Legislature:
Category:
Reset
Active:

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Bord tad-Diretturi

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-Bord tad-Diretturi (Board of Governors) tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi huwiex Advisory Board jew jekk hux Executive Board? Tista' tpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-terms of reference ta' dan il-Bord? Min huma l-membri? Meta nħatar dak li qed iservi bħalissa u meta jiskadi t-terminu tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t- terms of reference tal-Board of Studies tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Min huma l-membri attwali? Kif ġew maħtura? Meta jiskadi t-terminu tagħhom? Tista' tispjega r-rwol tal-co-ordinators fost l-istaff akkademiku tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kemm hemm iservu f'din il-kariga bħalissa u f'liema oqsma akkademiċi? B'liema proċedura jintgħażlu? X'inhu l-massimu ta' sigħat ta' tagħlim li jistgħu jagħmlu fil-ġimgħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 28587 tas-seduta 390.
Leg 11 PQ #29008 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familja — Avukati tat-Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna Avukati tat-Tfal attached mal-Qorti tal-Familja? Dawn huma full-time jew part-time? Kif intgħażlu? Kemm raw każijiet dawn l-avukati tat-tfal, avukat, avukat mill-bidu tas-sena sal-lum? Kif jiġi kkalkulat il-ħlas taghhom, bis-siegħa, skont il-każ, jew hemm ammont fiss li jingħata fix-xahar? Xi studju akkademiku jkunu għamlu, apparti l-Kors tal-Ligi, dawn l-avukati tat-tfal biex jinħatru f'dik il-mansjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja għandu tliet Avukati tat-Tfal li huma kollha fuq bażi part-time. Dawn l-avukati ntgħażlu wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' April 2010, skont il-kriterji hemm speċifikati. Infurmat ukoll illi mill-bidu ta' din is-sena sallum dawn it-tliet avukati raw 4 każijiet, 12-il każ u 13-il każ rispettivament. Dawn il-persuni fil-pożizzjoni ta’ Avukat tat-Tfal part-time ikunu meħtieġa jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa u jirċievu salarju ekwivalenti għall-minimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 pro-rata (bħalissa €9542.50 fis-sena).
Leg 11 PQ #2016 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Akkomodazzjonijiet Battala

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn djar jew postijiet t'akkomodazzjoni battala f'Malta u Għawdex? Liema huma l-għaxar irħula li fihom hemm l-aktar djar jew postijiet battala? Kemm intlaqgħu applikazzjonijiet għall-bini ta' units ġodda (jiġifieri postijiet ta' akkomodazzjoni ġodda) kull sena mill-MEPA għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor.Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni toħroġ miċ-ċensiment li kien sar fl-2005. *Vide PL 8198 li ngħatat nhar l-Erbgħa 19 ta' Ottubru 2011 fis-Seduta 395
Leg 11 PQ #10082 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tfal Għawdxin — kundizzjoni tad-dijabete

Question

B'referenza għat-tfal Għawdxin li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete, jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk kienx hemm żviluppi u jekk iva, kif wasal il-Gvern għal din is-soluzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmati li minn nofs is-sena 2009, bdiet tiffunzjona shared care clinic. Din tfisser illi konsulent pedjatri, speċjaliżżat fl-endokrinoloġija jattendi fuq bażi regolari fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn it-tfal jiġu invistati minn team ibbażat f’Għawdex li jieħu ħsiebhom kuljum flimkien mal-konsulent u l-infirmier li jitilgħu apposta mill-Isptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #16825 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kodiċi ta' etika

