Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37631 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — restawr tal-Katidral

Question

Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra meta hu ppjanat li jitlesta ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex u jekk ix-xogħol hux miexi skont kif pjanat? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-proġett? Kemm dam biex ġie ottenut il-permess relattiv?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex mhux qed jitwettaq mill-Ministeru għal Għawdex.

care worker — kwalifikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-istituzzjonijiet/persuni li għandhom l-awtoritajiet li jagħtu l-korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Omas Pass

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika liema huma l-istanzi li fihom persuna li jkollha l-OMAS pass għax taħdem f'post tax-xogħol li tirrikjediha tidħol fl-ajruport titlef id-dritt li tibqa' żżomm dan l-OMAS pass? Fi kliem ieħor liema huma l-istanzi li minħabba fihom jista' jittieħed jew jiġi rtirat l-OMAS pass mill-awtorità kompetenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fgura — Triq Carapecchia u Triq Sigismondu Savona - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ilmenti rigward xogħol ħażin li sar minn Transport Malta ġewwa Triq Carapecchia fil-Fgura, li minħabba dan qed jergħqu r-residenti u l-garaxxijiet ta' Triq Sigismondu Savona fil-Fgura? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm għal dawn iż-żewġ toroq u meta se jsir ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti infermiera li ma jgħaddux mis-sena akkademika

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-istudenti infermiera li ma jkunux għaddew mis-sena akkademika u għalhekk ikollhom jirrepetu s-sena jispiċċaw jagħmlu xogħol fl-Isptar fil-vaganzi tas-sajf bla paga meta l-istudenti l-oħrajn li jkunu għaddew jitħallsu? Jista' jgħid għandux student li jkun se jirrepeti għallanqas jagħżel li ma jaħdimx f'dak is-sajf ta' bejn is-sentejn ripetuti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-lista tal-istudenti li jitħallsu mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ tasal għand dan il-Ministeru mill-Università ta’ Malta. Ghaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

servizzi tas-saħħa għal Malti li kienu jgħixu barra

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra u jerġgħu jiġu lura Malta ma għandhomx id-dritt li jkollhom free public healthcare Malta bħall-Maltin l-oħra u jkollhom biss dritt għal certificate of entitlement li jkun validu għal sena waħda? F'ċirkostanzi bħal dawn għaliex ir-rifuzjoni bejn l-isptarijiet abbażi tal-lok tal-bolol imħallsa m'għandhiex tkun fuq livell tal-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea minflok mal-onoru jintefa' fuq il-pazjent?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-drittijiet li għandhom ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra huma mħarrsa sew permezz tal-mertu tat-termini tar-Reciprocal Health Agreement iffirmat diversi drabi bejn Malta u l-Ingilterra, kif ukoll taħt il-provedimenti tar-Regolamenti (EC) 883/2004 u (EC) 987/2009 dwar il-ko-ordinazzjoni tas-sistemi ta sigurta soċjali, u li daħlu fis-seħħ fl- 1 ta’ Mejju 2010. Il-provedimenti tat-tali regolamenti mhux biss jelenkaw id-drittijiet taċ-ċittadini kollha Ewropej, fosthom dawk il-Maltin li jkunu għexu, ħadmu u ħallsu il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali. Pero’ dawn il-provvedimenti jindikaw ċar il-proċeduri ta’ kif dawn ir-regolamenti għandhom jiġu implimentati mingħajr diskriminazzjoni. B’hekk dawk iċ-ċittadini Maltin li jiġu lura minn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropeja, jingħataw Certificate of Entitlement li biħ għandhom dritt għall-aċċess ta’ healthcare b’xejn, kif offrut fil-pajjiż ta’ residenza (irreferi għas-sit: http://ec.europa.eu/social-security ). Huwa dejjem il-pajjiż fejn tħallsu l–aktar kontribuzzjonijiet li jibqa’ responsabbli (Stat kompetenti) u jagħmel tajjeb għall-ħlas. Mill-1 ta’ Jannar 2013, gie deċiz mill-Awtortajiet Kompetenti Malti, li Certificates of Entitlement issa ser jidbew ikunu validi għal 3 snin sabiex jitnaqqas kull inkonvenjent. Fil-każ ta’ ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra u jerġgħu jiġu lura, Malta ma titlobx ħlas għas-servizzi ta’ healthcare li jingħatalhom f’Malta mill-Ingilterra, b’rispett lejn il-provvedimenti tar- Reciprocal Health Agreement (RHA) imsemmi qabel.
Leg 11 PQ #37181 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati fit-taqsima tal-kultura

