Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transfers ta' għalliema u staff

Question

Quddiem il-fatt li ngħalaq iż-żmien tat-transfers ta' għalliema u staff mill-iskejjel, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema u membri tal-istaff li talbu li jieħdu trasferiment mill-Kulleġġ San Benedittu? Kemm kienu t-trasferimenti skola bi skola f'dan il-kulleġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm żewġ skrivani part-time li talbu li jieħdu trasferiment mill-Kulleġġ San Benedittu. Minn dawn waħda kienet mill-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq. It-talba għat-trasferimenti mill-għalliema hija għas-sena skolastika li ġejja u din għalqet l-ġimgħa 25 ta’ Frar 2011.
Leg 11 PQ #24075 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20997 u 20726 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-Environmental Planning Statement (EPS) u l-Environmental Impact Assessment (EIA) indikati fir-risposta tal- mistoqsija parlamentari 20342?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- Environmental Planning Statement (EPS)

Impjant ta' Sant'Antnin — monitoring rigward il-kwalità tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21387 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tliet takings ( records) dwar il-monitoring rigward il-kwalità tal-arja tal-viċinanzi tal-Impjant ta' Sant'Antnin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapporti tal-aħħar 3 sessjonijiet ta’ dan il-moniteraġġ (Sant Antnin Plant – Monitoring - Dok A).

Malta Enterprize — studji mill-MISCO

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha li għamlet il-MISCO għall-Malta Enterprise fl-2008, 2009 u 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli illi fil-perjodu 2008-2010 il-Malta Enterprise ikkummissjonat studju wieħed lil MISCO bl-isem ta’ “Overview of tertiary education sector” ta’ 4 pajjiżi. Kopja tar-rapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — ħinijiet tal-korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tispjega għaliex studenti li jsegwu l-kors tagħhom full-time ġewwa l-MCAST għandhom ġuranta skolastika itwal (8:00am-6:30pm) minn studenti li jattendu korsijiet full-time fi skejjel oħra (8:00am - 4:30pm)? Huwa veru li hemm nuqqas kbir ta' għalliema mħarrġa sabiex jgħallmu s-suġġetti tal-Business u l-IT ġewwa l-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Huwa biss f’istitut wieħed li hemm xi lekċers ta’ full day courses li qed isiru wara l-4.30p.m. u li jispiċċaw sas-6.30 p.m. Dan isir minħabba l-esiġenzi ta’ suġġetti li jitolbu l-preżenza ta’ membri tal-istaff akkademiku li ma jkunx disponibbli matul sigħat aktar kmieni minħabba fix-xogħol ewlieni tagħhom. L-intervisti għal għalliem/a ġdid/a tal- Business saru u l-kandidat li ġie l-ewwel diġa’ ġie kkuntatjat u qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex dan jibda mingħajr dewmien. Rigward l-IT, ġiet iffissata d-data għall-intervisti u huwa ttamat li l-vakanzi kollha jistgħu jimtlew mill-aktar fis.
Leg 11 PQ #20996 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wastserv — family park ħdejn l-impjant ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20772 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20342, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra: a) min kienet il-kumpanija li għamlet l-istudju Environmental Planning Statement (EPS); b) meta kien konkluż l-istudju; ċ) jekk saritx konsultazzjoni u ma' min saret; d) jekk xi kunsill/i ingħatax rapport EPS u fil-każ meta; u e) x'kienet ir-reazzjoni tal-kunsill/i, jekk kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li : a) L-Environmental Planning Statement (EPS) għall-iżvilupp tal-Family Park ta' Marsaskala hekk kif irreferut f'mistoqsija parlamentari 20342, ġie ikkoordinat mill-ADI Associates. b) L-Environmental Planning Statement (EPS) ġie iċċertifikat skont l-avviż legali 114 tal-2007 fid-29 ta' April 2009. c) Saru tlett fażijiet ta' konsultazzjoni: • Fit-30 ta' Ottubru - 20 ta' Novembru 2006: waqt li ġew ifformolati it- Terms of Reference għall-EPS fejn il- Project Description Statement kien imqassam għall-pubbliku, għall-entitajiet tal-gvern (li jinkludu l-Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi, Din l-Art Ħelwa, Dipartiment ta' l-Agrikultura, Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, Kummissjoni Ambjent, Superintendenza għall-Wirt Kulturali u n- Nature Group ), u għall-kunsilli lokali (Marsaskala, Ħaż-Żabbar u Żejtun); • Fit - 2 ta' Marzu - 1 ta' April 2009: L-ewwel draft tal-EPS kien imqassam lill-istess kunsilli lokali u entitajiet ghall-konsultazzjoni. • Fl-10 ta' Mejju - 26 ta' Mejju 2009: L-EPS iċċertifikat skont ir-regolamenti tal-EIA u kien mqassam lill-pubbliku waqt dan il-perjodu. d) L-EPS kien imqassam lil kunsilli lokali ta' Marsaskala, Ħaż-Żabbar u Żejtun fid-29 ta' Frar 2009. e) L-ebda kunsill lokali ma kien għadda kummenti fuq l-EPS waqt din il-konsultazzjoni.
Leg 11 PQ #23048 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karnival ta' Malta — programm

