In vista tal-kritika qawwija u ħarxa minn kulmin hu involut fil-qasam artistiku Malti u Għawdxi li l-proposta tal-Prim Ministru irċeviet għall-bini ta' teatru bla saqaf fis-sit tal-ex Teatru Rjal, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm aġġustament fil-pożizzjoni tal-Gvern fis-sens li t-teatru jiġi roofed u mibni kif xieraq biex ikollna Teatru Nazzjonali kif jixraq lil pajjiż bħal tagħna li pproduċa mużiċisti ta' klassi mondjali? Jekk le, x'inhi r-raġuni li l-Prim Ministru qed jibqa' għaddej fi triq li qed tiġi radikalment ikkritikata minn kulmin jifhem fis-settur artistiku, inkluż l-aqwa kantanti liriċi Maltin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux ir-rwol tal-Gvern li jindaħal fid-deċiżjonijiet artistiċi u arkitettoniċi tal-Perit Renzo Pianio.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-pjani ta' Sir Cameron dwar it-titjib ta' parti minn Dar il-Mediterran?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li wara li l-Gvern irċieva l-proposti mressqa minn Sir Cameron Mackintosh beda l-proċess ta’ diskussjonijiet ma’ diversi persuni kkonċernati. Sal-lum għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar dan il-proġett biss il-Gvern permezz tal-Bord ta’ tmexxija ta’ Dar il-Mediterran qiegħed jaħdem sabiex jakkwista l-proprjetajiet li hemm kontigwi ma’ Dar il-Mediterran u li jistgħu jiffurmaw parti minn dan il-proġett ieħor fuq binarji simili fil-futur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni għal talbiet minn għadd ta' Għawdxin għal ħolqien ta' link permanenti bejn Malta u Għawdex? X'inhi l-fehma uffiċjali dwar dan is-suġġett li fl-aħħar jiem kien fil-ġurnal The Times? Is-suġġerimenti ta' l-Onor. Said jirrispekkjaw il-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern huwa kommess li aċċessibiltà bejn Malta u Għawdex tkun l-aħjar waħda possibli.L-istudju li ser issir dwar l-aħħar proposta għandhu jgħin biex il-gvern jieħu pożizzjoni dwarha.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-wegħda li fi Strada Merkanti l-belt se jitqegħed street furniture u jingħata permess biex l-istabbilimenti tal-catering iqegħdu mwejjed u siġġijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proġett tal-istreet furniture ta' Triq il-Merkanti jiġi attwat hekk kif jinħareg il-permess mill-MEPA. L-applikazzjoni lill-MEPA saret fil-bidu tal-2010 mill-Uffiċju tal-Proġetti ta' Riabilitazzjoni. Sadanittant inħargu ukoll is-sejħiet għall-offerti biex jiġu manifatturati l-istreet furniture.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iskejjel kollha primarji tal-gvern hux qed jitqassam is-servizz tal-ħalib b'xejn lill-istudenti kollha u jekk kienx hemm attentati mill-awtoritajiet skolastiċi biex dan is-servizz jieqaf minħabba nuqqas ta' fondi? B'mod speċifiku, x'inhi s-sitwazzjoni fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa? Huwa vera li t-twaqqif ta' dan is-servizz hu marbut ma' nuqqas ta' fondi? Kemm jiswa lill-Gvern is-servizz ta' tqassim ta' ħalib b'xejn lill-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-gvern fil-livell primarju? Hemm xi għajnuna mill-Unjoni Ewropea f'dan is-settur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ta’ kull sena, id-Dipartiment għall-Servizzi tal-Istudenti joħroġ ċirkulari fejn jistieden lill-iskejjel kollha statali, tal-Knisja jew Indipendenti sabiex japplikaw għallEU School Milk Subsidy Scheme. Din l-iskema tipprovdi lil dawk l-iskejjel li japplikaw b’sussidju fuq in-nefqa li jagħmlu biex jipprovdu ħalib frisk b’xejn lill-istudenti tagħhom. Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bħala il-‘Paying Agents’.
Sabiex jitħajru aktar skejjel jipparteċipaw f’din l-iskema, speċjalment dawk sekondarji, sussidju qed jingħata ukoll fuq
‘yoghurts’
li jiġu ipprovduti fl-iskejjel.
Id-dokument HELP, maħruġ mid-Direttorat għall-Servizzi Edukattivi, iħeġġeġ li kull tifel u tifla jieħdu mill-anqas 250ml ta’ ħalib frisk kuljum. Dan huwa l-istess ammont illi l-Kummissjoni Ewropeja tikkunsidra bħala eliġibli għas-sussidju fuq l-EU School Milk Subsidy Scheme
.
