Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk hux minnu li għadd ta' ħaddiema tal-MCAST, inkluż ħaddiema li ilhom hemm mit-twaqqif tal-MCAST, qed jiġu offruti kuntratti ta' sena waħda biss b'mod ripetut u allura bi ksur tal-artiklu 7a tal-Avviż Legali 51 tal-2007? Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra għaliex għadd ta' lecturers ġew idderiġuti biex jaqilbu l-istatus tagħhom minn impjegati għal self-employed biex b'hekk tilfu għadd ta' drittijiet li joħorġu mill-istat tagħhom ta' impjegati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda ħaddiem fl-MCAST ma jiġi offrut kuntratt ta’ sena waħda b’mod ripetut, barra fil-każ ta’ lecturers li jiġu mpjegati fuq bażi part-time biex jaqdu bżonnijiet li ma jkunux ta’ natura permanenti.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, għal raġunijiet amministrattivi, is-sena l-oħra kien ġie deċiż li l-
part-time lecturers
jiġu ingaġġati fuq
contract for service
minflok fuq
contract of service
. Aktar tard din id-deċiżjoni ġiet riveduta u l-impieg ta’
part-timer lecturers
reġa’ beda jsir fuq bażi ta’
contract of service
. Din id-deċiżjoni ġiet estiża għall-
part-timers
kollha li qabel kienu ġew offruti
contract for service
.
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif dokumenti tal-Kabinett spiċċaw f'idejn is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, tant li mar bihom u qagħad jikkwota minnhom fi programm Bondi+ tat-3 ta' Novembru, 2011? Jaqbel li din hija ħaġa ħażina u tmur kontra il-prinċipju ta' proċedura amministrattiva serja?
Tim Nazzjonali tar-Rugby Union ta' Malta — faċilitajiet għall-prattika ta' dan l-isport
Question
Tenut kont li t-tim Nazzjonali tar-Rugby Union ta' Malta avvanza fit-42 post fl-IRB rankings (sa ftit ilu kien qiegħed fit-53 post) - qed nissorpassaw pajjiżi bħall-Olanda - u dan anke wara żewġ rebħiet infila kontra l-Latvja u l-Litwanja; tenut kont li ħafna mill-plejers Maltin ma jitħallsux biex jilagħbu għal Malta u ħafna minnhom jieħdu l-leave mix-xogħol tagħhom biex jirrappreżentaw il-kuluri ta' Malta u allura qed jagħmlu sagrifiċċju mhux żgħir; tenut kont li x-xena tar-rugby Maltija hija nieqsa mill-fondi u hu biss għal numru ta' sponsors li dan is-suċċess jista' jissokta; tenut kont li t-tim tar-rugby mexa 'l quddiem ħafna fil-11-il sena li ilu mwaqqaf; tenut kont li għadd ta' tfal qed jibdew jilagħbu r-rugby kull nhar ta' Ħadd filgħodu; tenut kont li l-Malta Rugby Football Union addirittura tħallas lil Hibernians FC talli tuża l-istadium tal-football tal-Hibs għal-logħbiet internazzjonali; tenut kont li fid-dinja tar-
rugby
internazzjonali u anke fuq il-
website
tal-IRB [
www.irb.com
] il-Gvern Malti semma l-proġett tal-White Rocks bħala proġett li kien se jinkludi National Rugby Stadium, għadd ta'
pitches
u villaġġ tal-isport; tenut kont li fl-aħħar xhur ma smajna propriju xejn iktar; tenut kont li l-gvern kien anke ħareġ
expression of interest
għal investiment fil-Marsa Sports Complex fejn sal-lum hemm l-uniku speċi ta'
training pitch
li jintlab ir-
rugby
fih imma apparentement ftit jew ħadd ma wieġeb għall-
expression of interest
; tenut kont li l-Prim Ministru kien wiegħed espressament lid-dilettanti u d-dirigenti tar-
rugby
il-bini u l-ghoti tal-faċilitajiet meħtieġa; tenut kont li l-Gvern Malti prattikament ma jgħin xejn lil dan l-aqwa tim li qatt kellu pajjiżna f'kull
team sport
u anzi qiegħed ifalli milli jwettaq il-wiegħda li kien għamel; tista' l-Ministru tgħid b'mod ċar meta u fejn se jinbnew faċilitajiet adegwati lill-MFRU u kif effettivament il-gvern se jibda jgħin għat-tifrix tar-
rugby
bħala sport f'pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern tassew japprezza s-suċċessi tar-Rugby u jfittex li jgħinhom b’diversi modi u għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant mhux korrett meta jgħid li l-Gvern Malti ma jgħin xejn ir-Rugby. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ħames snin Il-Malta Rugby Union kif ukoll timijiet lokali tar-Rugby irċevew total ta’ €181, 026 f’assistenza mingħand il-Gvern li kienet tinqasam: f’€46,095 f’assistenza finanzjarja diretta u €134,931 f’sussidju fuq kiri ta’ faċilitajiet tal-Gvern biex fihom setgħu jagħmlu t-taħriġ u l-kompetizzjonijiet lokali. Plejers u uffiċċjali li jakkumpanjaw lit-team u li jaħdmu mal-Gvern huma intitolati ukoll għal special sport leave. Il-gvern jibqa’ kommess li jipprovdi faċilitajiet għar-rugby kif diġa qiegħed jagħmel u li jesplora kull possibilita li jżidhom kif miftiehem mal-MRFU. Barra minhekk il-Kunsill Malti għall-Isport permezz tad-diversi programmi sportivi tiegħu introduċa l-logħba tar-rugby fost it-tfal tant li fl-aħħar snin 785-il tifel u tifla ġew introdotti għal din il-logħba permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena kemm saru bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin u jispeċifika f'liema data u ħinijiet saru peress li fuq kull bomb threat call fiergħa ssir investigazzjoni? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena kien hemm għaxar rapporti lill-Pulizija dwar telefonati relatati ma’ bomb threats/hoax li jirrigwardjaw il-Qrati Malta. Dawn kollha kienu jikkonċernaw il-Qorti fil-Belt Valletta, u saru kif gej:
