B'referenza għall-pjan dikjarat tal-Gvern li jibdel l-ID cards eżistenti għal sistema bijometrika, jista' l-Prim Ministru:
a) jiddikjara meta effettivament se jibda dan il-proċess;
b) jiddikjara kemm hu maħsub li se jiswa dan il-proċess u jekk hemmx Fondi Ewropej li se jingħataw dwar dan;
ċ) jinforma l-Kamra jekk hemmx pajjiżi oħrajn li għandhom sistemi bijometriċi u fuq liema mudell ta' liema pajjiż se jitmexxa l-proċess; u
d) jgħid effettivament xi storage ta' informazzjoni hemm fuq dawn il-cards hekk bijometriċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li s-sistema l-ġdida tal-karti tal-identita` qiegħda tiġi zviluppata bħalissa. Hu mistenni li titlesta sal-aħħar ta’ din is-sena’ u l-process tat-tibdil tal-ID Cards jibda fl-ewwel tlett xhur tal-2012.
L-investiment kapitali fis-sistema hu ta’ €7,712,347 (VAT Eskluz) li huma parti minn proġett co-finanzjat taħt l-iskema ta’
European Regional Development Fund
. B’hekk, l-Unjoni Ewropeja ħa tikkontribwixxi €6,555,495.
Ninsab infurmat ukoll li hemm pajjiżi oħrajn li għandhom sistemi bijometrici. Fil-fatt Malta qed timxi fuq il-mudell tal-Unjoni Ewropeja f’dan is-settur.
Hu maħsub li l-aspett elettroniku ta’ informazzjoni fuq dawn l-eID Cards ħa jinkludi dettalji meħtieġa skond l-Att Dwar il-Karti tal-Identita` (KAP 258) kif wkoll sistemi ta’ certifikati diġitali li jippermettu li ċ- ċittadin jaċċessa sistemi elettroniċi u servizzi ġodda ta’ eGovernment, inkluz dawk relatati mas-saħħa. Dan dejjem fl-ambitu ta’ sigurta’ mehtiega Qed jiġu evalwati wkoll soluzzjonijiet elettroniċi li jippermettu li eID Cards jintużaw għall-ħlasijiet
on line
u funzjonijiet simili. Id-dettalji bijometrici ħa jinkludu ritratt diġitali tal-wiċċ, dettalji oħra biometriċi wkoll qed jiġu evalwati imma għad m’hemmx deċizjoni.
B'referenza għall-pjan dikjarat tal-Gvern li jibdel l-ID cards eżistenti għal sistema bijometrika, jista' l-Ministru:
a) jiddikjara meta effettivament se jibda dan il-proċess;
b) jiddikjara kemm hu maħsub li se jiswa dan il-proċess u jekk hemmx Fondi Ewropej li se jingħataw dwar dan;
ċ) jinforma l-Kamra jekk hemmx pajjiżi oħrajn li għandhom sistemi bijometriċi u fuq liema mudell ta' liema pajjiż se jitmexxa l-proċess; u
d) jgħid effettivament xi storage ta' informazzjoni hemm fuq dawn il-cards hekk bijometriċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tas-Sliema — chalet - kostruzzjoni tal-istil art nouveau
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25278 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-kostruzzjoni tal-istil art nouveau li kienet magħrufa komunement bħala x-Chalet f'Tas-Sliema, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra:
a) kemm ilha li ġiet imġarrfa;
b) jekk il-fondament li hemm illum humiex proprjetà tal-gvern jew inkella l-pussess tagħhom huwiex f'idejn terzi? B'liema titolu;
ċ) jekk il-gvern għandux ħsieb li flokk iħalli t-tiġrif li indubbjament huwa eye-sore meta mqabbel mas-sħubija taż-żona, jinċentiva b'xi mod jagħmel xi tip ta' żvilupp konsonanti max-Chalet l-antik jew xort'oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25504 li oriġinarjament saret lill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-parti ta' Strada Stretta li tibda minn wara l-Uffiċċju Legali tal-Bank of Valletta u li tispiċċa ma' Strada Arcivescovo u li fil-passat kienu jservu ta' ħwienet tad-divertiment u anke boutique hotels, jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet huma proprjeta' tal-gvern? Liema minnhom jinsabu fil-pussess ta' terzi u taħt liema titlu?