Hemm skejjel li jiddeċidu li l-ispiża fuq it-tqassim tal-ħalib frisk mhix waħda ġustifikata peress li t-tfal li jagħmlu użu minn dan is-servizz huma ftit u għalhekk jagħżlu li jutilizzaw il-fondi tagħhom fuq servizzi jew faċilitajiet oħra.
Tista' l-Ministru tikkonferma li se joħorġu promotions għall-general hand mal-Ministeru tagħha? Kemm ilhom ma joħorġu dawn il-promotions?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li sejħiet għall-general hand jinħarġu minn żmien għal żmien, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, u jkunu miftuħa għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku kollu, u mhumiex għalhekk ristretti għal vakanzi li jseħħu f’dan il-Ministeru.
Infurmat li għalkemm l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Ministeru tal-Edukazzjoni f’dan ir-rigward ħarġet fid-29 ta’ April 2004 kien hemm bosta sejħiet oħra mifruxa fis-Servizz Pubbliku li impjegati fil-grad ta’
general hand
kienu eligibbli japplikaw għalihom.
skema ta' għajnuna għal twaħħil ta' photovoltaic panels — applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm ċittadini li applikaw għall-iskema ta' għajnuna għal twaħħil ta' photovoltaic panels fuq il-bjut tagħhom li għad ma kellhomx l-applikazzjoni tagħhom approvata? Kemm jammontaw dawn iċ-ċittadini? Għaliex? In oltre, għaliex uħud mill-applikanti intalbu informazzjoni ta' natura finanzjarja da parti tal-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta dwar l-inverters? Għaliex din l-informazzjoni ntalbet lill-applikanti u mhux lis-supplier/s? Għaliex iddaħħlet twissija fl-ittri relattivi li jekk ma jkunx hemm tweġiba sa 15-il ġurnata l-applikazzjoni tiġi arkivjata, jiġifieri mwaqqfa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm 183 ċittadini li applikaw għall-iskema ta' għajnuna għal twaħħil ta' photovoltaic panels fuq il-bjut tagħhom u li għad ma kellhomx l-applikazzjoni tagħhom approvata. L-applikazzjonijiet ta' dawn ma kienux approvati għax ma jikkwalifikawx skont il-linji gwida tal-iskema. Raġuni fost oħrajn kienet li s-sistema ma kenitx teknikament korretta peress li l-inverter ma kienx imqabbel sewwa mal-pannelli kif ipprovdut fil-linji gwida. F'dan il-każ, l-applikant intalab juri li s-sistema hi effiċjenti daqs waħda mqabbla (matched) u ntalab ukoll jagħti d-differenza fil-prezz bejn inverter imqabbel u l-inverter magħżul. L-MRA għamlet kuntatt mal-applikant peress li kien l-applikant li applika għall-għotja, mhux is-supplier. It-twissija li saret fl-ittri relattivi kienet intenzjonata biex l-applikant jagħti risposta fi żmien 15-il ġurnata biex il-proċess ma jitwalx bla bżonn. Wieħed irid japprezza li qed nitkellmu fuq skema minn fondi Ewropej li tiġi awditjata biex ikun żgur li l-applikanti mxew sew mal-linji gwida.
Skola Primarja ta' Ħal Għaxaq — Transfers tal-Għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm transfers minn għalliema fl-aħħar sentejn fl-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq? Kemm kien hemm tfal li marru fi skejjel oħra mill-istess skola fl-aħħar sentejn? Kemm kienu l-għalliema peripatetic li talbu li ma jaqdux dmirijiethom fl-istess skola u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar sentejn kien hemm żewġ għalliema li ċċaqalqu mill-iskola Primarja ta’ Ħal-Għaxaq.
F’dawn l-aħħar sentejn kien hemm 8 studenti li marru fi skejjel oħra.
Ma kienx hemm għalliema
peripatetic
li talbu li ma jaqdux dmirijiethom fl-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum kemm tħallas, jiġifieri xi dħul daħħal hu, mill-istat Malti:
a) bħala salarju tiegħu fil-kariga ta' Ministru tal-Kabinett; u
b) bħala l-onorarja tiegħu qua Membru tal-Kamra tar-Rappreżentati?
Jista' jiddikjara minn liema vot saru l-ħlasijiet rispettivi? Jista' jiddikjara xi dħul ieħor għandu, okkorrendo, bħala allowances?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant l-informażżjoni mitluba hija segwenti:
2008 Dħul nett ta' € 49,298
Derivanti minn slarju bażiku ta' € 37,625 (gross), onorarju € 19,487 (gross) u € 11,190
(gross)
allowances
u
bonus
2009 Dħul nett ta' € 53,016
Derivanti minn slarju bażiku ta' € 39,999 (gross) onorarju € 25,453 (gross) u € 10,000
(gross)
allowances
u
bonus
2010 Dħul nett ta' € 55,382
Derivanti minn salrju bażiku ta € 42,000 (gross), onorarju € 26,728 (gross) u €10,412
(gross)
allowances
u
bonus
Il-ħlas tas-salarju sar minn vot 1110,
allowance
u onorarju minn vot 1610 u
bonus
minn vot 1310.