Data
Hin
25/02/2011
14:02
28/03/2011
10:04
21/03/2011
09:50
18/04/2011
08:50
18/05/2011
10:45
16/05/2011
09:21
06/06/2011
12:00
27/09/2011
11:00
02/09/2011
09:30
27/10/2011
09:15
Infurmat ukoll illi minn dawn il-każijiet ġiet solvuta dik tat-18 ta’ Mejju.
Jista' l-Ministru jindika x'beħsiebu jagħmel bl-art li sa ftit snin ilu kienet tilqa' fiha l-Marsa Shipbuilding? Mill-privatizzazzjoni tad-Drydocks ta' Bormla sal-lum, kemm-il parti jew biċċa jew biċċiet tal-medda tal-ex Marsa Shipbuilding inkriet jew inkrew lil terzi? Għal kemm żmien u b'liema prezz? Lil min?
Fiex qed tintuża l-ex Marsa Shipbuilding illum? X'makkinarju fadal fuq is-sit tal-ex Marsa Shipbuilding u kemm hu stmat illi jiswa? X'se jsir minn dan il-makkinarju? Qed issir manutenzjoni biex dan il-makkinarju jibqa' f'kundizzjoni tajba? Għaliex ftit tal-ġimgħat ilu ngħatat ordni biex il-baċir (l-uniku baċir) li hemm fl-ex Marsa Shipbuilding jerġa' jimtela' bl-ilma? Kemm sewa l-proċess biex il-baċir jerġa' jimtela' bl-ilma? X'użu sar minn dan il-baċir hekk mimli bl-ilma? Għaliex sal-lum il-baċir għadu mimli bl-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tas-Sliema — chalet - kostruzzjoni tal-istil art nouveau
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25278 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-kostruzzjoni tal-istil art nouveau li kienet magħrufa komunement bħala x-Chalet f'Tas-Sliema, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra:
a) kemm ilha li ġiet imġarrfa;
b) jekk il-fondament li hemm illum humiex proprjetà tal-gvern jew inkella l-pussess tagħhom huwiex f'idejn terzi? B'liema titolu;
ċ) jekk il-gvern għandux ħsieb li minflok iħalli t-tiġrif li indubjament huwa eye-sore meta mqabbel mas-sħubija taż-żona, jinċentiva b'xi mod jagħmel xi tip ta' żvilupp konsonanti max-Chalet l-antik jew xort'oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-binja li kienet magħrufa bħala x-chalet f’Għar id-Dud f’Tas-Sliema nħatt fl-2006. L-art li fuqha kien hemm mibni ix-Chalet hija proprjetà tal-gvern u m’hemm l-ebda kirja jew ċens fuqha. Il-gvern qiegħed jikkonsidra x’jista' jsir f’dan is-sit.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-impjegati akkademiċi li qed jagħtu servizz full-time tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għandhom xi waħda minn dawn il-kwalifiki: dottorat (PhD), masters degree, bachelor degree, higher national diploma, diploma, certificate u ECDL (ECDL Core 7 modules)? Kemm minn dawn l-impjegati għandhom permanent teachers’ warrant? Kemm minn dawn l-impjegati għandhom B.Educ jew Post-Graduate Certificate in Education jew kwalifika f’livell terzjarju li hija diretta fil-qasam tal-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-istaff maniġerjali u l-Board of Governors tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għandhom xi waħda minn dawn il-kwalifiki: dottorat (PhD), masters degree, bachelor degree, higher national diploma, diploma, certificate u ECDL (ECDL Core 7 modules)? Kemm minn dawn għandhom permanent teachers’ warrant? Kemm minnhom għandhom B.Educ jew Post-Graduate Certificate in Education jew kwalifika f’livell terzjarju li hija diretta fil-qasam tal-edukazzjoni (jiġifieri tinkludi xi forma ta' pedagoġija jew management ta' istituzzjoni akkademika)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tippubblika d-diets, inkluż l-ismijiet tal-units mgħallma (inkluz dawn tal-prattika) u n-numru ta’ sigħat u f’liema semestru jiġu mgħallma, tal-korsijiet kollha full-time li qed jingħataw fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Tista’ l-Ministru tinkludi wkoll id-diets ta' dawk il-korsijiet li minkejja li kienu offruti fil-prospett tal-ITS li nħareġ f’Ġunju 2011 ma fetħux f’din is-sena akkademika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm iggradwaw sena b'sena fl-aħħar ħames snin f:
a) Diploma;
b) Masters fl-Istudju tat-Traduzzjonijiet?