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kodiċi ta' etika li jorbot lil xi ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm żewġ kodiċi li bħalissa jorbtu lill-ħaddiema tal-MEPA. Id-diriġenti tal-MEPA, inkluż il-membri tal-Bordijiet, huma marbutin bil-kodiċi ta' Etika għas-servizz pubbliku li jorbot id-diretturi. Il-kumplament tal-ħaddiema huma marbuta bil-kodiċi ta' etika għall-ufficjali fis-servizz pubbliku. Tħejja abbozz ta’ Kodiċi tal-Etika għall-ħaddiema tal-MEPA li fuqu għad trid issir konsultazzjoni mal- unions . Għalhekk mhux prudenti li kopja ta’ dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra qabel issir din il-konsultazzjoni.
Leg 11 PQ #18946 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Mitħna ta' Kola tax-Xagħra - restawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' restawr u tiswijiet fil-Mitħna ta' Kola tax-Xagħra, Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħsara tmur lil hinn mill-antenni, u hemm xogħol ta’ restawr x’isir anke fuq il-mekkaniżmu intern. Saru l-istudji meħtieġa fuq il-mekkaniżmu intern kollu tal-mitħna, u ġie determinat ukoll il-kwalita ta’ injam li għandu jintuża. Ix-xogħol kollu meħtieg fuq il-mitħna kollha għandu jitlesta matul l-2011, iżda dan jiddependi wkoll minn xi permessi li jistgħu jkunu meħtiega. Il-flus għat-tiswijiet ġew allokati minn Heritage Malta. L-injam meħtieġ għat-tiswijiet tal-mitħna kellu jinxtara minn barra minn Malta, peress li f’Malta ma nstabx l-injam tal-ħxuna neċessarja li jkun diġà mnixxef. L-injam wasal Malta u x-xogħol mistenni jibda iżjed tard dan ix-xahar.
Leg 11 PQ #21775 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ewropea — kamp tal-patrimonju

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tax-xogħlijiet li saru fil-kamp tal-patrimonju (Heritage) fl-aħħar sena limitatament fejn ix-xogħlijiet kienu finanzjati totalment jew parzjalment minn fondi tal-Unjoni Ewropea? X'kienet l-ispiża u x-share li ħarġet l-Unjoni Ewropea f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li matul din is-sena tkompla l-Proġett ta’ €9.2 miljuni Archeological Heritage Conservation Project, 85% minnu ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. Dan jinkludi xogħol fuq żewġ siti ta’ Wirt Dinji – it-Tempji tal-Ġgantija u Ħal-Tarxien, kif ukoll il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat. Inħarġu wkoll it- tenders u ġew iffirmati kuntratti għall-istudji tekniċi neċessarji u skavar arkeoloġiku li ffurmaw il-bażi tad-disinn tat-titjib tal-esperjenza tal-viżitaturi f’dawn it-tliet siti. Ġew ukoll approvati l-permessi mill-MEPA sabiex tinbena tinda fuq it-Tempji ta’ Ħal-Tarxien (PA251/10), kif ukoll iċ-Ċentri ta’ Interpretazzjoni u xogħol ta’ landscaping fil-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija (PA5745/09) u fil-Katakombi ta’ San Pawl (PA5801/09). Ġew ippublikati t- tenders , u bħalissa jinsabu fi stadju ta’ evalwazzjoni sabiex dawn ix-xogħlijiet, jekk ma jkunx hemm appelli, jinbdew fl-aħħar tas-sena 2011. S’issa intefqu madwar €650,000 (Awwissu 2011). 85% (€552,500) ġew iffinanzjati mill-UE, filwaqt li 15% l-oħra (€97,500) tħallsu mill-Gvern Malti. Sal-aħħar ta’ din is-sena (2011) huwa stmat li jintefqu €621,000 oħra. Tkompla wkoll il-proġett tal-ESF dwar il-konservazzjoni tal-injam (1.31: Op. Prog II – Empowering people for more jobs and a better quality of life) li jammonta ghal €422,085. S’issa tħallsu jew qegħdin fil-proċess li jiġu mħallsa €234,455.49. Beda wkoll il-proġett tal-EAFRD li jikkonsisti fir-rijabilitazzjoni ta’ Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa u tal-Katakombi ta’ Bistra fil-Mosta. Dan il-proġett, li għadu fil-bidu tiegħu, jammonta ghal €4,835,700 u s’issa tħallsu €3748.78.
Leg 11 PQ #25007 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn — żvilupp tal-ġnien ta' quddiem il-knisja

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament jekk hemmx pjanijiet biex il-ġnien ta' quddiem il-Knisja ta' Wied il-Għajn jiġi żviluppat? Jekk iva, x'inhi t-talba/talbiet u jista' jagħti d-dettalji kollha fuq din it-talba jew dawn it-talbiet skont il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-informazzjoni li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għadda lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirriżulta li mhux se joħroġ l-expression of interest sabiex jiġi żviluppat Ġnein Sant’Anna. Dan peress li jirriżulta li l-proġett ippjanat ma ntlaqax tajjeb mir-residenti tal-inħawi.
Leg 11 PQ #25780 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

