Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23434 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Proposta ta' link permanenti bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tagħha dwar il-proposta ta' link permanenti bejn Malta u Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dan il-gvern dejjem jaħdem favur it-tisħiħ tal-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer. Għalhekk il-gvern se jagħmel studju dwar il-vijabilità tal-mina li tgħaqqad iż-żewġ gżejjer.

Għalliema — problemi ta' saħħa - a light teaching load

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema li jinsabu fuq a light teaching load in vista ta' problemi ta' saħħa? Kemm huma dawn l-għalliema? Fejn jgħallmu dawn l-għalliema? X'suġġetti jgħallmu? X'inhi t-teaching load tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23438 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Allokazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra tar-Rappreżentanti xi flus se jkunu ivvotati u jagħti breakdown dettaljat ta' kif inhu stmat li se jintnefqu l-allokazzjonijiet finanzjarji rispettivi fil-konfront ta' dawn l-entitajiet li l-kompozizzjoni ġdida tagħhom ġiet imħabbra ftit tal-jiem ilu: a) il-Bord tat-Teatru Manoel; b) il-Bord ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi; ċ) il-Bord tat-Teatru Apert; d) il-Bord tal-Orkestra Filarmonika; e) il-Bord taċ-Ċentru tal-Kreattività; u f) il-Bord għat-Teatri Nazzjonali? Minn liema voti baġetarji se joħorġu dawn l-allokazzjonijiet finanzjarji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Majda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar il-Bord taċ-Ċentru tal-Kreattività għad trid tiġi approvata mill-istess Bord u għalhekk mhux qed tiġi nkluża fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23439 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kapijiet Eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rapprezentanti min hu l-Kap Eżekuttiv jew min hu l-persuna li għandha l-kariga ekwivalenti għal Kap Eżekuttiv tas-segwenti entitajiet: a) it-Teatru Manoel; b) Dar il-Mediterran għall-Konferenzi; ċ) it-Teatru Apert; d) l-Orkestra Filarmonika; e) iċ-Ċentru tal-Kreattività Jista' jispjega x'ħidma se jkun qed iwettaq il-Bord tat-Teatru Apert u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat- terms of reference ta' dan il-Bord il-ġdid? Meta ġie deċiż li jkun hemm dan il-Bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija rigward il-Kap Eżekuttiv jew l-ekwivalenti, dawn l-entitajiet huma mmexxija hekk: Is-Sur Ray Attard jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv (CEO) għat-Teatru Manoel u d-Dar tal-Mediterran. Is-Sur Chris Muscat jokkupa l-kariga ta’ General Manager - Artistic Operations għall-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Is-Sur Chris Gatt jokkupa l-kariga ta’ General Manager għaċ-Ċentru tal-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, filwaqt li ma teżistix entità li tmexxi t-Teatru Apert. *Vide PL 6611 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 1 ta' Marzu 2011 f'Seduta 320
Leg 11 PQ #23440 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħidma bejn il-Bord għat-Teatri Nazzjonali u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif se ssir il-ħidma bejn il-Bord għat-Teatri Nazzjonali u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti? Għaliex ġie preferut il-mudell ta' Bord ad hoc minflok ma jkun hemm struttura fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li tikkordina l-ħidma tat-teatri tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Bord għat-Teatri Nazzjonali ser ikun responsabbli mill-koordinazzjoni ta’ ħidma tat-teatri fost affarijiet oħra. Dan ix-xogħol jirrikjedi attenzjoni ffukata speċjalment fit-tħaddim ta’ riżorsi. Għalhekk ġie deċiż li titwaqqaf struttura li tiġbor fiha ċ-Chairpersons tal-entitajiet kollha biex dawn jikkoordinaw il-ħidma tagħhom. Dan il-Bord irid igħin ukoll biex jitwettqu l-għanijiet tal-Politika Kulturali Nazzjonali. Għalhekk hu essenzjali li dan il-Bord jaħdem id f’id mar-regolatur ta’ dan is-settur, jiġifieri l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it- terms of reference ta’ dan il-Bord.

Ftehim fuq l-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti xi ftehim għandu pajjiżna maċ-Ċina fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija?

