Proġett ta' Bieb il-Belt, Parlament il-Ġdid u Teatru — flus imħallsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn, jiġifieri minn liema fond, tħallsu l-flus kollha li tħallsu s'issa in konnessjoni mal-Proġett ta' Bieb il-Belt/Parlament il-Ġdid/Teatru bla saqaf?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23443.
Jista' l-Ministru jispjega kemm intnefqu flus s'issa fuq il-bini ta' biswit il-Qorti tal-Familja li għandu jservi bħala bini li jaqdi l-funzjonijiet tal-ġudikanti tagħna?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-flus li ntnefqu għall-bini li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien jammonta għal €39,468.
Impjant ta' Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin — trattament ta' skart
Question
B'referenza għall-Impjant ta' Riċiklaġġ ġewwa Sant' Antnin, jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum, kemm tratta skart dan l-impjant u x'tip ta' skart (organiku jew inorganiku) ġie trattat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għad-Domus Romana fir-Rabat, jista' l-Prim Ministru jispjega x'xogħlijiet se jsiru fiha u għaliex se jsiru dawn ix-xogħlijiet meta ħafna mill-istess xogħlijiet kienu diġà saru ftit tas-snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħlijiet prinċipali li qed isiru bħalissa fid-Domus Romana, huma xogħlijiet li jikkuplimentaw dak li kien sar ftit ta’ snin ilu (2005). Dan prinċipalment jinkludi l-bdil ta’ żewġ soqfa, liema xogħlijiet ma kienux saru bħala parti mix-xogħlijiet hawn fuq imsemmija, il-għaliex it-travi żvilupppaw problemi tul dawn l-aħħar snin. Filwaqt li kellhom bżonn isiru dawn ix-xogħlijiet, sabiex il-mużew ma jerġax jingħalaq darb’oħra, u għalhekk jonqos l-inkonvenjent, Heritage Malta ħadet ħsieb li jsiru xogħolijiet oħra ta’ manutenzjoni, fosthom ‘membrane’ fuq is-soqfa kollha, jiġu installati gypsum boards ma’ xi ħitan sabiex tittaffa l-problema ta’ l-umdità. Il-mużew se jitbajjad ukoll minn ġewwa u ser jerġa jingħata l-kisi fuq barra, tibdil ta’ xi bibien u aperturi u manutenzjoni (parti minn program regolari) tal-passaġġi (interni u esterni) ta’ l-injam.
Bħala parti minn dawn ix-xogħlijiet, se titjieb ukoll l-interpretazzjoni sabiex tissaħħaħ l-esperjenza tal-viżitatur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti fuq reati konnessi ma' moħqrija fuq l-annimali sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'piena ħadu f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, ċioe mis-sena 2007 'l hawn, kien hemm 66 persuna li tressqu l-Qorti b’reati konessi ma' moħqrija fuq l-annimali. Is-sentenzi mogħtija kienu jinkludu priġunerija, liberta kondizzjonata, sentenza ta’ priġunerija sospiża, probation u multa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il dgħajsa tradizzjonali Maltija (luzzu eċċ.) huma jew kienu (skont il-każ) reġistrati bħala dgħajjes li jintużaw mis-sajjieda sena b'sena fl-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali - electronic boards u t-time clocks bil-ħsara
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġiex riferut lilha d-diżappunt kbir li esperjenzaw l-għawwiema żgħar u l-ġenituri tagħhom, li kienu qed jieħdu sehem waqt is-Swimming Time Trials fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq ta’ nhar is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2011 meta rriżulta li l-electronic boards u t-time clocks ma kenux qed jaħdmu sew u b’hekk it-trials ġew imħarbta? Għaliex seħħ dan? Għaliex qabel ma jsiru dawn il-kompetizzjonijiet, l-uffiċjali responsabbli ma jassigurawx li kollox ikun qed jaħdem kif suppost biex il-parteċipanti f’dan l-isport tal-għawm jottjenu l-aħjar riżultati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-apparat li l-Onorevoli Interpellant għamel referenza għalih bħala electronic boards mhumiex propjeta tal-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) imma tal-Assoċċjazzjoni Sportiva li organizzat l-istess swimming time trials. Min-naħa l-oħra, it-time clock jew l-electronic score board kien qiegħed jaħdem fil-ġurnata indikata mill-Onorevoli Interpellant.