garanzija li jridu jħallsu l-bands u l-mużiċisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li band jew mużiċist irid iħallas total ta' garanziji ta' iktar minn €11,500 biex ikun jista' jagħmel outdoor performance u dan stante li jrid iħallas garanziji lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lis-CPD u lill-Kummissarju tal-Artijiet jekk il-performance tkun se ssir fuq art pubblika? Ma jaħsibx li dawn il-garanziji huma eċċessivi meta tqis li għal ħafna bands lokali, speċjalment dawk li jkunu rock u allura ma jintalbux idoqqu fi stabbilimenti privati f'Paceville, l-ammont ta' nies li jattendu jkun madwar 500 persuna u allura assolutament ma jagħmel l-ebda sens ekonomiku għalihom? Il-Prim Ministru se jagħmel razzjonalizzazzjoni ta' dawn il-garanziji biex effettivament inkabbru l-possibilità li bands Maltin idoqqu fl-apert għall-ġid tat-tixrid kulturali popolari u kontemporanju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li kunċerti pubbliċi, li jsiru f’postijiet li mhumiex koperti b’liċenza iridu jaderixxu ma’ numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li titħallas garanzija bankarja ta’ €11,644. Din il-garanzijia bankarja tiġi imposta sabiex tassigura li l-organizzaturi joqogħdu mal-kundizzjonijiet tal-permessi. Jekk jiġri dan allura l-garanzija tiġi rilaxxata. Il-kundizzjonijiet imposti fil-permess huma ntiżi sabiex jassiguraw bon ordni u li jitnaqqas il-periklu kemm għal min jattendi kif ukoll għal min joqgħod fil-viċinanza ta’ fejn issir l-attività. Filwaqt li nirrikonoxxi li mhux kull attività jkollha ntrojtu qawwi irridu nirrikonoxxu wkoll li hu fl-interess ta’ kulħadd, nkluż tal-organizzaturi li l-kundizzjonijiet, li kopja tagħhom qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jiġu rispettati. Il-garanzija li qiegħda tintalab hija mod effettiv biex tassigura li dan isir.
Leg 11 PQ #26149 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn — Maisonette bi ġnien

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16349 u site plan , li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li b'cirku blu qed jindika b'mod inekwivoku l-post de quo fir-raħal ta' Wied il-Għajn, jista' l-Prim Ministru jagħti t-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija oriġinali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA kienet ħarġet avviż tat-twettieq lil sid il-post fl-2006 bin-numru EC 535/06 fejn sid il-post ġie notifikat li -“Ma ffurmajtx it-triq skont il-livelli uffiċjali, qiegħed tokkupa triq proġettata b'affarijiet bħal flower pots. barbeque set, mwejjed u siġġijiet eċċ., dan kollu mingħajr permess” Sid il-post ma appellax mill-avviż tat-twettieq u fl-2009 ittieħdet azzjoni diretta biex titnaddaf u tiġi ffurmata l-parti skemata bħala triq. It-triq għandha titħalla aċċessibli għall-pubbliku kif inhi skemata għax din hija bżonjuża biex tgħaqqad Triq L-Iskal ma’ Sqaq il-Ħarruba u ma' toroq oħra li jridu jiġu ffurmati biex jagħtu aċċess għall-żvilupp residenzjali.
Leg 11 PQ #28311 Sitting 390 2011-10-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

