Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21770 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — Bulebel

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret fuq l-oqbra storiċi f'Bulebel (Żejtun)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

Żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tagħti elenku xahar b'xahar fl-aħħar sena tal-ammont ta' żgħażagħ ta' bejn it-18 u 23 sena u ta' bejn 24 sa 30 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm hi l-medja ta' kemm iż-żgħażagħ f'kull kategorija jdumu jirreġistraw għax-xogħol qabel isibu mpjieg?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21775 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — kamp tal-patrimonju

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tax-xogħlijiet li saru fil-kamp tal-patrimonju (Heritage) fl-aħħar sena limitatament fejn ix-xogħlijiet kienu finanzjati totalment jew parzjalment minn fondi tal-Unjoni Ewropea? X'kienet l-ispiża u x-share li ħarġet l-Unjoni Ewropea f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

Bejgħ ta' armi lill-Pakistan

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx hemm verità fix-xhieda tal-ex ministru Franċiż Charles Millon li sostna li skont id-DGSE (secret service franċiż) Malta kienet waħda minn numru ta' pajjiżi fejn flus li kienu ġejjin minn illegal kickbacks ta' bejgħ ta' armi lill-Pakistan biex tiġi finanzjata l-kampanja ta' Edouard Balladour ġew depożitati fil-banek tagħhom? X'informazzjoni jista' jagħti l-Ministru dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa konxju ta’ dawn l-allegazzjonijiet u jista’ jikkonferma li qed isiru l-verifiki opportuni mill-awtoritajiet kompetenti.

Twelid ta' trabi mhux l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma t-trabi sena b'sena fl-aħħar għaxar snin li ma twieldux fi sptar jew f'xi istituzzjoni tas-saħħa oħra, jiġifieri twieldu barra mill-ambjent tal-isptar jew xi health centre ieħor?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21741 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwejra — film Game of Thrones - permess għall-ġbid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienet il-persuna jew soċjetà li applikat mal-awtoritajiet kompetenti biex joħroġ il-permess għall-ġbid tal-film Game of Thrones fid-Dwejra? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjonijiet relevanti u kopja tad-deċiżjoni/jiet tal-awtoritarjiet kompetenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba.

ETC — Żgħażagħ li qed jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-ammont ta' żgħażagħ ta' bejn is-17 u l-25 li qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar bejn l-aħħar ta' Jannar 2010 u l-aħħar t'Ottubru 2010 taħt: a) part 1 jiġifieri jirreġistraw u ma jaħdmux u b) part 2 jiġifieri jirreġistraw għax-xogħol imma jaħdmu? Tista' ssir ukoll distinzjoni skont is-sess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għoli tal-ħajja — index

Question

Jista' l-Ministru jindika sena b'sena fl-aħħar għaxar snin l-indiċi (index) uffiċjali ta' kemm għoliet il-ħajja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21668 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

artiklu 6A tal-Kap 319 tal-ligijiet ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu regolamenti mill-2006 sal-lum ai termini tal-Artiklu 6A tal-Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma ħareġ ebda tali regolament mill-2006 sal-lum.
Leg 11 PQ #21692 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Notte Bianca

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21493 u jgħid sena b'sena kemm ġiet tiswa lill-finanzi pubbliċi n-Notte Bianca mill-ewwel edizzjoni tagħha sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21694 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwejra — Film Game of Thrones

Question

Skont ir-rapporti li għandu l-gvern f'idejh, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-impatt ambjentali fuq id-Dwejra wara l-ġbid tal-film Game of Thrones? Jista' jqiegħed fuq il-Medja tal-Kamra dawn ir-rapporti? Min se jġorr ir-responsabbilità għad-deċiżjoni ħażina li ttieħdet? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se tieħu passi kontra l-produtturi ta' dan il-film? X'se jsir mill-garanzija miżera li kienet intabet mill-awtorità li titħallas mill-produtturi tal-film? Kemm-il film ieħor kien inġibed id-Dwejra fl-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21470 Sitting 285 2010-11-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati ta' Malta — preliminary reference