Question

Tista' l-Ministru tispeċifika in-numru ta' impjegati li jaħdmu fit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, liema hi l-nomenklatra (pożizzjoni li tokkupa) tagħhom, id-data tal-ħatra tagħhom u d-dmitijiet tagħhom ta' kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hemm tlieta u għoxrin (23) impjegat. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub, lista bil-pożizzjoni ta' kull ħaddiem, id-data tal-ħatra tagħhom fl-istess uffiċċju u d-dmirijiet tagħhom ta' kuljum.
Leg 11 PQ #36833 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar academic staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati academic staff minn 2005 sa 2012? Minn dawn li ġew impjegati kemm minnhom għandhom PhD u f'liema grad (senior, lecturer, assistant lecturer, visiting, part-time) daħlu? Minn dawn li ġew impjegati kemm minnhom għandhom Masters Degree u/jew First Degree u f'liema grad daħlu? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom attwalment bdew id-dottorat u f'liema sena bdew vis-à-vis f'liema sena ġew impjegati? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom lestew id-dottorat? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom għadhom ma bdewx id-dottorat? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom applikaw għal scholarship intern mill-Università? Kemm minnhom ingħataw il-fondi? Kemm minnhom ġew rifjutati? Tista' l-Ministru tagħti din l-informazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' tismija ta' ismijiet f'dan il-format; sena b' sena, grad (senior lecturer, lecturer, assistant lecturer, visiting lcturer u part-time lecturer), dipartiment jew istitut u status (full-time, part-time, visiting)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Qali — dilettanti tal-muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jistgħu d-dilettanti tal-muturi magħrufa bħala trials jipprattikaw id-delizzju tagħhom apparti Ta' Qali? Hemm pjan li jkun hemm iktar postijiet earmarked għal dan l-isport f pajjiżna, partikolarment fin-naħa t'isfel ta' Malta?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ta' Qali ta' din is-sena qed tipproponi sit imdaqqas fejn ikun jista' jiġi pprattikat l-isport imsemmi. Din għanda tieħu post is-sit attwali minn fejn isiru t-trials. Il-Pjan Lokali tal-Majjistral jissuġġerixxi parti minn Wied Fulija fejn qabel kien jintradam il-materjal bħala post adegwat għal dan l-isport. Peress li din il-Mistoqsija tikkonċerna sport partikulari, tinħass il-ħtiega li jiġu ikkonsultati l-Kunsill Malti għall-Isport. Għalkemm m'hemmx sit jew area speċifika identifikata għal dan l-użu fil-Pjan Lokali għan-Nofs in-Nhar ta' Malta, hemm żewġ policies tal-MEPA illi jħarsu lejn sport b'impatt bħal ma' huwa dak tal-muturi. Dawn il-policies huma Policy SMIA11 fejn bil-parti (c) jistgħu jiġu kunsidrati barrieri mhux aktar operativi basta dawn ikunu sa' 250 metru il-bogħod minn residenzi u l-ajruport, kif ukoll Policy SMRE01 para (xi) illi ukoll tikkunsidra major impact sports f'barrieri mhux operativi jew użati aktar. Fin- North Harbour Local Plan (NHLP), il-policy NHRLO5 tgħid li permessi għall-isport b’impatt u faċilitajiet rekreattivi formali oħra ma jingħatawx f’widien skedati, kif indikat f’Mappa CV5. Is-sensitivita' tal-widien fin-NHLP, il-bżonn li jinżamm kemm jista' jkun mill-karattru rurali u l-viċinanza għall-iżvilupp residenzjali, ma jippermettix li jiġu dentifikati siti addatati għall-isport b'impatt bħal ma huwa clay pigeon shooting, motorcycle scramling u off-road vehicle drinving . L-istess prinċipju japplika għas- Central Malta Local Plan (CMLP), jiġifieri sport b’impatt li jinkludi motorcycle scrambling u off-road vehicle driving f’widien skedati bħal ma hu indikat f’Mappa CVI. Skond il-Pjan ta’ Struttura policy REC6, siti għall-isport b’impatt għandhom jiġu magħżula wara studju ta’ l-impatt ambjentali estensiv, flimkien ma' metodu magħruf bħala sieving technique . Fil- Gozo & Comino Local Plan (GCLP) m’hemmx siti mmarkati għal dan it-tip ta’ sport.
Leg 11 PQ #586 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST BTEC Building Services Engineering — kors għad-degree