twaqqif ta' union tal-pulizija

Question

Tenut kont li l-gvern ta' commitment fil-Parlament li sal-ewwel tliet xhur tas-sena kurrenti kienet se titwaqqaf union tal-pulizija, b'poteri li ma jinkludux id-dritt ta' strajk fost oħrajn, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-gvern milli jwettaq il-wegħda tiegħu tenut kont li wasalna fl-aħħar tliet xhur tas-sena kurrenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirriferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Interpellanzi numri 15127 u19726 u ngħarrfu li l-proċess sabiex jiġu stabbiliti l-parameteri adegwati għat-twaqqif ta’ union għall-membri tal-Korp tal-Pulizija qiegħed fl-aħħar stadji tiegħu u diġà tressaq l-ewwel qari għall-emendi neċessarji.
Leg 11 PQ #28314 Sitting 390 2011-10-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Heritage Malta — tbagħbis ta’ biljetti tad-dħul f’mużewijiet u siti storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk f’dawn l-aħħar tliet snin f’Heritage Malta sarux investigazzjonijiet u sarux rapporti dwar tbagħbis ta’ biljetti tad-dħul f’mużewijiet u siti storiċi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru? X’passi ttieħdu f’Heritage Malta f’dawn l-aħħar tliet snin biex abbużi bħal dawn jiġu mnaqqsa u possibilment eliminati u x’passi ttieħdu fuq min seta’ jew ġie indikat jew kien hemm ħjiel li abbuża? Jikkonferma li fost is-siti li fihom ġie indikat tbagħbis sistematiku ta’ biljetti kien hemm it-tempji ta’ Ħal-Tarxien, Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Jista' jikkonferma li konsegwenza ta’ rapporti li saru fuq tbagħbis ta’ biljetti ta’ dħul f’siti u mużewijiet ta’ Heritage Malta f’dawn l-aħħar tliet snin din l-aġenzija neħħiet persuna jew persuni minn fuq il-front desk u jikkonferma li waħda minn dawn il-persuni hekk imneħħija issa applikat u se tieħu promozzjoni għal grad ogħla milli għandha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li f’ Gunju 2009 fuq talba tal Bord tad-Diretturi ta’ Heritage Malta kien sar ezercizzju mill-Internal Audit and Investigations Division dwar diversi aspetti tal-processi dwar l-operat tal-muzewijiet u siti. Dan ir-rapport huwa meqjus kunfidenzjali skont id-dispozizzjonijiet tal-Att dwar Awditjar Interni u Investigazzjonijiet Finanzjarji (Kap. 461 Artiklu 22(2)). Minn naha taghha Heritage tara li tiehu l-azzjonijiet mehtiega f’kaz li jirrizultaw fatti dwar nuqqasijiet jew abbuzi. Nikkonferma li fost it-tlettax-il-sit / muzew li dwarhom sar ir-rapport kien hemm it-tempji ta’ Hal Tarxien, Hagar Qim u l-Mnajdra. Ir-rakkomandazzjonijiet mghoddija fir-rapport gew indirizzati w ittiehdu l-passi necessarji dwarhom, kif ukoll twettqu mizuri ohra b’inizjattiva tal-Agenzija stess. Il-mizuri li ttiehdu madwar is-siti / muzewijiet kollha tul l-ahhar tlett snin kienu li: § Twahhlu turnstiles f’ muzewijiet u siti li kien ghad baqa’ jitwahhlu § Saret rotation ta’staff fis-siti / muzewijiet; § Isiru spot checks spontanji ta’ spiss fuq biljetti tal-entratura fis-siti / muzewijiet; § Kuljum isir reconciliation tal- cash mal-bejgh ta’ biljetti. § Iddahhlu Standard Operating Procedures dwar: i. in-numru ta’ vizitaturi mall-gwida tat-turisti jigi’ ccekkjat man-numru ta’ biljetti murija ii. ‘Senior citizens’ u studenti jehtieg juru I.D card/Student’s Card qabel ma jinqatgha biljett bi prezz specjali § Isir moniteragg ghall uzu’ ta’ personal I.D. tags tal-impjegati rigward dhul u hrug f’muzewijiet u siti. § Il-biljetti tal-entratura tal-muzewijiet jridu jingahtaw lill vizitaturi filwaqt li l-istub tal-biljett irid jinzamm mill-impjegat u fl-ahhar tal-gurnata jrid jirrikoncilja man-numru tal-bejgh tal-biljetti § Jintuzghaw ‘ mystery shoppers ’ sabiex jaghtu opinjoni dwar is-servizz li jinghata kif ukoll kontrolli ohra Ebda persuna ma tnehhiet konsegwenza ta’ rapport, Heritage Malta hadet hsieb li twettaq ezercizzju ta’ rotation ta’ staff. Fl-ahhar sejhiet li hargu ghal applikazzjonijiet kien hemm mhux inqas minn hdax il-impjegat mill-muzewijiet / siti li applikaw ghal promozjonijiet offruti ghal varji vakanzi. Peress li ebda persuna ma tissemma fir-rapport tal- internal audit , li l-maggor parti tal-istaff kien iccaqlaq bir- rotation , u li kienu diversi li ricentement applikaw ghal promozzjoni, l-ahhar parti tal-mistoqsija mhux possibbli li tigi mwiegba.