Bl-istess mod li l-gvern għen lill-fondazzjoni Temi Zammit biex l-ex Splendid Hotel jinbidel f'ċentru ta' esebizzjoni għall-artisti, jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jagħmel ferm iktar biex, bl-istess mod kif sar fl- imħazen tal-Valletta Waterfront imma naturalment fuq skala iżgħar, jinvesti f'din iż-żona li bħalissa hija mifnija bil-kruha u l-ħmieġ sabiex jirripristinaha, anke billi jirrestawra l-ħwienet li kien hemm fil-passat (u li għandhom valur ta' memorja kollettiva) u jbiddilha f'ċentru kulturali u artistiku ħaj u letterarju?
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'din il-leġislatura l-Gvern fir-riġenerazzjoni ta' Strada Stretta kollha kemm hi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25524 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att ta' fondazzjoni jew att kostituttiv tat-Trust Fund tal-Università li ġiet pubbliċizzata nhar it-18 ta' April, 2011 u li lilha (t-Trust) l-gvern taha €500,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li band jew mużiċist irid iħallas total ta' garanziji ta' iktar minn €11,500 biex ikun jista' jagħmel outdoor performance u dan stante li jrid iħallas garanziji lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lis-CPD u lill-Kummissarju tal-Artijiet jekk il-performance tkun se ssir fuq art pubblika?
Ma jaħsibx li dawn il-garanziji huma eċċessivi meta tqis li għal ħafna bands lokali, speċjalment dawk li jkunu rock u allura ma jintalbux idoqqu fi stabbilimenti privati f'Paceville, l-ammont ta' nies li jattendu jkun madwar 500 persuna u allura assolutament ma jagħmel l-ebda sens ekonomiku għalihom?
Il-Prim Ministru se jagħmel razzjonalizzazzjoni ta' dawn il-garanziji biex effettivament inkabbru l-possibilità li bands Maltin idoqqu fl-apert għall-ġid tat-tixrid kulturali popolari u kontemporanju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba mid-dħul fis-seħħ tal-Avviz Legali 124 tal-1995 ġie interpretat li japplika għal "concert venue" meta f'dan il-venue jkun hemm l-alcohol għall-bejgħ?
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att ta' fondazzjoni jew att kostituttiv tat-Trust Fund tal-Università li ġiet ppubbliċizzata nhar it-18 ta' April, 2011 u li lilha (t-Trust) l-gvern taha €500,000?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din il-mistoqsija parlamentari trid issir lill-Prim Ministru in rappreżentanza tal-Gvern ta' Malta, bħala s-Settlor, stante illi s-Settlor huwa l-entità kompetenti illi għandha kopja tal-att [li mhuwiex att pubbliku] u għandha d-diskrezzjoni tagħtix kopja jew le lil terzi.
L-Università ta' Malta,
per se,
hija l-
beneficiary,
mhux parti u/jew firmatarja bħala persuna ġuridika, fl-att inniffsu.
Persuna li għandha tieħu somma flus mingħand l-employer
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhix se tieħu bħal ħaddieħor flus minn skema li tagħmel parzjalment tajjeb għal meta employer ma jħallasx il-pagi u jkun fi stat finanzjarju ħażin? Peress li din il-persuna għandha tieħu €1,788.91 skont claim TP 465/07, jaħseb li hi għandha tgawdi minn ħlas mill-fond imsemmi bħal ħaddieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond kif stipulat fir-Regolamenti dwar Fondi ta’ Garanzija (L.S. 452.84), biex impjegat ikun jista jgawdi mill-fondi ta’garanzija, l-impjegat irrid ikun irreġistra talba valida mal-Board ta’ Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garranzija fiżmien xahar mill-bidu tal-falliment tal-prinċipal.
Biex tingħata informazzjoni fuq il-persuna indikata, nitlob lill-Onor.Interpellant jġib awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-istess persuna jew jireferi lill-persuna fid-dipartiment ikkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta ta' konsulenti Amerikani Angelou Economics għax-xogħol tagħha ta' konsulenza fil-kuntest tal-Proġett Viżjoni 2015?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Programme for International Student Assessments — parteċipazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk Malta pparteċipatx jew kemm-il darba pparteċipat fl-Istudju msejjaħ Programme for International Student Assessment (PISA) tal-OECD? Jekk Malta ma pparteċipatx, għaliex ma pparteċipatx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 19603 u 23136.
