monitoring qed isir fuq dan il-proġett? Min hu l-monitor u lil min qed jirrapporta dan il-monitor? Kemm-il monitoring reports saru sal-lum? X'kien jgħid il-method statement li ġie sottomess għal dawn ix-xogħlijiet u jista' jispjega fid-dettall kemm-il method statement ġie jew ma ġiex segwit?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-monitoring tas-Salini qed isir skont terms of reference u method statements mifthema mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Fil-kas ta’ dan ix-xogħol, il-monitor huwa is-Sur Edward Calleja, kwalifikat għal dan ix-xogħol u jifforma parti mill-Project Management Team li ntgħazel permezz ta’ sejħa pubblika għal offerti li ħarġet l-MRRA. Il-monitoring tas-Sur Calleja jkopri biss xogħolijiet ta’ skavar. Dan il-monitor jirrapporta lill- Project Manager li jgħaddi l-informazzjoni direttament lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali jew lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, li mbagħad jirraporta lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Il-monitoring u r-rapporti jkunu segwit mis-Sovrintendenza. Sa ‘llum saru erbgħa monitoring reports jiġifieri wieħed għal kull darba li sar skavar. Il- method statement hu anness ma din ir-risposta. Ix-xogħlijiet qed jipproċedu skond dan il- method statement u t- terms of reference li nħarġu mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35180 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

informazzjoni dwar perita

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif il-perita li d-dettalji dwarha qed jitnabgħtu separatament, li taħdem bħala perita mal-proġetti tal-Ministeru ta' Ghawdex hi wkoll il-perita privata tad-ditta Sqallija li qed jagħmlu ix-xogħol ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella liema proġett hu tal-istess Ministeru? Ma taħsibx li dan hu konflitt kbir ta' interess?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġett ta' restawr tas-swar taċ-Ċittadella qed jiġi implimentat mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijier Rurali.
Leg 11 PQ #35181 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — triq maqlugħa

Question

Tista' l-Ministru tispjega kif wara li sar it-tarmac quddiem Villa Rundle għall-inawgurazzjoni tal-ġnien, it-triq qed terġa' tinqala mill-ġdid? Min qed iħallas għal dan ix-xogħol doppju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li x-xogħol tat-triq imsemmija qed isir minn Transport Malta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #34990 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Rapporti finali tal-eżami tal-benchmarking

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport finali tal-eżami tal-benchmarking tas-sena li għaddiet ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34991 Sitting 481 2012-05-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kors tad-Diploma in Nursing — attendenza

Question

Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra jekk hijiex edotta minn petizzjoni li ffirmaw 80 student tal-Kors tad-Diploma in Nursing (Intake 2010) wara li ħadd ma informahom fil-bidu nett li l-credit NUR 1212 An introduction to Health Promotion and Public Health Care kien jirrikjedi rata ta' attendenza eċċezzjonali ta' mija fil-mija (kontra attendenza ta' 80 fil-mija li korsijiet bħal dan normalment jirrikjedu) biex wieħed ikun jista' mbagħad joqgħod għall-eżami ta' dan il-credit? X'sistema kienet tintuża biex wieħed jaċċerta ruħu mill-attendenza tal-istudenti de quo? Waqt li huwa naturalment mixtieq li l-istudenti jattendu għal-lezzjonijiet u li jkun hemm rata ta' attendenza li tiġi prestabbilità u li tiġi inforzata, huwa sew li studenti jkunu mċaħħda milli joqogħdu għall-eżami minħabba rekwiżit straordinarju ta' attendenza fil-livell ta' mija fl-mija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-regolamenti tal-Universita’ ta’ Malta ma jistipulawx li l-istudent irid jattendi 80% ta’ l-istudy unit iżda li l-attendenza hija obbligatorja. L-istudenti huma skużati milli jattendu f’kaz ta’ mard jew għal ragunijiet li huma kkunsidrati ġustifikabbli, bil-permess tal-lecturer ikkonċernat. Dawn ir-regolamenti huma ppublikati fuq il-website tal-Università ta’ Malta u l-istudenti għandhom ir-responsabbilità li jinfurmaw ruħhom dwarhom biex ikunu jistgħu jimxu magħhom. L-istudenti l-ġodda kollha jiġu infurmati b’din ir-regola fl-ewwel ġimgħa li jidħlu fl-Università. L-attendenza għal dan l-istudy unit partikolari ġiet meħuda billi l-istudenti ffirmaw isimhom u l-karti ġew miġbura mill-lecturer fl-aħħar tal-lecture. Ir-rekwiżit tal-attendenza ma kenitx ta’ mija fil-mija; l-istudenti ma setgħux ifallu tliet lectures jew iktar mis-sitt lectures li kienu ntizi biex ikunu ppreparati għal dawn l-assessments, sakemm mhux għal xi raġuni valida.

Wied il-Għajn — ex pixxina nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'titolu għandu l-gvern fuq l-ex Pixxina Nazzjonali f'Wied il-Għajn? F'idejn min qiegħed il-pussess ta' din l-ex Pixxina Nazzjonali preżentament? Jekk kien hemm trasferiment tal-pussess mill-gvern favur terza persuna, x'kundizzjonijiet kien hemm għal tali trasferiment? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv? Min hu s-sid taż-żona prestina li hemm biswit l-ex Pixxina Nazzjonali preżentament, liema żona pristina tibqa' tieħdok sax-Xgħajra? Hemm xi piżijiet/drittijiet reali favur terzi f'din iż-żona?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-proprjeta li fuqa inbniet l-ex Pixxina Nazzjonali f’Wied il-Għajn tinsab fil proċess li tiġi Akkwistata. Il-Pixxina hija mikrija lil M’Scala Sports Club. Dwar it-talba biex kopja tal-kirja titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-Onor. Interpellant japprezza ċertament li dan hu kuntratt ta’ natura personali/privata mhux pubblika. Għalhekk tlabt lid-Dipartiment jitlob il-kunsens tal-inkwilin konċernat biex tali skrittura titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-propjeta’ llum hija amministrata mill-Kunsill Malti Għall-Isport. Rigward iz-zona pristina li hemm biswit l-ex Pixxina Nazzjonali, nikkonferma li din l-art hija art tal-Gvern li bħalissa mhix mikrija.