Response (BORG, TONIO)

Malta għandha Ftehim fuq Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija maċ-Ċina. Dan il-ftehim ġie ffirmat fil-31 ta' Ottubru 2002 u daħal fis-seħħ fis-6 ta' Ġunju 2003. Il-validità ta' dan il-Ftehim ġiet awtomatikament estiża għal ħames snin oħra fis-sena 2008 biex b'hekk għandu jibqa' fis-seħħ sal-2013.

rifjut ta' Visa u friżar ta' assi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'pożizzjoni ħa jew se jieħu l-Gvern Malti fil-konfront ta' talbiet minn għadd ta' diplomatiċi fuq livell Ewropew li jridu li jittieħdu miżuri punittivi bħar-rifjut ta' Visa u friżar ta' assi fuq l-ex President Tuneżin Zine el Abidine Ben Ali u l-familja tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nhar it-Tnejn 31 ta' Jannar 2011, fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, jien flimkien ma' sħabi l-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi membri tal-Unjoni, fost affarijiet oħra, iddiskutejna dak li qiegħed jiġri fit-Tuneżija fejn permezz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill "Council Conclusions" tennejna l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tagħti l-apppoġġ tagħha għal tranżizjoni demokratika fit-Tuneżija b'mod partikolari fit-tħejjija għall-Elezzjonijiet Ġenerali. Ħsibna li nadottaw ukoll miżuri restrittivi sabiex biex ikunu ffriżati l-assi ta' dawk il-persuni li immiżappropjaw fondi pubbliċi Tuneżini. Meta dawn il-miżuri restrittivi ikunu ppubblikati bħala Regolament tal-Unjoni, ikunu jorbtu ukoll lil Malta u jiffurmaw parti mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiżna. Dwar il-miżuri punittivi, bħaċ-ċaħda għal hruġ ta' viża, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iStati Membri taż-żona Schengen għadhom ma ħadu l-ebda pożizzjoni għall-eventwalità ta' applikazzjonijiet għal ħruġ ta' viżi lill-ex-President Tuneżin u l-familjari tiegħu.

Użu tal-karta riċiklata

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu inizjattivi biex il-karta riċiklata tiġi b'xi mod inċentivata biex b'hekk inkabbru l-użu tal-karta riċiklata fuq il-karti normali, partikolarment meta wieħed iqis li l-karta riċiklata hi ferm u ferm ogħla mill-karta normali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dan is-suġġeriment qed jiġi diskuss fl-ambitu ta’inizjattivi oħra f’dan il-qasam . Nittama li l-Onor Interpellant jifhem ukoll li l-flus għal sussidji ma jaqgħux mis-sema u li l-ħarsien tal-ambjent jitlob investiment kostanti nkluż f’impjanti ta’immaniġjar tal-iskart, fejn tispiċċa finalment ukoll il-karta riċiklata.
Leg 11 PQ #23373 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pussess ta' oġġetti ta' valur storiku jew patrimonjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'oġġetti ta' valur storiku jew patrimonjali li jinsabu fil-pussess ta' pajjiżi esteri li però l-Gvern jemmen li għandhom ikunu fil-pussess tagħna ġew uffiċjalment mitluba li jigu ritornati lura f'pajjiżna? Bl-istess mod, hemm xi oġġetti storiċi jew patrimonjali li jinsabu fil-pussess tagħna li ġew mitluba minn xi pajjiżi esteri biex jgħaddu fil-pussess ta' xi pajjiż esteru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma jirriżultax li l-Gvern ta’ Malta qatt irċieva xi talba biex ikunu ritornati xi oġġetti storiċi li forsi oriġinaw minnhom u li forsi jinsabu Malta. Jien infurmat li m’hemm l-ebda talba simili min-naħa tal-Gvern ta’ Malta. Wieħed jista’ b’mod ġenerali jesprimi opinjonijiet dwar xi oġġett partikulari li jaħseb li jkun aktar floku li tali oġġett ikun Malta. Iżda deċiżjoni bħal din trid tittieħed abażi ta’ studji storiċi u legali profondi li jieħdu inkonsiderazzjoni l-liġijiet nazzjonali u internazzjonali li jirregolaw tali ċaqliq ta’ oġġetti storiċi.

European Research Area

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament x'qed jagħmel pajjiżna sabiex aħna nipparteċipaw bl-aħjar manjiera fil-European Research Area? Stante li hu prospettat li fis-summit tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' Frar 2011 il-European Research Area tiġi kompletata, kif se jara l-Gvern li din il-European Research Area tgħin bl-aħjar mod lir-riċerkaturi tagħna? Min se tkun l-aġenzija nazzjonali li se taħdem fil-kuntest ta' dan il-proġett? Xi flus se joħroġ pajjiżna għat-twaqqif ta' din l-area? X'benefiċċji wieħed jipprospetta li jkollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Prim Ministru.