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-Karnival ta' Malta li se jsir ftit ġranet oħra ? Għaliex dan ma jinstabx fuq l-internet meta qegħdin proprju lejliet il-karnival?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-programm uffiċjali tal-attivitajiet tal-Karnival 2011 ser jiġu mħabbra mill-Kunsill f’Konferenza għall-Istampa. Din se ssir fi żmien ftit qabel il-Karnival kif ġeneralment isir.

Foreign Direct Investment

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm Malta gawdiet minn Foreign Direct Investment? Minn liema setturi prinċipali kien ġej dan l-FDI f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23624.
Leg 11 PQ #23705 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — bini ta' grawnd tal-futbol f'Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament anke bil-produzzjoni ta' site plan fejn f'Wied il-Għajn skont il-pjani tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jista' jinbena grawnd tal-futbol biex jiġi gawdut mil-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta' Malta (2006) kif approvat jidentifika sit li jinsab fi Triq Sant'Antnin għall-użu ta' faċilitajiet informali għar-rikreazzjoni inkluż sport. Dan is-sit huwa indikat fil-Mappa MS1 (kaxxi bojod u bordura ħadra) u jsegwi Policy SMMS 09. Din il-Policy tindika numru ta' użi għal dan is-sit, fosthom il-possibilita' ta' żvilupp ta' grawnd tal-futbol. Wied il-Għajn hu mdawwar b'diversi żoni ta' importanza ambjentali li jirrestrin[u żvilupp ta' dan it-tip. Peress li s-sit indikat fil-Mappa MS1 huwa ta' daqs konsiderevoli, dan jista' jakkomoda użi varji għar-rikreazzjoni, inkluż grawnd tal-football. Il-MEPA minn dejjem inkoraġġixiet djalogu sabiex jintlaħaq dan il-għan fl-interess tal-komunita'. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Mappa MS1, meħuda mill-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta' Malta (2006).

Triq tal-Barrani — servizz bażiku tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23554 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega għaliex għadd ta' residenzi fit-Triq tal-Barrani għadhom mingħajr is-servizz bażiku tad-drenaġġ minkejja li dawn ir-residenzi ilhom hemm ġenerazzjonijiet sħaħ? X'qed iżomm milli jsir dan is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawn ir-residenzi għadhom servuti permezz ta’ fossa (li bħalhom hawn numru oħra madwar Malta), liema fossa titbattal b’xejn mil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Biex jitqabbdu dawn ir-residenzi trid issir mina żgħira li tinħtieġ investiment qawwi. Dan ix-xogħol jifforma parti mill-master plan li għamlet il-KSI dwar l-infrastruttura tad-drenaġġ.