Żejtun — Triq it-Tempju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34512 u jgħid x'qed iżomm milli tinfetaħ in toto Triq it-Tempju fiż-Żejtun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għadha ma ġietx iffurmata kollha. L-obbligu sabiex tinfetaħ u tiġi ffurmata l-parti tat-triq ta' quddiem id-djar huwa tas-sidien tal-proprjetajiet in kwistjoni.
Leg 11 PQ #34967 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-George Cross

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34559, 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33806.

Mużew Marittimu — soqfa perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-periklu li hemm fis-soqfa tal-Mużew Marittimu ġewx solvuti? X'azzjoni ttieħdet biex jiġu mħarsin il-ħaddiema li jaħdmu hemm?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda saqaf meqjus perikoluż fejn hu aċċessibbli għall- pubbliku u l-ħaddiema. Tul dawn l-aħħar għaxar snin saru xogħolijiet fuq għadd ta’ soqfa u strutturi oħra fil-Mużew Marittimu. Fadal xi soqfa li għad irid isir xogħol fuqhom. Saqaf ta’ sala fuq it-tielet sular irid jinbidel iżda mhux meqjus li huwa wieħed perikoluż. Saqaf ieħor li għandu bżonn jinbidel jinsab f’żona li qabel kienet is-silo tal-fran tal-flotta Ingliża. L-aċċess għal din iż-żona hu magħluq u għalhekk dan is-saqaf ma hu ta’ periklu għal ħadd. Sar program ta’ monitoraġġ ta’ saqaf ieħor u ġie stabbilit li dan m’għandux bżonn jinbidel, iżda hemm bżonn ta’ xi tiswijiet lokalizzati.
Leg 11 PQ #34559 Sitting 476 2012-05-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-George Cross

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandix x’inżid mar-risposta tiegħi għat-tweġiba parlamentari numru 34344.
Leg 11 PQ #34560 Sitting 476 2012-05-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Marsa — Kulleġġ San Ġorġ Preca

Question

Peress li l-iskola tas-subien tal-Marsa tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca li tilqa' tfal li li għandhom sfidi soċjali iktar minn tfal oħra (rata ta' assenteiżmu għoli, sfidi finanzjarji eċċ.) se tingħalaq is-sena d-dieħla u se tiġi trasportata fi skola f'Ħaż-Żebbuġ bil-klassijiet li jifdal (cioè Form 2, 3 u 4 ta' bħalissa), tista' l-Ministru tgħid: a) għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni; b) jekk sarux aċċertamenti dwar jekk l-iskola ta' Ħaż-Żebbuġ hijiex addattata għal dawn it-tfal u jekk għandhiex l-ambjent li jixraq lil dawn l-istudenti u jagħmilx sens li dawn it-tfal bi sfidi soċjali forsi iktar minn oħrajn jintbagħtu f'din l-iskola li ma fihiex spazji miftuħin fejn jilagħbu t-tfal; ċ) għaliex ntgħażlet skola f'Ħaż-Żebbuġ meta l-istudenti ġejjin minn Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Marsa, Belt, Furjana u Pietà u ma ntgħażlitx skola iktar viċin? Ma taħsibx il-Ministru li dan se jżid fl-assenteiżmu ta' dawn l-istudenti li issa jekk jitilfu l-private se jkollhom jaqbdu żewġ rotot biex jaslu; d) għaliex dawn l-istudenti se jintbagħtu fi skejjel oħra meta l-istudenti kollha tal-iskejjel l-oħra kollha li qegħdin phasing out ma ntbagħtux fi skejjel oħra; e) x'se jsir mill-iskola tal-Marsa; u f) hekk huwiex minnu li l-kunsill tal-iskola bagħat ittra lill-Ministru tal-Edukazzjoni fejn talbu li tinbidel id-deċiżjoni u x'kienet ir-risposta tal-Ministru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Saret evalwazzjoni u diskussjoni dwar il-binja tal-Marsa u minn aspett edukattiv l-Edukaturi jemmnu li l-binja tal-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ hija binja fi stat aħjar minn dik tal-Marsa. Wieħed ma jridx jinsa li tul dawn is-snin kien hemm diversi ilmenti mill-għalliema stess dwar il-binja tal-Marsa. L-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ toffri spazji differenti għall-attivitajiet edukattivi diversi u l-edukaturi huma tal-fehma li dawn huma adattati biex joffru edukazzjoni ta’ kwalita’ lit-tfal li ser jmorru fiha. It-tfal se jiġu offruti trasport mil-lokalità tagħhom sa l-iskola u d-Direttorat ma jarax li l-assentei¿mu ji¿died minħabba distanza li hemm bejn il-lokalitajiet u l-iskola. Mhux minnu li dawn l-istudenti ser jintbagħtu f’iskejjel oħra imma kollha ser imorru fl-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ. Għad trid tittieħed deċi¿joni dwar x’ser jiġri mill-iskola tal-Marsa.