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il preliminary reference kien hemm fil-qrati tagħna lill-qorti tal-Unjoni Ewropea taħt l-artiklu 234 tat-trattat konsolidat tal-Unjoni Ewropea? X'kienu l-ismijiet f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi taħt l-Artiklu msemmi mill-Onor. Interpellant kien hemm preliminary reference waħda quddiem il-qrati lokali li d-dettalji tal-kawża huma s-segwenti:- 1210/2008 RCP, fl-ismijiet: AJD Tuna Limited vs Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd et, Qorti Ċivili Prim'Awla.
Leg 11 PQ #21493 Sitting 285 2010-11-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Notte Bianca

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena kemm ġiet tiswa lill-finanzi pubbliċi n-Notte Bianca mill-ewwel edizzjoni tagħha sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21494 Sitting 285 2010-11-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa lill-kaxxa ta' Malta n-Notte Gozitana sena b'sena mill-ewwel edizzjoni sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21495 Sitting 285 2010-11-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tal-Unjoni Ewropea — laqgħat

Question

Jemmen il-Prim Ministru li qabel kull kunsill tal-Unjoni Ewropea (consilium) u allura f'kull laqgħa tal-ministri tal-Unjoni Ewropea fil-livell ta' kunsill skont id-diversi setturi - affarijiet barranin, agrikoltura eċċ. - u qabel kull kunsill ewropew għandu jkun hemm briefing session mill-Prim Ministru jew ministru konċernat quddiem il-kumitat Parlamentari Malti tal-Affarijiet Barranin u Ewropej una volta li effettivament il-ministru f'dak il-kunsill ikun qed jarroga favur tiegħu mhux poteri esekuttivi biss imma anke leġislattivi (jew biex wieħed ikun iktar preċiż ko-legislattivi fil-maġġoranza tal-każijiet)? Jaħsibx il-Prim Ministru illi għandu jkun hemm iktar trasparenza u pubblicità f'dak li jsir f'din l-istituzzjoni tant importanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, ix-xogħol tal-Parlament Malti huwa msawwar fuq il-Westminister model jiġifieri fejn ir-rowl tal-Parlament huwa wieħed ta’ skrutinju.Huwa għalhekk li jiena nagħmel stqarrijiet ministerjali wara l-Kunsill Ewropew.Il-proposta tal-Onor. Interpellant fil-proċess wiesgħa u kusultativ tal-formulazzjoni tal-posizzjonijiet tal-Gvern Malti li jinvolvi fost oħrajn lill- MEUSAC u lill- Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Fgura — Pjazza Patri Redent Gauci - problema ta' ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21167 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' ilma (nirreferi għal għargħar jew ilmijiet) li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali qatt m’għamel rapport dwar il-problema li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Uffiċjali mid-Direttorat responsabbli se jagħmlu l-investigazzjonijiet neċessarji.

Impjant ta' Sant'Antnin — monitoring rigward il-kwalità tal-arja

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tliet takings ( records) dwar il-monitoring rigward il-kwalità tal-arja tal-viċinanzi tal-Impjant ta' Sant'Antnin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Impjant ta' Sant'Antnin — monitoring rigward il-kwalità tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tliet takings ( records) dwar il-monitoring rigward il-kwalità tal-arja tal-viċinanzi tal-Impjant ta' Sant'Antnin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

kwestjoni fil-Qrati Olandiżi rigward tankers f'Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern in vista tal-proċess kriminali msejjaħ "trafigura ag" fil-Qrati Olandiżi dwar toxic waste li allegatament ġie prodott f'Malta waqt li l-gasoline blending and storage tanker, il-Probo Koala, kien qiegħed fix-xtut tagħna anke meta wieħed iqis li f'Wied il-Għajn (Hurd's Bank) sa ftit jiem ilu kien hemm sorguti 15-il tanker ieħor ta' dan it-tip? Ħass il-ħtieġa l-gvern li jagħmel spezzjonijiet fuq dawn it-tankers? Għandu obbligazzjonijiet il-gvern li jinvestiga ħadmiet ta' toxic waste? X'għamel il-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tankers li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu sorġuti ‘l barra mill-ibħra territorjali Maltin u għaldaqstant ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Transport Malta u tal-Gvern Malti.
Leg 11 PQ #16844 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

segretarji u clerks li talbu li jaqilbu bir-reduced hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet minn segretarji u clerks femminili impjegati ma' kunsilli lokali li talbu li jaqilbu fuq reduced hours wara li kellhom tarbija jew ħarġu pregnant fl-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? F'każ ta' rifjut, kemm minnhom baqgħu jaħdmu u kemm minnhom għażlu li jirriżenjaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.