Żejtun — Triq Toni Zahra - problema ta' ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk lill-gvern jirriżultawlux problemi kbar ta' ilmijiet fiż-żona ta' Triq Toni Zahra fiż-Żejtun li tieħu għall-ġibjun li hemm f'dik l-akwata meta tagħmel ix-xita? Għandu l-gvern pariri tekniċi dwar kif tista' tissolva din il-problema? Jaħseb li l-gvern qed jagħmel dak kollu meħtieġ biex din il-problema tissolva?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija diġà għandha l-infrastruttura ta’ kanali adekwati u li l-problema dwar l-ilma tax-xita hi kkaġunata minn nuqqas ta’ tindif tal-istess kanali; liema tindif jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-kunsill lokali.

ilma għat-tisqija tal-għelieqi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-ilma li jintuża għat-tisqija fir-raba li ġej mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Sant Antnin f'Wied il-Għajn u li jagħti għal tas-Silġ, qed jgħaddi mill-kanali li hemm fl-għelieqi b'mod għal kollox erratiku u b'mod li allura, in vista tal-erraticità, mhux qed jintuża kif xieraq mill-bdiewa li suppost jibbenefikaw minnu? Huwa sew li ġieli l-ilma jinfetaħ matul il-lejl għall-insaputa tal-bdiewa u allura effettivament dan l-ilma ma jintużax?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif indika sew l-Onorevoli Interpellant, l-ilma fil-ġibjun imsemmi ġej mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f' Sant Antnin f'Wied il-Għajn. L-ilma ġġenerat f’dan l-impjant preżentement iforni sitt ġibjuni. Sabiex l-ilma jista’ jasal fil-ġibjuni hemm bżonn li jkun kemm ċertu livell ta’ volum sabiex tittella’ l-pressa. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li tisfija tad-drenaġġ eventwalment se tgħaddi għall-impjant il-ġdid f’ Ta’ Barkat u għalhekk preżentement ninsabu f’fażi transitorija.

ITS — Bord tad-Diretturi - terms of reference

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-Bord tad-Diretturi tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi huwiex Advisory Board jew jekk hux Executive Board? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-terms of reference ta' dan il-bord? Min huma l-membri? Meta nħatar dak li qed iservi bħalissa u meta jiskadi t-terminu tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Board of Studies tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Min huma l-membri attwali? Kif ġew maħtura? Meta jiskadi t-terminu tagħhom? Tista' tispjega r-rwol tal-co-oridnators fost l-istaff akkademiku tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Kem hemm iservu f'din il-kariga bħalissa u f'liema oqsma akkademiċi? B'liema proċedura jintgħażlu? X'inhu l-massimu ta' sigħat ta' tagħlim li jistgħu jagħmlu fil-ġimgħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19605 seduta 263 u għal kopja tat-Terms of Reference li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Bord inħatar f’Ġunju 2011 għal sena u huwa kompost minn dawn il-membri:- Claire Zammit Xuereb - Chairperson Joe Tanti - Membru Nadya Theuma – Membru M Louise Mangion – Membru Joseph Micallef – Membru Edwin Borġ – Membru Angele Attard – Membru Anne Marie Cauchi – Membru Walter Cassar – Membru Il-Board of Studies huwa responsabbli minn konsultazzjoni akkademika huwa kompost mid-Direttur Eżekuttiv, id-Deputat Direttur, 2 membri mil- Board of Governors u 2 membri eletti fost l-istaff akkademiku li jinħatru għal sentejn. It-terminu jiskadi fl-aħħar tas-sena 2012. Is -subject coordinators jinħatru wara sejħa nterna għal applikazzjonijiet meta l-Management tal-ITS iħoss il-ħtieġa li huwa opportun. Is- subject coordinators jkunu assenjati doveri mil-Management skont il-Ftehim Kollettiv. Bħalissa hemm 6 Subject Coordinators li għandhom minimu ta’ 16-il siegħa allokati għat-tagħlim.

Università ta' Malta — kors ta' PGCE

Question

Tista' l-Ministru tispjega jekk l-istudenti kollha li applikaw għall-kors ta' PGCE fid-diversi suġġetti għal din is-sena skolasitka li bdiet it-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2011 humiex se jiġu aċċettati mill-Università ta' Malta biex jibdew dan il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikanti bil-kwalifikazzjonijiet kollha meħtieġa li applikaw għall-kors li jwassal għall-PGCE fil-Computing, l-Ingliż, il-Franċiż, l-Istorja, it-Taljan, il-Matematika, l-Edukazzjoni Reliġjuża, ix-Xjenza u l-Ispanjol ġew aċċettati fil-qasam li għażlu. L-għadd ta’ studenti aċċettati f’dan il-kors għadu qed jiġi finalizzat minħabba li sa nhar il-Ġimgħa filgħaxija, xi applikanti li ġew offruti post fis-suġġett li għażlu rrifjutaw dan il-post u rtiraw l-applikazzjoni tagħhom. L-applikanti li kienu immedjatament warajhom fuq il-lista gradwatorja qegħdin jiġi kkuntattjati biex jidħlu fil-kors. In-numru totali tal-istudenti fil-kors se jkun ta’ madwar 150. Bħalissa hemm għadd ta’ applikanti kkwalifikati fis-sitt suġġetti li ġejjin li ma ġewx offruti post fuq il-kors minħabba nuqqas ta’ postijiet għat- Teaching Practice . L-għadd ta’ studenti f’dawn is-suġġetti kellu jkun limitat minn xi ftit snin ‘l hawn: Il-Malti: 30 Personal and Social Development: 36 Il-Ġografija: 4 Business Education: 10 Il-Mużika: 2 l-Istudji Soċjali: 4 Il- lectures fis-suġġetti kollha bdew illum.