Jista' l-Ministru, in vista tar-revizjoni tas-salarji jew onorarji tal-Membri Parlamentari li hu ħabbar f'risposta tal-mistoqsija parlamentari 21691 nhar is-7 ta' Dicembru 2010, jinforma lill-Parlament kemm se jkun il-ħlas jew/u onorarja li hu intitolat għalih l-Onor. David Agius fil-kariga tiegħu ta' Assistent Parlamentari, Whip tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista u bħala Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti? X'allowances hu ntitolat għalihom? Kemm hu l-ammont globali ta' ħlas li għandu dritt għalih l-Onor. David Agius b'lura b'seħħ mill-2008 tenut kont dawn id-diversi karigi, inkluż l-allowances?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Mr Speaker.
Salarji u Onorarji ta' Ministru u Membri Parlamentari
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma lill-Kamra b'liema strument legali ddaħħlet fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kabinett meħuda fil-5 ta’ Mejju 2008 fejn fiha, skont ma ingħad fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21691, ġie deċiż li l-Prim Ministru, il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari, l-Ispeaker u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitħallsu - kif ilhom jitħallsu sa mit-12 ta' Marzu 2008 - apparti s-salarju ta' Ministru, l-Onorarja li titħallas lill-membri parlamentari?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li deċiżżjonijiet ta' dan it-tip jittieħdu mill-Kabinett u jiġu implimentati mill-Ministeru tal-Finanzi.
salarji u onorarji tal-Ministru u membri parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra b'liema strument legali ddaħħlet fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kabinett meħuda fil-5 ta’ Mejju 2008 fejn fiha, skont ma ingħad fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21691, ġie deċiż li l-Prim Ministru, il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari, l-Ispeaker u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitħallsu - kif ilhom jitħallsu sa mit-12 ta' Marzu 2008 - apparti s-salarju ta' Ministru, l-Onorarja li titħallas lill-membri parlamentari?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-deċiżjonijiet ta’ dan it-tip jittieħdu mill-Eżekuttiv, il-Kabinett f’dan il-każ, kif jiġri f’kull reviżjoni ta’ salarji.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-Karnival ta' Malta li se jsir ftit ġranet oħra ? Għaliex dan ma jinstabx fuq l-internet meta qegħdin proprju lejliet il-karnival?
Jista' l-Ministru jgħid jekk rigward ir-restaurant, kċina u l-bar tad-Dragonara Casino ingħatax permess li dawn jingħataw f'idejn operatur li m'għandux x'jaqsam mal-casino? Tenut kont tal-fatt li r-restaurant minn mindu fetaħ il-casino, dejjem tmexxa mill-kumpanija li tkun qed tmexxi l-istess casino, u r-restaurant minn dejjem kien complimentary għal gaming, jista' l-Ministru jikkonferma jekk di fatti kienx hemm bidla f'dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond il-ftehim li ġie ffirmat fit-30 ta’ Ġunju 2010 mal-operatur il-ġdid Dragonara Gaming Ltd (DGL), it-tmexxija tan-negozju (li huwa ta’ casino u stabbiliment tal-logħob b’faċilitajiet anċillari li jinkludu ‘catering’, ‘entertainment’ u attivitajiet oħra relatati ma’ casino u suġġetti li jinġiebu l-permessi meħtieġa) tħalla f’idejn l-operatur. Dan bil-kundizzjoni li Dragonara Gaming Ltd topera fi ħdan l-istabbiliment bl-akbar mod diliġenti u effiċjenti u billi tuża l-aħjar ġudizzju, abiltajiet u sforzi biex tkompli ttejjeb ir-reputazzjoni tal-post u li tħares li ma jsir xejn kontra l-liġi fl-istabbiliment.
Barra min hekk, fir-rigward tal-faċiltiiajiet anċillari ta’ ‘catering’ u ‘entertainment’, Dragonara Gaming Ltd intitolata li tqabbad terza persuna kompetenti biex topera dawn il-faċilitajiet, mbasta ġġib l-ewwel l-approvazzjoni bil-miktub ta’ Casma Ltd. Fil-każ li din l-approvazzjoni tingħata, Dragonara Gaming Ltd xorta waħda tibqa’ suġġetta għad-danni f’każ li tonqos mill-obbligazzjonijiet tagħha lejn Casma Ltd fit-terminia tal-liġi u tal-konċessjoni.