Peress li fi Triq San Duminku ż-Żejtun tgħix persuna b'diżabilità fiżika, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u peress li din il-persuna tattendi ċ-ċentru ta' Ħal Far u jiġi għaliha l-vann ta' kuljum, u minħabba li Triq San Duminku hija dejqa ħafna biex il-vann ikun jista' jiġbor lil din il-persuna, anke minħabba li jkun hemm il-karozzi pparkjat u l-uniku mod biex wieħed jiġbor lil din il-persuna hu li l-vann jgħaddi wrong way tul erba' bibien fi Triq Marsaxlokk, jista' jsir arranġament biex din il-parti ta' Triq Marsaxlokk tibqa one way , però jkunu jistgħu jgħaddu minnha l-vannijiet li jiġbru lil din il-persuna b'diżabilità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din hija materja li għandha tittratta Transport Malta. Ser nagħddi s-suġeriment għal konsiderazzjoni ta’ din l-awtorita’.
Tas-Sliema — chalet - kostruzzjoni tal-istil art nouveau
Question
B'referenza għall-kostruzzjoni tal-istil art nouveau li kienet magħrufa komunement bħala x-Chalet f'Tas-Sliema, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra:
a) kemm ilha li ġiet imġarrfa;
b) jekk il-fondament li hemm illum humiex proprjetà tal-gvern jew inkella l-pussess tagħhom huwiex f'idejn terzi? B'liema titolu;
ċ) jekk il-gvern għandux ħsieb li flokk iħalli t-tiġrif li indubbjament huwa eye-sore meta mqabbel mas-sħubija taż-żona, jinċentiva b'xi mod jagħmel xi tip ta' żvilupp konsonanti max-Chalet l-antik jew xort'oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proprjetà msemmija ma taqax taħt ir-respomsabbiltà ta' dan il-Ministeru. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-gvern huwiex se jagħti lill-Girl Guides ta' Wied il-Għajn post suret in-nies fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jmexxu l-ħidma tagħhom f'Wied il-Għajn stess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ikun lest li jikkonsidra li jagħti post lill-Girl Guides ta’ Wied il-Għajn, kemm il-darba jiġi identifikat sit adekwat li jista’ jaqdi l-bżonnijijet tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25016 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm Maltin ibbenefikaw u f'liema ammonti mill-programm Media tal-Unjoni Ewropea taħt id-diversi forom tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li madwar ħamsa u għoxrin (25) individwu Malti li jaħdmu fis-settur awdjoviżiv attendew taħriġ iffinanzjat taħt il-programm MEDIA.Attivitajiet kontinwi (continnuos training) ta’ taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-films u tat-televiżjoni huma organizzati f’pajjiżi differenti fl-Ewropa biex itejjeb il-kompetenza tas-suq awdjoviżiv Ewropew.
Kumpanija Maltija Awdjoviżiva wkoll ibbenefikat minn fondi għall-iżvillup MEDIA (
development funds
) għall-iżvillup ta’ dokumentarju kreattiv u bbenefikat minn 15,000 Ewro.
Iċ-Ċentru tal-Kavalier ta’ San Ġakbu bbenefika mill-fondi MEDIA permezz tal-Ewropa
Cinema Network
. Sal-lum ċ-Ċentru rċieva 24,822.88 Ewro biex jintwerew film Ewropej.
Qed nistennew aktar riżultati li jinħarġu minn Brussels tul din is-sena.
Università ta' Malta — Enrolment of Foreign Students
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'inhuma l-miri tal-gvern fejn għandu x'jaqsam ma' enrolment of foreign students fl-Università ta' Malta, sew fil-qasam ta' studenti mill-Unjoni Ewropea u sew fil-qasam ta' studenti li ġejjin minn pajjiżi terzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta' Malta tipparteċipa f’numru ta’ attivitajiet barra minn Malta, u nediet numru ta’ kollaborazjonijiet u proġetti bl-għan li tattira lejn Malta iktar studenti barranin. Bħalissa l-Università tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq pajjiżi terzi. Madanakollu, l-Università tirċievi numru tajjeb ta’ applikazzjonijiet minn studenti Ewropej għal korsijiet undergraduate, u tilqa’ madwar 400 student kull sena fuq programmi ta’ skambju minn Universitajiet Ewropej. L-Università ta’ Malta tippromovi wkoll il-Joint Master Degrees ma’ universitajiet Ewropej, Dual Master Degrees ma’ universitajiet fl-Amerika ta’ fuq, kif ukoll korsijiet oħra post-graduate ma’ studenti barranin.