Ftehim fuq l-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm saru inizjattivi xjentifiċi u/jew teknoloġiċi a termini tal-ftehim indikat fil-mistoqsija parlamentari 23369 u jagħti d-dettalji ta' kull inizjattiva?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ftehim fuq l-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23369, jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi dan il-ftehim, ossia kopja tiegħu u l-estensjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Hawnhekk mehmuża tinsab kopja tal-"Ftehim bejn Malta u ċ-Ċina fl-Oqsma tax-Xjenza u t-Teknoloġija". Skont il-Ftehim, il-perjodu ta' validita' kien għal ħames snin iżda dan jiġi estiż awtomatikament għal perjodu ieħor ta' ħames snin fis-sena 2008. B'hekk il-Ftehim għadu fis-seħħ, u jibqa' hekk sakemm waħda mill-partijiet ma tindika li ma tixtieqx iġġedded il-Ftehim.

Triq tal-Barrani — servizz bażiku tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex għadd ta' residenzi fit-Triq tal-Barrani għadhom mingħajr is-servizz bażiku tad-drenaġġ minkejja li dawn ir-residenzi ilhom hemm ġenerazzjonijiet sħaħ? X'qed iżomm milli jsir dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Foreign Direct Investment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23368 u jgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm Malta gawdiet minn Foreign Direct Investment? Minn liema setturi prinċipali kien ġej dan l-FDI f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23625 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Innovation Scoreboard — post Malta fil-qasam tal-innovazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23367 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid f'liema post tinsab Malta b'mod ġenerali (SII) meta komparata mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej fil-qasam tal-innovazzjoni skont l-aħħar European Innovation Scoreboard (EIS)? X'miri għandu l-gvern biex itejjeb dawn ir-riżultati u x'timeframes qed ipoġġi quddiemu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Iscoreboard Ewropea dwar l-Innovazzjoni ta’ 2010 tikklassifika lil Malta bħala waħda mill-innovaturi moderati. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li f'termini ta’ innovazzjoni, meta mqabbel mal-2009, l-pajjiż żamm il-pożizzjoni tiegħu, dik tal-21 post. Barra minn hekk, f'termini tat-tkabbir fl-innovazzjoni, Malta ġiet ikklassifikata bħala mexxej fi ħdan il-grupp tal-innovaturi moderati. Għandu jiġi nnutat li Malta rreġistrat tkabbir annwali fl-innovazzjoni ta' 6.4%, meta mqabbla ma' 0.85% reġistrat għall-EU27. Ir-riżultati ta' l-Scoreboard 2010 juru li Malta qiegħda l-ewwel fid-dimensjoni ta' l-"Effetti Ekonomiċi", prinċipalment minħabba t-tkabbir tagħha fid-dħul mil-liċenzji u l-patents minn barra. Barra minn hekk, t-tkabbir kien osservat fin-numru ta' trademarks Komunitarji. Min-naħa l-oħra, rizultati baxxi jistgħu jkunu osservati fid-dimensjonijiet tar-"Riżorsi Umani" kif ukoll fl-"Appoġġ Finanzi". Fl-2010 u l-2011 il-Gvern iddeċieda