Jista' jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm persuni bdew jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea bħala tradutturi fid-diversi skali? Kemm hemm Maltin li jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet Ewropej, istituzzjoni istituzzjoni u f'liema karigi?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għar-rigard it-tieni parti tal-mistoqsija dwar impjegati bħala tradutturi ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm iggradwaw sena b'sena fl-aħħar ħames snin f:
a) Diploma;
b) Masters fl-Istudju tat-Traduzzjonijiet?
Tista' tgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena kemm persuni bdew jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea bħala tradutturi fid-diversi skali? Kemm hemm Maltin li jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet Ewropej, istituzzjoni istituzzjoni u f'liema karigi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ gradwati fl-aħħar ħames snin fil-Postgraduate Diploma u Master in Translation.
La l-Universitá ta’ Malta u lanqas il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħrig ma għandha l-ebda informazzjoni dwar l-impieg ta’ dawn il-gradwati Maltin li jmorru jaħdmu barra min Malta.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament kemm kien l-ammont ta' viżitaturi li żaru Ħaġar Qim u l-Imnajdra bejn Ġunju u Settembru ta' din is-sena? Kif jikkompara dan mas-sena ta' qabel u mal-perjodu ta' Jannar-Mejju 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wied il-Għajn — Triq Patri Wistin Born - inkonvenjenzi fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Patri Wistin Born, Wied il-Għajn peress li r-residenti qed ibatu minn ħafna inkonvenjenzi? Sakemm issir, jista' jara li jkun hemm azzjoni temporanja sabiex l-inkonvenjenzi ma jissoktawx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parti l-kbira ta' din it-triq għadha mhux żviluppata u għalhekk ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq li Transport Malta tista' tagħmel.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-kors part-time għall-gwidi turistiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi bediex fis-17 ta' Ottubru 2011? Dan il-kors huwa ġdid jew sempliċement kontinwazzjoni ta' dak li kien qed isir diġà fix-xhur li għaddew? Jekk inhu ġdid, meta saret is-sejħa pubblika? Kemm applikaw studenti, meta saru l-interviews u kemm ġew aċċettati? Jekk inhu kontinwazzjoni, x'kienu l-"kwistjonijiet loġistiċi" li ssemmew f'rapport fil-mezzi tal-istampa? Min huma l-lecturers?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kors part-time tal-gwidi (kontinwazzjoni) beda fis-17 ta’ Ottubru 2011. Avviż tal-ftuħ ta’ dan il-kors ingħata fil-5 ta’ Ottubru. Il-kwistjonijiet loġistiċi kienu primarjament relatati man-numru ta’ studenti mill-istess kors li ikkonfermaw li jixtiequ ikomplu bl-istudji tagħhom fuq bażi part-time. Il-lekċerers huma Daniela Vassallo, Glorianne Mizzi, Ruth Azzopardi u Simon Salafia.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati għall-iffirmar ta’ Ftehim Kollettiv Ġdid għall-impjegati akkademiċi fl-Istitut ghall-Istudji Turistiċi, liema ftehim skada fl-1 ta’ Jannar 2010 u li wassal biex l-Malta Union of Teachers tirreġistra tilwima industrijali? Meta saret l-aħħar laqgħa uffiċjali bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers fejn kien diskuss il-Ftehim Kollettiv ġdid? Hemm xi laqgħat oħra ppjanati għall-futur qrib?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ftehim kollettiv għall-impjegati akkademiċi tal-ITS ma skadiex fl-1 ta’ Jannar 2010, imma fl-1 ta’ Jannar 2011.