Il-KMS ikkonfermat mal-Aquatic Sports Association (ASA) illi t-tlielaq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant saru kif kien maħsub u l-ħinijiet tal-għawmiema ġew kollha irrekordjati kif suppost fuq l-apparat eletroniku li qiegħed għand l-istess assoċjazzjoni. Minhabba ħsara fl-apparat tal-assoċċjazzjoni dawn il-ħinijiet ma setgħux jidhru fuq l-i
scoreboard
li hemm fil-kumpless.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministru biex prattika perikoluża ferm u kerha immens li qed taqbad art f'xi ta' awli tal-Qorti tal-Maġistrati fejn Maġistrat jiddeċiedi sentenza però ma jagħtix kopja ta' dik is-sentenza lill-akkuzat/imputat ma tibqax għaddejja? Huwa sew li jiġri dan meta t-terminu għall-appell huwa wieħed qasir immens u s-sentenzi ġieli qed jingħataw fl-aħħar ġurnata qabel jiskadi t-terminu tal-appell bil-lanjanza tad-deputati reġistraturi in kwestjoni tkun li jinsabu understaffed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru mal-awli kollha tal-Maġistrati irriżulta li meta tintalab sentenza minn avukat peress li jkun se jappella minn tali sentenza, din tiġi ppreparata u dattilografata. Ħafna mill-maġistrati jesiġu li qabel ma tinħareġ kopja tal-imsemmija sentenza, din tiġi kollezzjonata mill-istess Maġistrat sabiex tkun tista' tinħareġ kopja legali tal-istess sentenza.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu in vista tal-outbreak tal-Eschericiae Coli fir-Repubblika Federali Tedeska? X'kontrolli qed isiru fuq ikel u żrieragħ li jiġu importati mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu ħilitna kollha biex din l-Eschericiae Coli ma tinfirixx għal ġo pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li peress li Malta hija membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja, fuq din il-materja, Malta timxi mal-pajjiżi Ewropej l-oħra skont id-direttiva uniformi li jinħarġu wara konsultazzjoni sħiħa mal-istati membri. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika ilu jsegwi din il-problema minn mindu dehret għall-ewwel darba permezz ta’ żewg sistemi li jeżistu fl-Unjoni Ewropeja; waħda magħrufa bħala Rapid Alert System for Food and Feed (RASFF) li tiġi segwita mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u waħda dwar Early Warning and Response System (EWRS) li hija segwita mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Iż-żewġ sistemi jaħdmu fuq sistema ta’ network ta informazzjoni fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum. Fil-preżent ma jidher li hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi kontrolli speċifiċi fuq ikel u żrieragħ impurtati mill-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid x'assi personali għandu l-Kurunell Muammar Gaddafi u membri tal-familja tiegħu f'Malta jew Għawdex, sew jekk huma assi likwidi, proprjetà immobbli jew xi tip ta' assi oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Malta qed tosserva d-deċiżjonijiet u s-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jindika jekk huwiex possibbli li jinħareġ ċertifikat tal-mewt tal-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Huwa sewwa li minħabba inkjesta, iċ-ċertifikat tal-mewt ma joħroġx? Japprezza l-Ministru li l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-mewt ma jtellef xejn mill-inkjesta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpllant, kien ħareġ ċertifikat tal-mewt provvissorju stante li r-rapport finali mill-esperti nominati mill-Qorti għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jindika jekk huwiex possibbli li jinħareġ ċertifikat tal-mewt tal-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Huwa sewwa li minħabba inkjesta, iċ-ċertifikat tal-mewt ma joħroġx? Japprezza l-Ministru li l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-mewt ma jtellef xejn mill-inkjesta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpllant, kien ħareġ ċertifikat tal-mewt provvissorju stante li r-rapport finali mill-esperti nominati mill-Qorti għadu mhux konkluż.
Jista' l-Ministru jindika jekk huwiex possibbli li jinħareġ ċertifikat tal-mewt tal-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Huwa sewwa li minħabba inkjesta, iċ-ċertifikat tal-mewt ma joħroġx? Japprezza l-Ministru li l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-mewt ma jtellef xejn mill-inkjesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull min għandu bżonn jiġbor dan iċ-ċertifikat tal-mewt jista' jiġbru bla tfixkil mir-Reġistru Pubbliku.
Jista' l-Ministru jindika jekk huwiex possibbli li jinħareġ ċertifikat tal-mewt tal-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Huwa sewwa li minħabba inkjesta, iċ-ċertifikat tal-mewt ma joħroġx? Japprezza l-Ministru li l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-mewt ma jtellef xejn mill-inkjesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kull min għandu bżonn jiġbor dan iċ-ċertifikat tal-mewt jista' jiġbru bla tfixkil mir-Reġistru Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-parti l-imħarbta ta' Triq Lepanto, Marsaxlokk li tinsab fi stat tant diżastruż fejn il-kaptelli tad-drenaġġ jinsabu erba' filati 'l fuq mil-livell tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija inkluża fil-programm ta' toroq residenzjali li jridu jsiru sa nofs l-2012.