mhux biss biex iżomm livelli ta' nfiq kurrenti iżda li iżid in-nefqa fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-Gvern investa b'mod għaqli biex jinkoraġġixxi u jappoġġja studji postgraduate u riċerka għad-dottorat fl-oqsma prijoritajiet nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni kif identifikati fl-Istrategija Nazzjonali ghar-Ricerka u l-Innovazzjoni 2007-2010. Barra minn hekk sar investiment kbir biex jittejbu l-laboratorji fl-Università. Dan sar bl-użu ta' Fondi Strutturali mogħtija mill-Unjoni Ewropea. Tali investiment għandu jgħin biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-riċerkaturi tagħna li jwasslu biex dawn jirnexxu u jisbqu fuq livell internazzjonali. Barra minn hekk, fl-2010, il-Gvern Malti, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) alloka lill- entita Malta Enterprise €20 miljun biex dawn jintnefqu fuq ir-Ricerka u Innovazzjoni. Dawn il-flus se jkunu disponibbli għal industrija lokali bl-għan primarju li din issaħaħ u tgħati spinta lir-riċerka u l-iżvilupp tagħha, l-innovazzjoni, il-kompetittività, l-start-ups innovattivi, l-ambjent u e-business. Barra minn hekk, Malta bdiet tipparteċipa fil-Seba' Programm Kwadru (FP7). Dan il-programm jipprovdi sors ta' finanzjament kompetittiv għar-riċerkaturi lokali fl-industrija, l-akkademiċi u s-settur pubbliku. Fil fatt Malta diġà rnexxielha tieħu €7 miljuni għall-progetti iffukati fuq ir-ricerka. Barra minn hekk, il-Gvern żied il-fond allokat għall-Programm Nazzjonali għar-Ricerka u l-Innovazzjoni għal € 1.1miljun. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ aktar minn 57% fuq is-sena preċedenti. Dawn il-miżuri huma mistennija li jtejbu l-pożizzjoni ta' Malta f'termini reali kif ukoll fl-Iscoreboard Ewropea dwar l-Innovazzjoni. Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li dawn l-isforzi u l-miżuri jieħdu ż-żmien konsiderevoli biex ikunu riflessi fl-Iscoreboard Ewropea dwar l-Innovazzjoni, dan peress li, għal maggoranza ta l-indikaturi, is-sena ta' referenza użata tista tkun bejn sena jew tnejn qabel is-sena li r-rapport jirreferi għalih.
Leg 11 PQ #23626 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23366 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa qed tiġi riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għas-sena li ninsabu fiha (2011) u għas-snin li ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) bħalissa qiegħed fl-istadju li jirrevedi u jaġġorna l-Istrateġija Nazzjonali għar- Riċerka u l-Innovazzjoni. Huwa maħsub lid an il-Pjan jkun fis-seħħ sa l-aħħar tas-sena 2011. Fil-frattemp l-Istrateġija preżenti , 2007 – 2010, tista tintuża bħala referenza. Huwa utli li wieħed jkun jaf li apparti x-xogħol fuq l-Istrateġija nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u it-Teknoloġija (MCST) qiegħed jaħdem ukoll fuq strateġija tematiċi li jitrattaw r-riċerka fil-manifattura u r-riċerka fis-saħħa.
Leg 11 PQ #23638 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħa tal-Prim Ministru ma' Muammar Gaddafi