Power station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern fiż-żona li sal-lum tilqa' fiha l-power station tal-Marsa ġaladarba din il-power station tingħalaq? Meta se tingħalaq il-power station tal-Marsa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi la darba tagħlaq il-power station tal-Marsa din il-proprjetà se tiġi mgħoddija lura lill-Gvern Malti bħala parti mir-rifinanzjament tal-Korporazzjoni bl-SPV (Special Purpose Vehicle). Din ser tingħalaq meta jiġi kkummissjonat l-interconnector bejn Malta u Sqallija.

Power station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern fiż-żona li sal-lum tilqa' fiha l-power station tal-Marsa ġaladarba din il-power station tingħalaq? Meta se tingħalaq il-power station tal-Marsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett imsemmi huwa parti mill-pjan ta’ twettiq tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) imwaqqfa fi ħdan il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex iressaq it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

ħlasijiet mill-PBS lil Where's Everybody?

Question

Tista' l-Ministru tispjega xi ħlasijiet saru mill-Public Broadcasting Services lid-ditta Where's Everybody?, speċifikament għall-programm Bondiplus matul l-iskeda tax-xitwa tas-sena 2010/2011? Kemm hu prospettat li jsiru ħlasijiet lill-istess ditta matul l-iskeda tax-xitwa li ġejja, jiġifieri 2011/2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minkejja li l-programm Bondi+, il-programm Xarabank u l-programm Bijografiji prodotti mill-kumpanija Where’s Everybody għal PBS huma programmi li jwettqu missjoni ta’servizz ta’ xandir pubbliku (extended public service obligation programmes) fil-fatt m'huma qed jirċievu l-ebda fondi milli jagħti l-gvern għal programmi ta’ dan it-tip. Bejn il-PBS u l-WE hemm ftehim purament kummerċjali u bħal kull ftehim ieħor kummerċjali li tidħol għalih il-kumpanija huwa kunfidenzjali.

Liġijiet tas-Sanità

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-gvern huwiex beħsiebu jaġġorna għaż-żmenijiet tal-lum il-liġijiet tas-sanità? Jekk iva, f'liema oqsma? Ma jaħsibx li l-liġi - li saret fi żmien meta f'Malta ma kienx hawn elettriku u lanqas sistemi ta' arja kondizjonata - għandhiex tkun aġġornata għaż-żminijiet tal-lum u jikkonsidra l-iżviluppi li saru fis-sengħa tal-kostruzzjoni u anke fit-teknoloġija, bħal per eżempju sistemi ta' ventilazzjoni mekkanizzati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar informazzjoni fuq liema liġijiet ‘tas-sanità qiegħed jirreferi, dan minħabba n-numru vast ta liġijiet li jeżistu, li jirrigwardjaw diversi oqsma bħal-ikel, bini u drenaġġ, tipjip, ċimiterji, skart, tpinġija fuq il-ġisem (tattoo) u ħafna oqsma oħra. Ħafna minn dawn il-liġijiet jirriflettu l-iżvilupp li sar u huma tassew aġġornati anke ma regoli tal-Unjoni Ewropeja. Madankollu, hemm xi oqsma li jrid isir xi tibdil fihom u kien hemm anke abbozzi dwarhom. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-liġijiet tal-bini u ventilazzjoni nixtieq ninfurmah illi għalkemm sar żvilupp kif imsemmi minnu, bla ebda dubju l-ventilazzjoni naturali hija essenzjali. Ta’ min wieħed jinnota li għadu kif inbeda process biex dawn ir-regolamenti jiġu riveduti.