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se titwettaq il-wegħda magħmula lill-istudenti tal-kors fl-MCAST BTEC (Building Services Engineering) li l-kors tagħhom ikun jista' jkompli għad-degree? Dan id-degree, meta jidħol, se jkun jagħtihom id-dritt li jieħdu warrant ta' engineer bħalma jsir barra minn Malta? Taqbilx il-Ministru li studenti li jgħaddu mill-BTEC HND (Building Services Engineering) għandhom jingħataw id-dritt li alternattivament ikomplu għad-degree fl-Università mal-istudenti tal-enġinerija fejn l-entry point ma jkunx l-ewwel sena kif inhi s-sistema bħalissa imma jkun f'sena ulterjuri skont il-mudell ta' Universitajiet oħra barranin bħala Brussell?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’dawn l-aħħar snin, l-MCAST nieda 19-il kors li jwasslu għal lawrji vokazzjonali fil-grad ta’ Baċellerat. Fost dawn kien hemm dawk offruti mill-Istitut tal-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Bħalissa l-MCAST għaddej b’ħidma biex isaħħaħ dan il-pass kbir u mill-aktar pożittiv għall-istudenti Maltin, qabel ma jgħaddi biex jikkunsidra li jintroduċi aktar korsijiet ta’ lawrji ġodda. Intant, l-MCAST u l-Universita’ ta’ Malta qegħda f’diskussjonijiet dwar studenti li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom ġewwa l-Universita’.

Wied il-Għajn — żona taż-Żonqor - bus stages mibdula f'bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li wieħed miż-żewġ stages li hemm qrib il-pitch tal-waterpolo ta' Wied il-Għajn jinbidel f 'bus shelter sabiex ir-residenti taż-żona taż-Żonqor t'isfel jinqdew aħjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi Transport Malta ssottomettiet applikazzjoni lill-MEPA sabiex tkun tista’ tinstalla bus shelter fl-inħawi indikati ġewwa Triq iż-Żonqor f’Marsaskala.

btieħi mibnija mhux kif suppost

Question

Wara l-promulgazzjoni tal-Avviż Legali 229 tal-2012 li fih qed tingħata amnestija fil-każ ta' btieħi mibnija mhux skont il-Liġi tas-Sanità, jista' l-Ministru jgħid jekk il-General Services Board huwiex se jibqa' jiddiskuti u jiddeċiedi każijiet ta' dan it-tip?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-General Services Board se jibqa’ jevalwa kull applikazzjoni li jirċievi skont il-liġi fuq il-merti tagħha.

Pilloli Sandocal 400

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Sandocal 400 effervescent għadomx jingħataw mill-gvern b'xejn lil min għandu dritt u jeħtieġhom? Jekk le għaliex? F'każ li dawn il-pilloli m'għandhomx isiru jistax il-gvern jipprovdi b'xejn pilloli oħrajn tal-istess ġeneru bħal per eżempju il-Ca Ca Sandoz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-Central Procurement and Supplies Unit fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ ġħandu nformazzjoni li l-pilloli Sandocal 400 effervescent ma baqġħux jiġu manufatturati u kull stock ta’ dan il-prodott spiċċa minn fuq is-suq internazzjonali. Id-Direttorat ta’ l-Affarijiet Farmaċewtiċi qieġħed jevalwa l-prodotti li jinstabu fuq is-suq, sabiex tinstab mediċina alternattiva.

Żejtun — boreholes

Question

Peress li fi Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun fil-parti fejn din tagħlaq u tmiss ma' sqaq fi Triq it-Tus jinġema kwantità enormi ta' ilma u ħames familji qed jiġu affettwati negattivament, u peress li meta tagħmel ħafna xita dawn il-familji qed ikollhom il-proprjetà tagħhom li tispiċċa mgħarrqa tant li jidħol ilma sa żewġ filati u ġieli anke iktar u peress li hemm ħtieġa akuta li jsiru żewġ boreholes f'din iż-żona sabiex l-ilma jinżel għall-water table, kif ukoll jittieħdu miżuri oħra bħal per eżempju, li tiġi imbaxxa Triq Nikola Attard, iż-Żejtun u li ssir speed hump fil-bidu ta' Triq it-Tempju, iż-Żejtun, jista' l-Ministru jgħid jekk, wara li jagħmel il-verifiki meħtieġa, jaqbilx li dawn ix-xogħlijiet isiru b'mod urġenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #36047 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