Sa llum ma saret l-ebda talba lil Casma Ltd għal permess biex xi faċilitajiet jiġu operati minn terzi persuni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se tneħħi t-trab iswed ta' grit blasting li nstab f'Wied Blandun, fil-Fgura? Għaliex dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li din l-issue ser tiġi studjata mad-Dipartiment tal-Artijiet u entitajiet oħra kkonċernati għaliex tinvolvi studju qabel tittieħed deċiżjoni fuq x’għandu jsir fuq dan is-sit.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret fuq l-oqbra storiċi f'Bulebel (Żejtun)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-qobra storiċi fiż-żona ta’ Bulebel (Zejtun) instabu waqt xogħol ta’ żvilupp fis-sena 2008. Dan l-żvilupp kien qed isir biex jinbena sptar privat, skont il-permess numru PA3472/07. Dan il-permess kien biss għat-twaqqigħ tal-bini eżistenti u tqattiegħ tal-blatt għall-pedamenti.
Skont il-permes tal-MEPA, dan l-iżvilup kien f’żona ta’ potenzjal arkeoloġiku. Għal din ir-raġuni ix-xogħol ta’ kostruzzjoni kien qed jiġi sorveljat minn arkeologu f’isem is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Waqt dan ix-xogħol ta’ sorveljanza arkeoloġika instabu 13-il qabar ta’ epoka Punika u dik Rumana.
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali irrakkomandat li dan is-sit estensiv ta’ valur arkeoloġiku ikun protett.
Is-Sovrintendenza rrakkomandat wkoll li l-binja tal-isptar tkun spustjata, sabiex is-sit arkeoloġiku jiġi protett.
Il-MEPA ħarġet Ordni ta’ Konservazzjoni Ta’ Emergenza fuq dan is-sit arkeoloġiku ġdid.
F’Diċembru tal-2008 saret laqgħa bejn uffiċjali tal-MEPA, tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u mall-iżviluppatur fejn kien deċiż li l-isptar tkun spustjata għal post ieħor dejjem fl-istess propjeta.
Il-post il-ġdid kellu jiġi investigat arkeoloġikament qabel ma’ jinħareġ permess ġdid mill-MEPA.
Sal-preżent dawn l-investigazjonijiet arkeoloġiċi f’Bulebel għadhom ma’ sarux minħabba li l-iżviluppatur ma jixtieqx ikopri l-ispejjeż ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-kotba tal-awtur Malti magħtuf Mario Azzopardi ġew ċensurati mill-iskejjel sekondarji? Xi kriterji jintużaw f'deċiżjonijiet bħal dawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kotba ta’ Mario Azzopardi, bħal kull ktieb ieħor ippubblikat jiġu ikklassifikati fuq il-bażi ta’ tlett kriterji li jinsabu fil-Manual for School Librarians stampat mid-Dipartiment Servizzi għall-Istudenti fl-2006, kif ukoll ċirkularijiet li ħarġu wara.
Il-kriterji li jintużaw s’issa f’deċiżjonijiet bħal dawn huma:
- jekk il-ktieb hux adattat għall-età tal-istudenti;
- jekk il-ktieb hux adaddat għas-sess maskil jew femminil tal-istudenti; u
- jekk il-ktieb hux adattat bħala suġġett li jkun fi skola.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern għal darb'oħra reġa' għadda avviż legali ftit tal-jiem ilu li bis-saħħa tiegħu implimenta fictio iuris li bis-saħħa tagħha, l-ID Cards skaduti ġew resi validi sal-aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena? Jaħsibx li miżura bħal din m'għandhiex mis-sewwa tenut kont id-dettal kbir li jidħlu fih kemm il-Kostituzzjoni tagħna (Kapitlu 6) u l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali biex jassiguraw proċess elettorali trasparenti u nadif?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, billi l-avviż legali preċedenti rigward il-validita’ tal-karti tal-identita’ (A.L. 28/2010) stabbilixxa l-31 ta’ Diċembru, 2010, bħala d-data estiża tal-validita’ tal-karti tal-identita’ li skadew u billi l-proċess tal-bdil ġenerali għall-karti tal-identita’ l-ġodda mistenni jibda fl-aħħar kwart ta’ din is-sena u mistenni jieħu ċirka tnax-il xahar, ħareġ l-avviż legali indikat (A.L. 1/2011) li l-iskop tiegħu hu biss li jissana l-validita’ ta’ karti tal-identita’ li jiskadu qabel l-aħħar ta’ din is-sena, billi jawtorizza il-validita’ tagħhom sal-31 ta’ Diċembru, 2011.