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-laqgħa li hu kellu mingħajr ma kien preavżat lill-pubbliku in ġenerali nhar it-8 ta Frar 2011 mal-Kurunell Muammar Gaddafi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma għandhi xejn x’ inżid ma dak li diġa’ għidt pubblikament dwar din iż-żjara.
Leg 11 PQ #23659 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Research Area

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23374 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Parlament x'qed jagħmel pajjiżna sabiex aħna nipparteċipaw bl-aħjar manjiera fil-European Research Area? Stante li hu prospettat li fis-summit tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' Frar 2011 il-European Research Area tiġi kompletata, kif se jara l-gvern li din il-European Research Area tgħin bl-aħjar mod lir-riċerkaturi tagħna? Min se tkun l-aġenzija nazzjonali li se taħdem fil-kuntest ta' dan il-proġett? Xi flus se joħroġ pajjiżna għat-twaqqif ta' din l-area? X'benefiċċji wieħed jipprospetta li jkollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-iżvilupp tal-politika tal-European Research Area (ERA) ilu għaddej mill-2000 u din ġiet imġedda fl-2007. Din ta’ l-aħħar iffokat fuq sitt prioritajiet li jinkludu r-riżorsi umani u l-immobilita, l-kooperazzjoni internazzjonali, il-programmazzjoni konġunta u l-infrastrutturi tar- riċerka. Malta qeda tipparteċipa b'mod attiv fil-gruppi relatati Ewropej li jaħdmu f’dan il-qasam u qed tieħu azzjonijiet diversi biex tindirizza l-politika ta’ l-ERA, b’mod partikolari fil-formulazzjoni ta' l-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2011-2020. F'termini tar-‘riżorsi umani u l-immobilita’ hemm sinerġija tajba bejn il-politika nazzjonali u dik Ewropea partikolarment fil-ħidma biex tiżdied il-kapaċità tal-bniedem u t-titjib tal-karrieri fir-riċerka. Dan qed isir permezz tal-Malta Government Scholarship Scheme (MGSS) kif ukoll l-iskema ta’ l-'Strategic Educational Pathways Scholarships' (STEPS). Dawn l-iskemi jgħinu lill-istudenti li jsegwu livelli ulterjuri fir-riċerka akkademika u ukoll jinkoraġġixxu aktar parteċipazzjoni ta’ studenti fil-livell post-universitarju fir-riċerka akkademika, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Fir-rigward ta’ l-‘Infrastrutturi tar-Riċerka’, l-ERA tiffoka biex tpoġġi u jżomm l-Ewropa fil-quċċata ewlienija fejn jidħol l-ħolqien tal-għarfien. Dan isir billi jinbnew infrastrutturi ġodda jew anki billi jitjiebu dawk eżistenti. Malta qeda tiffoka primarjament biex tibni l-kapaċità nazzjonali, bażikament billi ittejjeb u tibni infrastrutturi ġodda. F'dan ir-rigward l-Universita ta’ Malta qed taħdem ħafna biex iżżid l- kapaċità tagħha fl-infrastruttura fir-riċerka, partikolarment permezz tal-proġetti varji, li fit-totalita tagħhom jiswew madwar € 34 miljun, inkluż l-iżvilupp ta' Fakultà l-ġdida iddedikata għall-ICT. It-twettiq ta’ l-ERA jimmira biex jitneħħew l-ostakoli eżistenti fil-qasam ta’ l- mobilità tar-riċerkaturi u tippermetti li r-riċerkaturi jollhom l-istituzzjonijiet tar-riċerka u n-negozji jkunu kapaċi jiċċirkolaw, jiffinaliżaw u jikkooperaw tul il-fruntieri kollha. Fis-snin riċenti, f’Malta, sar ħafna investiment biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-studenti Maltin li jkunu jixtiequ jmorru barra minn xtutna u javvanzaw fl-istudji taghhom fuq livell kemm post-universitarju u dak dottorali fl-oqsma tax-xjenza, r-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jippermetti li r-riċerkaturi lokali jagħmlu użu u jisfruttaw mill- opportunitajiet offruta mill-ERA fil-qasam tar-riċerka, taħriġ u anki impjieg. Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) hija l-aġenzija nazzjonali responsabbli biex tikkoordina l-ħidma ta’ Malta fil-kuntest tal-politika ta’ l-ERA. L-ERA għandha l-vantaġġ li tipprovdi ambjent aktar favorevoli fl-Ewropa għar-riċerkaturi tagħna li jidħlu għar-riċerka, taħriġ u opportunitajiet ta' impjieg li jiftħu fl-entitajiet Ewropej li jwettqu r-riċerka. Hi wkoll toffri opportunitajiet għan-negozju lokali biex dawn joperaw madwar l-Ewropa. Dan isir billi jiġu mnaqqsa l-ostakli imposti mis-swieq nazzjonali. Meta wieħed jgħaqqad flimkien il-programmi nazzjonali ta' finanzjament fir-riċerka, dan jippermetti illi l-pajjiżi jaqsmu l-ispejjeż u jtejbu l-impatti. Għal pajjiż żgħir bħal Malta, opportunitajiet bħal dawn huma importanti ħafna.

Kulleġġ Sir Thomas Moore

Question

B'referenza għall-Kulleġġ Sir Thomas Moore, tista' l-Ministru tgħid fejn hu l-post li fih se jintbagħtu l-istudenti tal-iskejjel sekondarji tas-subien u l-bniet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 21554 tas-Seduta 289.