Tribunal Ekklesjastiku Melitensi — annullamenti ta' żwieġ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi ta' annullament ta' żwieġ quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku Melitensi xahar b'xahar bejn Jannar u April 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li se tingħata f’Mistoqsija Parlamentari nru.26424.
Tribunal Ekklesjastiku Melitensi — annullamenti ta' żwieġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi ta' annullament ta' żwieġ quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku Melitensi xahar b'xahar bejn Jannar u April 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Qrati Maltin ma tinżammx statistika ta' kawżi ta' annullament ta' żwieġ li jsiru quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku Melitensi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux rapporti mill-gvern jew xi awtorità tiegħu (Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew Transport Malta) dwar
a) is-sitwazzjoni tat-traffiku;
b) problemi ta' konġestjoni tat-traffiku f'partijiet speċifiċi jew fiż-żona in ġenerali ta':
i) il-Fgura;
ii) Wied il-Għajn;
iii) Żejtun
matul din il-leġislatura u l-legislatura preċedenti? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti rilevanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 26304 li ser jagħti l-Ministru għall-Infrastruttura, Transport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti mill-gvern jew xi awtorità tiegħu (Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew Transport Malta) dwar
a) is-sitwazzjoni tat-traffiku;
b) problemi ta' kongestjoni tat-traffiku f'partijiet speċifiċi jew fiż-żona in ġenerali ta':
i) il-Fgura;
ii) Wied il-Għajn;
iii) Żejtun
matul din il-leġislatura u l-legislatura preċedenti? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti rilevanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma sarux rapporti uffiċċjali rigward is-sitwazzjoni tat-traffiku u problemi ta’ konġestjoni fl-inħawi tal-Fgura, Wied il-Għajn u Żejtun iżda, minn żmien għall-ieħor, skont l-eżiġenzi ta’ Transport Malta, tinġabar informazzjoni estensiva dwar it-traffiku u tali informazzjoni tiġi analizzata w evalwata. Din l-informazzjoni tinkludi traffic count surveys, speed surveys, queues and delay surveys u informazzjoni dwar inċidenti tat-traffiku. Tali informazzjoni hija l-bażi tad-disinn għal skema ġdida ta’ Intelligent Traffic Management Systems, għall-iSpeed Policy u għall-ippjanar tas-servizz ġdid għat-trasport pubbliku. Dawn il-proġetti ġew mħejjija għall-gżejjer Maltin inklużi f’dawk il-lokalitajiet li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant. Tali proġetti jinkludu qafas ta’ CCTVs u VMSs, Ċentru għal Kontroll tat-Traffiku, l-iżvilupp ta’ Traffic Light Junction Clusters fi Triq Tal-Barrani u fi Vjal Santa Luċija, infrastruttura u rotot ġodda tat-trasport pubbliku kif ukoll proċeduri u linji gwida għall-veloċita’ fis-sewqan sabiex is-sistema eżistenti tat-traffiku tiġi ndirizzata b’mod ħolistiku bil-għan li titjieb l-effiċjenza tat-sistema tat-trasport b’mod sostenibbli u tiżdied is-sigurta’ fit-toroq.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 26150 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hawn persuni li minkejja li għalqu l-età pensjonabbli baqgħu jaħdmu:
a)
part-time
; u
b) full-time?
Kemm minnhom huma:
a) nisa;
b) irgiel?
Kemm iħallsu f'kontribuzzjoni għas-sigurtà soċjali dawn l-persuni? Jekk dawn ma jħallsux kontribuzzjoni għas-sigurtà soċjali, kemm iħallsu taxxa tad-dħul komplessivament? B'liema rata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-informazzjoni li għandha Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta` persuni li għalqu l-età pensjonabli u baqgħu jaħdmu kien ta’ 5,688 persuna fuq bażi part time li minnhom 4,200 kienu rġiel u 1,488 kienu nisa filwaqt li kien hemm 4,197 persuna li jaħdmu full time li minnhom 2,908 rġiel u 1,289 nisa.
In-numru ta’ persuni li laħqu l-eta’ tal-pensjoni u baqgħu jaħdmu hu ta’ 11,083 kif jidher fit-tabella iżjed ‘l isfel.
Retirement Pension
MF
FULL TIME3815998
PART TIME50101182
REDUCED HOURS 5622
88812202
Inżid ukoll illi l-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali li jħallsu dawn il-pensjonanti hu ta’ għaxra fil-mija tas-salarju bażiku fil-ġimgħa jekk il-pensjonant jagħmel xogħol bħala persuna impjegata u 15 fil-mija tad-dħul iddikjarat mill-impjieg għal rasu jekk il-pensjonant jagħmel xogħol għal rasu.
Id-dipartiment ma jkollux statistika dwar ir-rata ta’ tnaqqis ta’ taxxa.