First Degree — għajnuna finanzjarja għall-korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il student Malti u Għawdxi li għamlu korsijiet li jwasslu għal first degree universitarju f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea f'suġġett li mhux offrut f'Malta, ingħataw għajnuna finanzjarja? Kemm b'kollox ammontat din l-għajnuna sena b'sena mill-2008 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

statistika tal-early school leavers

Question

Tista' l-Ministru tagħti spjega ta' x'jikkostitwixxi early school leaver għal finijiet ta' statistika? Kif evolviet id-definizzjoni ta' early school leaver għal finijiet statistiċi fl-aħħar snin, okkorrendo?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-definizjoni tal-Eurostat għal early school leaver tirreferi għall-etajiet ta’ bejn 18 u 24 li ma komplewx l-istudji jew xi taħriġ wara l-iskola obbligatorja.

studenti li ma komplewx l-istudji tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena mill-2000 sa l-2010 kemm kien in-numru ta' studenti li malli laħqu l-età obbligatorja ta' studji ma komplewx l-istudji tagħhom f'xi istituzzjoni oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-ċifra ta’ studenti ta’ 17-il sena li ma kienux irreġistrati fl-istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji skont il-Eurostat. 2000 54.2% 2001 54.4% 2002 53.2% 2003 49.9% 2004 42.1% 2005 38.9% 2006 39.9% 2007 38.3% 2008 39% 2009 36.8%

National Research and Innovation programs — nies li gawdew

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament kemm gawdew persuni jew entitajiet min-National Research and Innovation Programs sena b'sena mill-2004 sal-lum? F'liema oqsma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għas-sena li ninsabu fiha (2011) u għas-snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.

European Innovation Scoreboard — post Malta fil-qasam tal-innovazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema post tinsab Malta b'mod ġenerali (SII) meta komparata mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej fil-qasam tal-innovazzjoni skont l-aħħar European Innovation Scoreboard (EIS)? X'miri għandu l-gvern biex itejjeb dawn ir-riżultati u x'timeframes qed ipoġġi quddiemu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.

Foreign Direct Investment

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm Malta gawdiet minn Foreign Direct Investment? Minn liema setturi prinċipali kien ġej dan l-FDI f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Riklami fuq il-kuntratti tal-BWSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22171 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm swew ir-riklami fil-ġurnali intitolati "the truth prevails BWSC contract"? Fejn dehru? F'liema ġurnali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru W185.

Università — stipendji tal-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sistema tal-istipendji għall-istudenti tal-Università hijiex se tibqa' fis-seħħ jew inkella hijiex se tinbidel? Jekk se tinbidel, kif se tiġi? Xi studji għandu l-gvern dwar dan il-fatt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sistema ta’ kif l-Università ta’ Malta tirċievi l-fondi tagħha għandha tiġi riveduta tul din is-sena. Jista’ jkun li f’din ir-revizzjoni wieħed iħares lejn mudelli differenti u mhux eskluż li ma jkunx hemm ukoll reviżjoni ġdida ta’ kif l-istipendji preżenti jaslu għand l-istudenti. B’dan l-ebda mod ma jfisser li l-istudenti jieħdu anqas minn dak li qegħdin jieħdu llum fl-edukazzjoni terzjarja tagħhom. Għadu kmieni wisq biex tingħata tweġiba għaż-żewġ mistoqsijiet l-oħra.

Taxxa tad-dħul — foreign natural persons

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ammont ta' nies barranin (foreign natural persons) li jgawdu minn skemi vantaġġjużi tat-taxxa tad-dħul in vista tal-mezzi vasti tagħhom skont kif irid l-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul? Minn liema pajjiżi ġejjin? Kemm ħallsu taxxa b'kollox is-sena li għadha kemm spiċċat? Kemm minnhom huma nies ta' fama li ġejjin mid-dinja sportiva jew mid-dinja tal-ispettaklu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi nifhem li l-kategorija ta’ nies li qed jirreferi għaliha, hija dik li tirreferi għal dawk l-individwi barranin taħt il-Permanent Residents Scheme. In-numru tagħhom illum huwa 833. Il-pajjiż li ġejjin minnu hu indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ammont ta’ taxxa li dawn il-persuni ħallsu fis-sena bażi 2010 hu ta’ €5,307,691 imma din is-somma mhijiex finali għax il-formola tagħhom għad trid tiġi sottomessa f’Ġunju li ġej. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari dwar kemm minnhom ġejjin mid-dinja sportiva jew tal-ispettaklu, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni m’għandux din it-tip ta’ informazzjoni.