Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Primarja tal-Fgura — livell ta' indafa u manutenzjoni ordinarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern huwiex kuntent bil-livell ta' indafa u livell ta' manutenzjoni ordinarja tal-Iskola Primarja tal-Fgura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-livell ta' ndafa tal-iskola Primarja tal-Fgura tjieb dan l-aħħar wara li żdiedu żewġ part-time cleaners, u t-tindif isir regolari u ta' kuljum. Il-manutenzjoni ordinarja li tinqala’ issir kemm mill-ħaddiema anċillari tal-iskola u anke mill-ħaddiema tal-kulleġġ. Dan is-sajf sar xogħol ta' manutenzjoni estensiv fil-blokk tal-kindergarten, li kien jinkludi plumbing, tibjid u tiswija tal-membrane.

informazzjoni dwar studenti fl-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja

Question

B'referenza għal kull istituzzjoni edukattiva post-sekondarja, tista' l-Ministru tindika: a) in-numri ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2010/2011 maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja; u b) in-numru ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2010/2011 imma li rriżenjaw/telqu/abbandunaw il-kors tagħhom u dawn maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30599 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kwestjoni dwar ġurnalist li kiteb fuq Sir Paul Boffa

Question

B'referenza għad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijet tal-Bniedem deċiża nhar it-22 ta' Novembru, 2011 fuq talba ta' ġurnalist bl-isem ta' John Mizzi kontra Malta dwar kummenti li hu għadda f'ġurnal lokali dwar Sir Paul Boffa, li serva ta' Prim Ministru ta' pajjiżna fl-ewwel elezzjoni ta' wara l-gwerra (fost karigi oħrajn), jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Istat Malti huwiex beħsiebu jagħmel użu mid-drittijiet tiegħu taħt il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u r-regoli tagħha u jintavola talba għal reviżjoni (review) quddiem il-Grand Chamber, anke imma mhux biss in vista tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamlu l-familjari u dixxendenti ta' Sir Paul? Huwa minnu li l-familjari u dixxendenti ta' Sir Paul ma ġewx ikkonsultati meta s-Sur John Mizzi, kif kellu kull dritt jagħmel, intavola kawża quddiem il-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kontra Malta? Għaliex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-Gvern qiegħed jikkunsidra r-reazzjoni tiegħu għas-sentenza ċitata wkoll fid-dawl tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni kif enunċjat fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem illi tidher illi in linea ġenerali hija iżjed permissiva minn dik tas-sentenzi tal-Qrati Maltin f' dan il-każ f'dak li jirrigwarda l-limiti ta' tolleranza ta' kritika u allegazzjonijiet fil-qasam politiku u tal-interpretazzjoni tal-istorja. Il-Qorti Ewropeja hija wkoll magħrufa illi hija ħafna iżjed stretta fl-atteġġjament tagħha dwar limitazzjonijiet ta' kritika fil-qasam politiku milli hija, per eżempju, fuq limitazzjoniiet fuq il-liberta' tal-espressjoni għall-skopijiet soċjali oħra. Il-kawżi istitwiti fil-Qorti Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem huma istitwiti kontra l-gvernijiet u huma kawżi tal-gvernijiet u mhux tal-individwi. L-individwi li jkunu rebħu sommom ta' danni fil-Qrati domestiċi iżommu dak li rebħu minkejja l-fatt illi fil-Qorti Ewropeja jista' jinstab illi s-sistema legali domestiku kien karenti fejn għandha x' taqsam il-Konvenzjoni Ewropeja - fatt li għalih l-individwu ma jaħtix.
Leg 11 PQ #30609 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

bomb threat calls fil-Qrati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn Jannar u Dicembru 2010 kemm saru bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin u jispeċifika f'liema data u ħinijiet saru peress li fuq kull bomb threat call fiergħa ssir investigazzjoni? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Diċembru tal-2010, kien hemm ħdax-il każ ta’ bomb threats irrappurtat lill-Pulizija li jirrigwardja lill-Qorti. Dawn kienu s-segwenti:- Data Hin Post 14/01/2010 12:15 Qorti Malta 09/02/2010 10:40 Qorti Ghawdex 22/02/2010 10:40 Qorti Malta 27/04/2010 11:00 Qorti Malta 21/05/2010 11:11 Qorti Malta 21/06/2010 09:40 Qorti Malta 14/07/2010 11:05 Qorti Malta 31/08/2010 12:40 Qorti Malta 10/12/2010 10:35 Qorti Malta 15/12/2010 10:55 Qorti Malta 22/12/2010 09:48 Qorti Malta Infurmat ukoll illi minn dawn il-każijiet ġew solvuti dawk tal-10 ta' Diċembru u tat-22 ta' Diċembru.

Bini tas-Science Institute il-Ġdid

Question

Tenut kont li fil-bini tas-Science Institute il-ġdid, il-kuruturi għadhom ma jilqgħux għall-elementi u allura l-istudenti jixxarbu meta tagħmel ix-xita fit-traġitt tagħhom minn klassi għal oħra u peress li l-imwejjed u s-siġġijiet huma kompletament sub-standard, imsaddin u ma jaqblux ma' xulxin u tenut kont li m'hemmx il-faċilitajiet viżivi bħal video projector u kif ukoll li jekk tneħħi l-istaff room is-Science Institute m'huwiex attrezzat in ġenerali, tista' l-Ministru tgħid meta se jsir investiment f'dan l-Institute biex jiġi fil-livell li jixraq lill-istudenti tagħna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa l-MCAST qed jagħmel investiment sostanzjali fis-settur tax-Xjenza Applikata, bil-bini ta’ istitut ġdid li qed jinbena u li se jkun qed jopera mill-2013. Dan l-istitut ġdid se jkun mgħammar b’xejn inqas minn 11-il laboratorju avvanzat. Sadanittant l-Istitut tax-Xjenza Applikata beda jopera b’faċilitajiet eżistenti li jeżistu ġewwa l-MCAST. Il-kuritur li jwassal għall-klassijiet huwa msaqqaf u għaldaqstant huwa protett mix-xita. Dan l-aħħar inxtraw video projectors għall-klassijiet kollha kkonċernati. Dawn se jiġu stallati f’dawn il-ġimgħatejn li ġejjin. Sal-aħħar ta’ din is-sena l-istitut se jżid ukoll laboratorji. Huwa minnu li s-siġġijiet u l-imwejjed mhumiex ġodda imma kollha miżmuma fi stat tajjeb ħafna. L-istaff kollu huwa ddedikat u akkademikament/professjonalment ikkwalifikat biex jiżgura li l-istudenti jingħataw edukazzjoni ta’ kwalità.

Sit għall-Airsoft Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jipprovdi sit fejn id-dilettanti tal-isport magħruf bħala airsoft ikollhom l-airsoft center permanenti tagħhom peress li s-sit tal-White Rocks ingħata lilhom biss b'mod temporanju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Kunsill Malti għall-Isport m’għandu ebda talba uffiċċjali għal Air Soft Centre .

Lectures għall-kors tal-gwidi — kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29222, tista' l-Ministru tgħid xi kwalifiki għandhom il-lectures relatati ma' dan il-kors tal-gwidi? B'liema proċess intgħażlu? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol? Kemm hi r-rata ta' ħlas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Films li se jinħadmu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament liema huma l-films li se jinħadmu f'Malta fil-futur immedjat u liema huma dawk il-films li qed isiru l-aħħar diskussjonijiet biex jibdew jinħadmu f'Malta b'mod imminenti? Min huma d-djar tal-produzzjonijiet relattivi u x'budget hemm attached ma' dawn il-films?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

mediċini b'xejn għal min għandu problema f'għajnejn

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex id-Dexa Gentamicin, l-Opatanol, il-Vigamox u t-Tobradex ma jiġux offruti b'xejn għal min għandu l-karta r-roża meta dawna huma essenzjali għal min għandu problemi tal-għajn (cornea) u huma ta' piż finanzjarju sostanzjali għal min għandu bżonnhom ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċini msemmija m’humiex fil-Formularju tal-Gvern. Pazjenti li għandhom il-kartuna r-roża huma ntitolati għal numru ta’ mediċini, li huma speċifikament immarkati fil-Formularju tal-Gvern.

Wied il-Għajn — Triq Lorry Sant - embellishment fil-pjazzetta

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir embellishment fil-pjazzetta ta' quddiem Triq Lorry Sant, Wied il-Għajn li bħalissa tinsab mitluqa u maħmuġa? Jaħseb li bi ftit ippjanar din iż-żona hekk mitluqa tista' ssir post żgħir ta' rikreazzjoni għar-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30308.
Leg 11 PQ #30185 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni dwar skala tal-ħaddiema ex-impressed bil-vettura mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-ħaddiema ex-impressed bil-vettura mal-gvern li kienu ġew assorbiti mal-gvern b'deċiżjoni apposta b'seħħ mill-1 t'Ottubru, 2002 hijiex se titwettaq il-wegħda li saritilhom li jiġu kkonsidrati bħala "xufiera bil-vettura" (Skala 17) u mhux "labourers bil-vettura" (Skala 20) kif inhuma llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji tal-wegħda li saret, kif jingħad f’din il-mistoqsija parlamentari numru 30185, wara li l-ex-Impressed kienu ġew assorbiti fil-grad ta’ Labourer Group A b’effett mill-1 t’Ottubru 2000.

Wied il-Għajn — Triq San Ġwakkin u Pjazza Dun Tarċis Agius - problema ta' għargħar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex il-problema tal-għargħar ma' kull ħalba xita li sseħħ fi Triq San Ġwakkin f'Wied il-Għajn u fil-Pjazza Dun Tarċis Agius tiġi trattata bis-serjetà?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li x-xogħol li għalih qed jagħmel referenza f’Wied il-Ghajn, jaghmel parti mill-proġett Nazzjonali għall-kontra l-għargħar. Il-Ministeru qed jistenna il-ħrug tal-permessi tal-MEPA sabiex ikun tista’ titfassal u tinħareġ is-sejħa għal offerti biex il-proġett ikun jista’ jitwettaq skont kif definit fil-permess.
Leg 11 PQ #30302 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Istitut għall-Istudji Turistiċi - vakanza ta' senior manager

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-mili tal-vakanza tal-grad ta' senior manager fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex, liema sejħa nħarġet fil-bidu ta' din is-sena? Għaliex dan id-dewmien kollu biex jimtela dan il-post? Taħsib il-Ministru li dan id-dewmien huwa ta' detriment għall-istudenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi l-Qala Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-futur qarib l-applikanti se jiġu ntervistati.
Leg 11 PQ #30306 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fgura — Triq il-Venewwa - parking area

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk djar privati tal-anzjani jistgħux jiġu diretti mill-awtoritajiet biex meta jkollhom parking area tagħhom, il-karozzi tal-ħaddiema u l-viżitaturi jiġu pparkjati fil-parking area tal-istess djar privati? Peress li r-residenti ta' Triq il-Venewwa, il-Fgura, qed isofru minn nuqqas akut ta' parking minħabba n-non-użu tal-parking area privat li għandha d-Dar tal-Anzjani li hemm fl-istess triq, jistgħu l-awtoritajiet jindikaw lid-dar de quo biex b'mod tassattiv il-parking area tiġi utilizzata biex b'hekk jiġu liberati parking spaces għall-benefiċċju tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nifhem l-argument tal-Onorevoli Interpellant u nemmen li impjegati ta’ awtoritajiet li jkunu qegħdin f’areas residenzjali għandhom jaraw li jipparkjaw bi prudenza u mingħajr inkonvenjent għar-residenti. Madankollu, sakemm il-vettura tkun liċenzjata skont il-liġi u tkun ipparkjata b’mod legali, ma jkunux jistgħu jittieħdu passi ulterjuri kontra dawn is-sewwieqa.

Fgura — Triq il-Venewwa - parking area

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk djar privati tal-anzjani jistgħux jiġu diretti mill-awtoritajiet biex meta jkollhom parking area tagħhom, il-karozzi tal-ħaddiema u l-viżitaturi jiġu pparkjati fil-parking area tal-istess djar privati? Peress li r-residenti ta' Triq il-Venewwa, il-Fgura, qed isofru minn nuqqas akut ta' parking minħabba n-non-użu tal-parking area privat li għandha d-Dar tal-Anzjani li hemm fl-istess triq, jistgħux l-awtoritajiet jindikaw lid-dar de quo biex b'mod tassattiv il-parking area tiġi utilizzata biex b'hekk jiġu liberati parking spaces għall-benefiċċju tar-residenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Awtoritajiet tas-Saħħa m'għandhom l-ebda ġurisdizzjoni fuq il-parkeġġ ta’ karrozzi f’dar tal-anzjani u għalhekk ma jistgħux jindikaw lill-imsemmija dar biex il-parking area tiġi utilizzata.
Leg 11 PQ #30308 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Għajn — Triq Lorry Sant - embellishment fil-pjazzetta

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jsir embellishment fil-pjazzetta ta' quddiem Triq Lorry Sant, Wied il-Għajn li bħalissa tinsab mitluqa u maħmuġa? Jaħseb li bi ftit ippjanar din iż-żona hekk mitluqa tista' ssir post żgħir ta' rikreazzjoni għar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jirriżulta li dan is-sit jaqa’ taħt ir-responsabbilità tal-kunsill lkali. Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala attwalment m'għandux pjanijiet għal dan is-sit.

ITS — spejjeż biex isir gym

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża biex isir il-gym il-ġdid fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, li tinkludi kemm tibdil strutturali u kemm l-apparat tal-fitness? X'tip ta' apparat hemm u kemm ġiet tiswa kull biċċa? Xi proċedura intużat biex inxtara? Kif qed jintuża l-gym mill-istudenti? F'liema korsijiet ġie integrat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — studenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tan-numru tal-istudenti kollha fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, imqassmin sena b'sena fl-aħħar tliet snin u mqassmin skont il-livell tal-kors fil-Malta Qualifications Framework għal kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — suġġetti mgħallma

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema lingwi qed ikunu mgħallma fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? F’liema korsijiet? F’liema livelli bħala sillabu? Lil liema studenti? Kemm sigħat b’kollox qed ikun hemm għal kull kors? Kemm ingħataw eżenzjonijiet u b’liema kriterji? Kemm mill-għalliema huma full-time u kemm part-time? Hemm għalliema tal-lingwa neqsin? Jekk iva, ta’ liema lingwa? X’qed isir biex dan in-nuqqas ma jibqax?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 29846 seduta 404. Ingħataw 194 eżenzjoni għax għandhom l-O level. Hemm 3 għalliema full-time 4 fuq service contracts . Hemm għalliem/a wieħed tal-lingwa Ġermaniża li huwa nieqes. Dan il-modulu se jerġa' jingħata fis-semestru li jmiss.

Kulleġġ Santa Klara — kwestjoni dwar il-kuluri tal-uniformi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jirriżultalhiex li kien hemm feedback negattiv immens mill-Kunsill Skolastiku tal-Kulleġġ Santa Klara fir-rigward tal-uniformi l-ġdida li għandha tintuża mill-istudenti tal-year 1? Jirriżultalhiex li waqt li fit-18 ta' Lulju, 2011 il-ġenituri ntbagħtitilhom ordni li l-kuluri li se jintużaw għas-sena l-ġdida kienu se jkunu l-istess bħal dawk li qed jintużaw fil-kinder 1 u 2 (bl-użu ta' qmis bajda), imbagħad irriżulta li l-uniformi kienet se tkun magħmula minn qmis strajpjata vjola li qatt ma kienet eżistenti fil-kinder? Jirriżultalhiex ukoll li over and above iddaħħlet ingravata orangjo striped bil-griż u flokk orangjo jgħajjat bħala parti mill-uniformi? Taqbel il-Ministru mal-Kunsill Skolastiku li dawn il-kuluri kollha ma jagħmlux ġieħ lill-uniformi l-ġdida ta' dan il-kulleġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm ilmenti minn skola waħda fil-Kulleġġ, l-iskola primarja ta’ San Gwann. Fis-sejħa li ħarġet għall-proviżjoni tal-uniformi hemm ċar li l-qmis kellha tkun bajda b’rigi vjola. Ma nbidel xejn minn meta nħarġet is-sejħa pubblika u l-iskejjel obbligati jżommu ma’ dawn il-kundizzjonijiet. Il-kuluri u d-disinn ġew deċiża mill-kulleġġ, wara konsultazzjoni u approvati mid-Direttorat. Il-Kulleġġ Santa Klara m’għandux Kunsill Skolastiku. Huma l-iskejjel li jkollhom kunsill skolastiku. Kien hemm minn m’għoġbitux u oħrajn li għoġbithom. Il-ġenituri qatt ma rċevew bil-miktub li l-qmis hija bajda. Min kellu xi diffikulta’ seta’ ċempel l-uffiċċju tal-Kulleġġ, seta’ bagħat e-mail jew bagħat ittra bil-posta. L-ingravata tal-uniformi hi sunflower yellow irrigata bil-griż ċar ħafna u l-jersey hu sunflower yellow ukoll. Il-kuluri huma dawk li ġew approvati, mill-iskejjel, mill-Kulleġġ u mid-Direttorat u li jidhru skont is-sejħa pubblika.