B'referenza għall-parti ta' Strada Stretta li tibda minn wara l-Uffiċċju Legali tal-Bank of Valletta u li tispiċċa ma' Strada Arcivescovo u li fil-passat kienu jservu ta' ħwienet tad-divertiment u anke boutique hotels, jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet huma proprjeta' tal-gvern? Liema minnhom jinsabu fil-pussess ta' terzi u taħt liema titlu?
Bl-istess mod li l-gvern għen lill-fondazzjoni Temi Zammit biex l-ex Splendid Hotel jinbidel f'ċentru ta' esebizzjoni għall-artisti, jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jagħmel ferm iktar biex, bl-istess mod kif sar fl- imħazen tal-Valletta Waterfront imma naturalment fuq skala iżgħar, jinvesti f'din iż-żona li bħalissa hija mifnija bil-kruha u l-ħmieġ sabiex jirripristinaha, anke billi jirrestawra l-ħwienet li kien hemm fil-passat (u li għandhom valur ta' memorja kollettiva) u jbiddilha f'ċentru kulturali u artistiku ħaj u letterarju?
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'din il-leġislatura l-Gvern fir-riġenerazzjoni ta' Strada Stretta kollha kemm hi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet li huma tal-Gvern fil-parti ta’ Strada Stretta li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant. F’din il-parti, il-proprjetajiet indikati huma kollha mikrija b’titolu ta’ kirja ħlief għal żewġ fondi li huma vojta u ieħor li qiegħed fil-proċess li jiġi mikri.
Dwar it-tieni u l-aħħar parti tad-domanda, nitlob lil-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra liema huma l-assi immobbli li jinsabu għand l-Università ta' Malta b'titlu reali (teskludi l-proprjetà li tinsab għand l-Università b'titolu ta' ius ad personam)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-assi immobbli li jinsabu għand l-Università ta’ Malta b’titlu reali jinkludu il-campus tal-Università f’Tal-Qroqq fl-Imsida, il-Valletta Campus fl-Old University Building fil-Belt, u l-bini tal-Medical School il-Qadima fl-isptar San Luqa fi G’Mangia.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-Forti Sant'Anġlu skont kif imwiegħed fl-aħħar budget? Rigward il-Forti Ricasoli u l-istat prekarju tagħha, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-condition report li hu jista' għandu u stima tal-ispejjeż meħtieġa biex titranġa din il-forti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ix-xogħol ta’ restawr fil-Forti Sant Anġlu beda. S’issa tlesta dan ix-xogħol li ġej:
· Ġew imħejjija r-rapporti xjentifiċi kollha meħtieġa sabiex f’Settembru 2009 ġiet sottomessa applikazzjoni lill-MEPA (4149/09) għal xogħol ta’ restawr fuq ir-rampa, l-bieb u d-daħla prinċipali u l-passaġġ li jwassal għall-Batterija de Guiral.
· Inbena mill-ġdid is-saqaf tal-polverista, li sar bid-deffun kif kien oriġinarjament.
· Inbena mill-ġdid il-ħajt li jwassal mill-livell t’isfel għal-livell tan-nofs tal-forti.
· Ġiet ikkonservata l-qanpiena kif ukoll ġie rrestawrat il-kampnar li kien iżommha u nbena mill-ġdid is-saqaf ta’ kamra biswit il-kampnar.
· Saru l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi meħtieġa madwar id-daħla ewlenija tal-Forti sabiex ittieħdu ċerti deċiżjonijiet dwar ir-restawr tal-bieb u l-entratura. Dan wassal sabiex jerġa jinkixef mill-ġdid il-‘pont’ li jwassal mir-rampa sal-bieb prinċipali.
· Ġew ippubblikati l-ewwel żewġ tenders għal xogħolijiet ta’ restawr fuq il-bieb prinċipali u l-entratura.
Il-Gvern m’għandux f’idejh
condition report
fuq il-Forti Ricasoli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21493 u jgħid sena b'sena kemm ġiet tiswa lill-finanzi pubbliċi n-Notte Bianca mill-ewwel edizzjoni tagħha sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ta’ min iżid ukoll illi fis-sena 2007 in-Notte Bianca ma ġietx organizzata minn naħa tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti imma kienet organizzata mill-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura. Fl-2010 il-fondi allokati għal din l-attivita’ kienu 200,000 Euro u fil-preżent il-kunsill għadu qed jirċievi l-
invoices
għal servizzi li ngħataw waqt din l-attività sabiex tkun finalizzata n-nefqa globali.