kors li mhuix se jiftaħ

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra għaliex il-kors li jwassal għal B Ed (early education and care) din is-sena mhux se jiftaħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors li jwassal għal grad ta’ B.Ed.(Hons.) fil-qasam tat-tfulija bikrija (Early childhood education & care) infetaħ fl-2009, fl-2010 u fl-2011 dejjem bħala evening course li jtul għal ħames snin. L-għan għal dan kien li jintlaħqu nies li diġà kienu bdew u bnew/qed jibnu karriera f’dan il-qasam imma riedu jtejbu l-grad tagħhom fid-dawl tal-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT (2007) li minn 2015 ’l quddiem, nies li jaħdmu f’dan il-qasam u għandhom grad universitarju fil-qasam, jitqiesu bħala għalliema kwalifikati. Fil- cohorts ta’ tliet snin, in-numru ta’ nies li qed japplikaw u jidħlu għall-kors li huma diġà impjegati fil-qasam dejjem naqas. Rajna ukoll żieda ta’ numru ta’ studenti li qed ifittxu bidla fil-karriera tagħhom. Għalhekk, din is-sena, il-Fakultà mhux se toffri l- evening course biex (a) tirrevedi l-kors u tagħmel reviżjonijiet meħtieġa (b) issir diskussjoni dwar il-possibilità li dan il-kors jibda jsir full-time biex b’hekk jibdew jitħarrġu studenti żgħażagħ f’dan il-qasam.

Mediċina Shattera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Shattera li tintuża għat-tfal li jbatu minn ADHD u ansjetà f'każ li ma jkunx taqbel magħhom il-methylphenidate tistax tingħata bla ħlas lil dawn il-ġenituri li m'għandhomx mezzi finanzjarji? Jekk iva, x'irid isir? Jekk le, jikkonsidra li x-Shattera tiġi ammessa fil-lista relattiva ta' mediċini li jistgħu jittieħdu b'xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Strattera® li fiha s-sustanza attiva atomoxetine hija indikata għal trattament ta’ Attention-Deficit/Hyperactivity Disorder (ADHD) fi tfal minn sitt snin u adolexxenti bħala parti minn programm ta’ trattament. Dan it-trattament għandu jinbeda minn speċjalista responsabbli mill-kura tal-ADHD. Bħalissa din il-mediċina ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern, għalkemm hemm applikazzjoni biex issir l-evalwazzjoni neċessarja sabiex tiġi kkunsidrata għall-introduzzjoni fil-Formularju tal-Gvern fix-xhur li ġejjin.

Għawdex — fdalijiet storiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi fdalijiet arkijeloġiċi nstabu waqt ix-xogħlijiet tat-toroq fi Triq l-Imġarr, Xewkija u t-triq prinċipali tar-Rabat Għawdex li saru dan l-aħħar xhur? Jista' jgħid jekk hemmx rapport tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali? X'sar biex ġew protetti dawn is-siti?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli lokali — proġetti finanzjati mill-MUESAC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li ġew iffinanzjati mill-MEUSAC mal-Kunsill Lokali ta' Ghawdex u ma' għaqdiet mhux governativi matul l-2011 u l-2012 sal-aħħar ta' Mejju?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MEUSAC ma tiffinanzjax progetti.
Leg 11 PQ #35815 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

EcoGozo — fondi minfuqa

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta' kif intnefqu l-fondi tal-Eco-Gozo tul l-2011 u 2012 sal-aħħar ta' Mejju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li għas-snin 2011 u 2012, l-ammont totali minfuq flimkien ma' dak kommess huwa ta' €8,134,170.

Għawdex — restawr tax-Xarolla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom bil-ħsara l-qlugħ tax-Xarolla f 'Għawdex u meta se jitlesta x-xogħol ta' restawr?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li l-qlugħ tal-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra sofrew ħsarat waqt maltempata qalila fl-2008. Il-ħsara li ġarrbet il-mitħna tmur lil hinn mill-qlugħ, u kien hemm xogħol estensiv ta’ restawr xi jsir anki fuq il-mekkaniżmu strutturali ntern tal-mitħna. Saru l-istudji kollha meħtieġa fuq il-mekkaniżmu intern kollu tal-mitħna u ġie determinat ukoll il-kwalita’ ta’ njam li kellu jintuża sabiex isir xogħol tajjeb u fidil lejn l-oriġinal. Dan l-injam kellu jinxtara minn barra minn Malta peress li f’Malta ma nstabx l-injam tal-ħxuna neċessarja li jkun diġa’ mnixxef. Ix-xogħol fuq l-injam il-ġdid tal-qlugħ kif ukoll tal-mekkaniżmu ntern miexi sewwa u mistenni jitlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena