Legislature:
Category:
Reset
Active:

BWSC — informazzjoni dwar il-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jindika, in konnessjoni mal-bini tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara x'obbligi fadlilha tagħmel il-BWSC skont il-kuntratt? Kemm tħallset? Kemm fadlilha titħallas? Hemm xi affarijiet li l-BWSC jew m'għamlitlhomx jew għamlithom mhux a kuntentizza tal-gvern jew damet biex għamlithom? Jekk hemm affarijiet li damet biex għamlithom, għaliex damet biex għamlithom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kostruzzjoni tal-impjant huwa lest. L-impjant qed jiġi tested. Dan jinkludi ttestjar tal-boilers u l-isteam turbine, ttestjar tal-impjant tat-tisfija tat-tniġġis, u 30 ġurnata prova ta’ affidabilità fuq l-impjant. Dan biex ikun assigurat li l-estensjoni taħdem skont l-aqwa standard ambjentali li abbażi tagħhom ingħatat il-permess IPPC mill-MEPA. Il-pagamenti lil BWSC s’issa ammontaw għal €157,463,386 u mill-pagamenti assoċjati diretti mall-kuntratt, jonqos €8,671,167. Ninsab infurmat ukoll li l-impjant hu magħmul minn ħafna makkinarju differenti u s’issa m’hemmx diffikultajiet f’dak li ġie istallat.

MEPA — customer care office

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk riċentement ġiex stabbilit Customer Care Office ad hoc fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Min qed jieħu ħsieb dan il-Customer Care Office u kemm ġew addetti ħaddiema għal dan l-uffiċċju? Kemm fondi ġew ivvotati għat-twaqqif ta' dan il-Customer Care Office?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' Uffiċċju tal-Customer Care ad hoc qed isir mis-Segretarjat tal-Board tal-MEPA. Is-Segretarja tal-Bord qed tieħu ħsieb tgħaqqad l-inizijattivi kollha tal-Customer Care. Fir-realta ma ġew addetti l-ebda persuni ġodda f'dan il-qasam imma qed isir rationalisation u ċentralizzazjoni tax-xogħolijiet ħalli s-servizz ikun wieħed uniformi u komplut. Ma kienu vvutati ebda fondi għal dan il-proġett u s-Segretarja tal-Bord ingħatat dan ix-xogħol b'mod addizzjonali għax-xogħol normali tagħha.
Leg 11 PQ #32093 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — impjegati li talbu transfer

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31612, tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-post vakanti ta’ dawn l-impjegati li talbu transfer mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi għadu ma mteliex wara dan iż-żmien kollu? Tista’ tgħid kemm kien il-complement ta’ ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sena b’sena bejn l-2006 u l-2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-post vakanti ta’ dawk l-impjegati li talbu transfer mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi jimtela jekk u meta jkun hemm il-bżonn. Il-complement ta’ ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sena b’sena bejn l-2006 u l-2011 huwa : · 2006 - 102 · 2007 - 96 · 2008 - 95 · 2009 - 93 · 2010 - 83 · 2011 - 81
Leg 11 PQ #32094 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — proġetti ta' riċerka

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-ismijiet u t-temi tal-proġetti ta’ riċerka tal-aħħar sena mill-istudenti tal-management fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta mistennija jitlestew dawn il-proġetti? Hemm xi ħsieb li ssir esebizzjoni tagħhom kif sar fis-snin li għaddew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32095 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — informazzjoni dwar il-prospectus

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-ispejjeż biex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jippubblika l-prospectus għall-korsijiet full-time għas-sena akkademika 2011-2012 u jagħmel promozzjoni tiegħu, inkluż permezz ta’ billboards, leaflets u riklami fil-mezzi tax-xandir, stampa u internet? Tista’ tgħid meta se jkun ippubblikat il-prospectus għas-sena akkademika 2012-2013 u jekk hemmx ippjanata spiża simili għall-prospectus ippubblikat f’Ġunju 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

blood sticks taz-zokkor (diabetes) lil dawk li għandhom il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbdew jingħataw blood sticks taz-zokkor (diabetes) lil dawk li għandhom il-karta r-roża?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-‘blood glucose sticks’ se jibdew jingħataw lill-pazjenti dijabetiċi tat-Tip I mingħajr limitu fuq l-età. Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet li ser tiżdied fil-lista ġdida ta’ kundizzjonijiet kroniċi ta’ Skeda V. Il-liġi li temenda l-iskeda V tal-Att tas-Sigurta Soċjali (Att 1/2012) għaddiet mill-Parliament fit-3 ta’ Frar 2012, iżda għada ma ġietx fis-seħħ.

proprjetajiet jew djar li huma battala

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm il-gvern għandu proprjetajiet jew djar li huma battala u li jinsabu: a) f'Wied il-Għajn b) fiż-Żejtun c) fil-Fgura? Fejn huma dawn il-proprjetajiet/djar li huma battala?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern huma battala fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Zejtun u fil-Fgura. Din il-lista ma tinkludiex proprjetajiet li qabel kienu tal-Knisja u li għaddew għand il-Gvern skont il-ftehim tal-1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede peress li preżentament id-Dipartiment m’għandux il-fakulta li jiġbor din l-informazzjoni fuq dawn il-proprjetajiet peress li l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet li qabel kienu tal-Knisja għadhom m’humiex imdaħħla fis-sistema kompjuteriżżata tal-LEMIS.

estensjoni tal-power station ta' Delimara — informazzjoni dwar il-pipelines

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta bnietx pipeline jew pipelines ġodda li jagħtu għall-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Jekk iva, kemm sewa (jew swew) dawn il-pipelines biex inbnew? Minn fejn jagħtu dawn il-pipelines u għal fejn jagħtu dawn il-pipelines? Kif qed jintużaw dawn il-pipelines bħalissa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-kuntratt tal-impjant il-ġdid ġewwa Delimara nbnew numru ta’ pipelines ġodda kif ukoll tankijiet tal-fuel li huma konnessi mas-sistema interna eżistenti tal-power station ta’ Delimara. Dawn kienu parti mill-kuntratt tal-impjant u m’hemmx prezz separat għalihom. Dawn il-pipelines ser jintużaw biex ikun jista’ jitwassal il-fuel mit-tankijiet eżistenti għall-impjant il-ġdid.

Lotteries and Gaming Authority — salarji, kundizzjonijiet u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju u l-kundizzjonijiet, benefiċċji eċċ. taċ-Chief Executive Officer, tad-Direttur tal-Human Resources, tad-Direttur tal-iStrategy and Planning u tad-Direttur tal-Corporate tal-Lotteries and Gaming Authority?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-pozizzjoniet ta’ Direttur tal-Human Resources u dak ta’ Direttur tal-Corporate huma filfatt pozizzjoni waħda taħt l-isem ta’ Direttur tal-Corporate Services, u l-pozizzjoni tad-Direttur tal-iStrategy and Planning hija dik ta’ Chief Officer and Program Management. Is-salarji, kundizzjonijiet u benefiċċji anwali ta’ dawn l-uffiċċjali qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rotta tal-Linja tal-Isptar mill-Fgura

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ir-rotta tal-linja li twassal ir-residenti tal-Fgura lejn l-Isptar hux se terġa' tibda tgħaddi minn Hompesch Road bħalma kienet tagħmel qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 31079, ninsab infurmat li Transport Malta ħadet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni u ser tkun qegħda tiddiskuti din il-proposta mal-Kunsill Lokali tal-Fgura.

Villaġġ tal-Karnival

Question

B'referenza għad-dikjarazzjonijiet ripetuti ta' diversi esponenti tal-Gvern favur il-bini ta' imħażen u/jew villaġġ tal-Karnival, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-imħażen tal-Karnival? Fejn se jsiru? Kemm se jiswew? Meta se jkunu lesti? Bl-istess mod, f'liema stadju wasal il-proġett ta' ħolqien ta' villaġġ tal-Karnival? Fejn se jsir? Kemm se jiswa? Meta se jkun lest?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Gvern alloka €700,000 għal bini ta’ mħażen għall-użu minn parteċipanti tal-karnival. Saret applikazzjoni mal-MEPA sabiex jinbnew dawn l-imħażen ġewwa Kordin. Huwa maħsub li l-proġett jitlesta fi żmien sena minn meta joħorġu l-permessi neċessarji.

It-Trattat tal-ACTA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma l-Kamra jekk skont il-pariri legali li ngħatawlu huwiex meħtieġ li, ai termini tal-Kap 304 tal-Liġijiet ta' Malta, l-ACTA jiġi approvat mill-Kamra tar-Rappreżentanti f'każ li l-Gvern ikun irid jirratifika dan it-Trattat jew inkella hijiex biżżejjed il-firma tal-Ministru konċernat biex isir mhux biss l-iffirmar imma anke r-ratifika tat-Trattat in esami? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern dwar l-ACTA in vista tal-kritika qawwija u fil-fehma tal-interpellant ġustifikata li qamet mhux biss f'Malta imma mal-Ewropa kollha?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat

It-Trattat tal-ACTA

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk skont il-pariri legali li ngħatawlu huwiex meħtieġ li, ai termini tal-Kap 304 tal-Liġijiet ta' Malta, l-ACTA jiġi approvat mill-Kamra tar-Rappreżentanti f'każ li l-Gvern ikun irid jirratifika dan it-Trattat jew inkella hijiex biżżejjed il-firma tal-Ministru konċernat biex isir mhux biss l-iffirmar imma anke r-ratifika tat-Trattat in esami? X'beħsiebu jagħmel il-Gvern dwar l-ACTA in vista tal-kritika qawwija u fil-fehma tal-interpellant ġustifikata li qamet mhux biss f'Malta imma mal-Ewropa kollha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern m’għandux il-ħsieb li jressaq dan it-Trattat għar-ratifika. Malta m’għandha l-ebda obbligu li tirratifika dan it-trattat sakemm l-aħħar ħames Stati Membri (Ċipru, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Islovakja) ikunu ffirmaw t-Trattat u l-Parlament Ewropew ikun ta l-kunsens tiegħu. Barra minn hekk, nixtieq intenni u nafferma li l-Gvern se jiżgura illi bl-ebda mod ma jiġu aċċettati liġijiet jew trattati li jinpinġu fuq id-drittijiet tal-individwu fil-qasam digitali.

Rotta tal-linja għall-Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru kambjamenti fir-rotot tal-karozzi tal-linja għal Wied il-Għajn b'mod li n-nies kollha li jgħixu fiż-żona ta' minn fejn Grabiel sal-ex lukanda Jerma jerġgħu jiġu serviced minn karozza tal-linja bħalma kienu jiġu serviced qabel l-introduzzjoni tar-riforma tal-karozzi tal-linja f'pajjiżna? Huwa sew li min jgħix ħdejn l-ex Jerma jkollu jinżel sa fejn Grabiel biex jaqbad tal-linja?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 31079, ninsab infurmat li Transport Malta hija konxja ta' din it-talba u qiegħda tevalwa kull possibilità sabiex din iz-zona tingħata servizz tat-trasport pubbliku.

Estenzjoni tal-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet biex ġiet kostruwita l-estenzjoni tal-Qrati li tinstab fi Strada Stretta, Valletta u kemm se tiġi tiswa biex din tiġi mħotta in toto jew in parte jew fiżikament mibdula kif suġġerit mill-Ministru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-estensjoni tal-Qrati li s’issa ġiet tiswa €370,935,13. Għada ma saret ebda stima kemm se tiġi tiswa biex tiġi mħotta u irranġata kif suġġerit mill-Ministru. Dwar it-tieni parti ta l-interperllanza tal-Onor membru iried jingħad li għaddejin diskussjonijiet mal-periti u l-kuntrattur biex ikun hemm qbil fuq rati għax-xogħol li hemm bżonn isir. (Ara PL 9248 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 448 nhar it-Tlieta 21 ta’ Frar 2012)
Leg 11 PQ #31897 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li applikaw għall-B.Ed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw studenti għall-B.Ed [1st year] fis-sena skolastika kurrenti 2011-2012 u f'liema suġġetti? Kemm kien hemm postijiet available għal kull suġġett? Kemm ġew aċċettati studenti u f'liema suġgetti? Sal-aħħar ta' Jannar 2012 kemm kien hemm studenti li għazlu li jirriżenjaw mill-kors, jekk kien hemm? F'liema suġġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31899 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li spiċċaw il-Form 5

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra sena b'sena mill-2000 sal-2012 kemm studenti spiccaw il-Form 5? Kemm minnhom kienu subien u kemm minnhom kienu bniet? Kemm minnhom kienu fi skola indipendenti, pubblika jew tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31900 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li jbatu minn global development delay

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kif il-Gvern jitratta ma' studenti li jbatu minn global development delay meta dawn jispiċċaw l-edukazzjoni primarja? F'liema skola jiġu assenjati biex ikomplu bl-istudji tagħhom fil-livell sekondarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħal kull student ieħor b’dizabilita`, tfal li jbatu minn ‘Global Development Delay’ jibdew imorru l-iskejjel sekondarji tal-Kulleġġ tagħhom, wara pjan ta’ tranżizzjoni. Hemmhekk, b’għajnuna tal-Learning Support Assistants, jagħmlu l-programm edukattiv bażat fuq l-ħtigijiet individwali tagħhom, imma f’Kuntest tal-klassi li jkunu fiha.

Karozzi tal-linja mill-Università għall-Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-traġitti tal-karozzi tal-linja mill-Università lejn Wied il-Għajn humiex qed jitilqu fil-ħin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-lokal ta’ Wied il-Għajn huwa servut b’ żewġ rotot lejn l-Università, li huma: · Rotta 135 bi frekwenza ta’ kull siegħa · Rotta 204 bi frekwenza ta’ kull siegħa. Infurmat ukoll li Transport Malta innutat li dawn ir-rotot qegħdin ikunu tard f’ ċertu ħinijet tal-ġurnata, u għaldaqstant qed taħdem flimkien ma’ l-opertur sabiex tiġi ndirizzata din il-problema.

Fgura — Triq l-Iskola - riħa qawwija ta' gass minn spuction

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'rapporti saru u x'passi ttieħdu dwar riħa qawwija ta' gass li toħroġ minn spuction li qegħda fit-tarf tal-Triq l-Iskola fil-Fgura? Hemm periklu ta' saħħa għar-residenti ta' dawk l-akwati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qatt ma rċeviet rapporti ta rwejjaħ jew gass ħiereġ fi triq l-iskola ġewwa l-Fgura. Minn spezzjoni li saret fuq il-post, ma nstab xejn ħażin fis-sistema tad-drenaġġ. Kienu diversi residenti li kkonfermaw li qatt ma xammew riħa tad-drenaġġ fit-triq. Nitlob lill-Onor Interpellant biex jekk ghandu aktar dettalji jghaddihom biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun tista' tillokalizza dan l-allegat inkonvenjent u tassigura li ma jkunx hemmx periklu għar-residenti.