It-taħditiet għal ftehim kollettiv ġdid ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur. Ninsab infurmata li kien hemm konferma mill-MUT għal laqgħa li jmiss ġurnata qabel ma ħarġet it-tilwima industrijali. Il-laqgħa kienet ġiet ikkonfermata mill-istess MUT għal 21 ta’ Ottubru 2011.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tgħix f'dar li ngħatat lilha b'Housing Soċjali b'titlu ta' kera, liema dar hija litteralment ikkundannata u ta' periklu kbir u mhix abittabbli? Għaliex din ix-xwejħa, li tgħix weħedha ma tingħatalhiex residenza iktar addattata ta' Housing Soċjali qabel ma tiġri xi traġedija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2001 id-Department tal-Bini u Tiswija ta’ Djar għamel xi xogħlijiet biex jittranġa l-periklu strutturali fil-post fejn toqgħod il-persuna li għalija qegħda ssir referenza. Fl-2003, is-sezzjoni tal-care and repair fi ħdan l-Awtorità tad-Djar reġgħet għamlet żjara f’dan il-post sabiex isir xi xogħol tat-titjib u rranġar f’din ir-residenza iżda din il-persuna ma kienitx interessata fit-titjib u rranġar tal-fond fejn toqgħod iżda riedet biss akkomodazzjoni alternattiva. Għaldaqstant hija ġiet offruta tlett postijiet ġewwa l-Mosta, Bormla u l-Belt Valletta liema postijiet ġew kollha rrifjutati.
L-Awtorità tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika post ieħor bit-tama li din id-darba jkun aċċettat mill-applikant.
trab iswed fil-Fgura — rapport fuq is-saħħa tan-nies
Question
Tenut kont tar-rapport tekniku li għadu kemm ġie ppubblikat dwar is-sors tat-trab iswed fil-Fgura li però ma daħalx fl-aspett tas-saħħa tan-nies tal-Fgura, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu huwiex beħsiebu jinkariga espert jew esperti biex jistudja r-relazzjoni bejn dan it-trab iswed u s-saħħa tan-nies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar diġà kkomunikat mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali f’dan ir-rigward u dan qed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu d-diskussjonijiet mad-dilettanti tal-Karnival dwar id-diversi oqsma li dwarhom l-istess dilettanti għeddew li ma jipparteċipawx fil-Karnival f'każ li ma jintlaħaqx qbil dwarhom? Senjatament, x'sar mill-proġett li jiġi stabbilit Villaġġ tal-Karnival f'Kordin in linea mal-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista fl-2008? Fiex se jkun jikkonsisti dan il-villaġġ? Kemm hu l-ammont li se jintnefaq fuq dan il-villaġġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. W285
Università ta' Malta — informazzjoni dwar Dar l-Istudent
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament min hu l-proprjetarju tal-blokka tal-Università ta' Malta li jisimha Dar l-Istudent (Student House) u jekk il-pussess tal-istess blokka huwiex mogħti lil terzi, senjatament il-Kunsill Studenti Universitarji? B'liema titlu dawn it-terzi għandhom il-pussess ta' Dar l-Istudent u xi drittijiet għandhom fuq din il-binja? Jista' jgħid jekk din ir-relazzjoni ġietx regolata b'xi kuntratt pubbliku/privat jew inkella b'xi xorta oħra inskritt?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Università ta' Malta — informazzjoni dwar Dar l-Istudent
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament min hu l-proprjetarju tal-blokka tal-Università ta' Malta li jisimha "Dar l-Istudent" (Student House) u jekk il-pussess tal-istess blokka huwiex mogħti lil terzi, senjatament il-Kunsill Studenti Universitarji? B'liema titlu dawn it-terzi għandhom il-pussess ta' Dar l-Istudent u xi drittijiet għandhom fuq din il-binja? Tista' tgħid jekk din ir-relazzjoni ġietx regolata b'xi kuntratt pubbliku/privat jew inkella b'xi xorta oħra inskritt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proprjetarjà tal-blokka tal-Università ta’ Malta illi qed tiġi msemmija fil-mistoqsija parlamentari hija tal-istess Università ta’ Malta.
Il-pussess tal-istess blokka ma ġiex mogħti lil terzi.
Iżda, qed jiġi konċess lill-Kunsill tal-Istudenti Universitarji, b’mera tolleranza, sabiex jamministraw parti mill-blokka hekk imsejħa ‘Students’ House’.
Dan sar permezz tad-deċizjoni tal-Kunsill tal-Università tat-30 ta’ Marzu 1994.