Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' handymen u cleaners f'kull skola ta' kull kulleġġ fl-iskejjel statali primarji, sekondarji u tar-resource centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunċett ta' Mandat in procinctu fil-liġi ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta daħal il-kunċett ta' mandat in procinctu fil-liġijiet tagħna u jgħid sena b'sena kemm-il mandat in procinctu ġie intavolat minn mindu dan daħal fil-liġijiet tagħna sal-lum?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kunċett ta’ mandat in procinctu ġie introdott fil-liġi Maltija permezz ta’ Att XIV ta’ l-2006 pero d-disposizzjoni relattiva daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar, 2009 skont l-A.L. 342 tal-2008.
Minn meta daħal fis-seħħ kien hemm is-segwenti mandati in procinctu:
2009 – 5
2010 – 3
2011 – 1
2012 – s’issa 1.
Qrati ta’ Ghawdex
Sal-lum, fil-Qorti ta’ Ghawdex, gew prezentati erba’ (4) mandati in procinctu, u cioè wiehed fis-sena 2010 u tlieta din is-sena. Mit-tlieta li gew prezentati din is-sena, tnejn minnhom huma tal-istess nies u jittrattaw l-istess materja.
B'referenza tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38492 mogħtija mill-Ministeru għall-Infrasturttura, Trasport u Komunikazzjoni u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37796, jista' l-Ministru jara li jsir dak kollu meħtieġ mill-gvern qua sid biex il-kerrej tal-garaxx proprjetà tal-gvern ikun jista' realment jagħmel użu mill-istess garaxx?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba għall-ħruġ tal-permess saret fid-29 ta’ Settembru 2003, bl-applikazzjoni tiġi validata fl-24 ta' Novembru 2003. Bħalissa qiegħed jiġi konkluż il-proċess tal-istudji ambjentali tal-EIA li ġie ffinalizzat mill-esperti tal-applikant f’Settembru 2012.
Fir-rigward tal-ewwel u t-tielet mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferihom lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega x'jonqos isir biex it-trejqa li tinsab tmiss ma' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata sabiex dak li għandu titolu ta' kera mingħand il-gvern tal-garaxx li jagħti għal din it-trejqa jkun jista' jagħmel użu minn dan il-garaxx? Għaliex din it-trejqa baqgħet ma qatt ġiet irranġata minkejja l-lamenteli ta' dan il-kerrej u saħansitra domandi parlamentari? Jagħmel sens li l-gvern jikri garaxx lil ċittadin li imbagħad ma jkunx jista' joħroġ minnu minħabba l-istat disastruż tat-trejqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta mhix responsabbli ta’ din it-trejqa u biex għalhekk jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il talba rċeviet l-MFSA għall-ftuħ ta' istituzzjonijiet ta' microlending f'pajjiżna? X'inhuma r-rekwiżiti meħtieġa biex wieħed ikun jista' jopera kumpanija ta' microlending f'pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Peress li fi Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun fil-parti fejn din tagħlaq u tmiss ma' sqaq fi Triq it-Tus jinġema kwantità enormi ta' ilma u ħames familji qed jiġu affettwati negattivament, u peress li meta tagħmel ħafna xita dawn il-familji qed ikollhom il-proprjetà tagħhom li tispiċċa mgħarrqa tant li jidħol ilma sa żewġ filati u ġieli anke iktar u peress li hemm ħtieġa akuta li jsiru żewġ boreholes f'din iż-żona sabiex l-ilma jinżel għall-water table, kif ukoll jittieħdu miżuri oħra bħal per eżempju, li tiġi imbaxxa Triq Nikola Attard, iż-Żejtun u li ssir speed hump fil-bidu ta' Triq it-Tempju, iż-Żejtun, jista' l-Ministru jgħid jekk, wara li jagħmel il-verifiki meħtieġa, jaqbilx li dawn ix-xogħlijiet isiru b'mod urġenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Għaddejt il-proposta tal-Onor Interpellant lil Transport Malta.
Fgura — Triq Carapecchia u Triq Sigismondu Savona - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ilmenti rigward xogħol ħażin li sar minn Transport Malta ġewwa Triq Carapecchia fil-Fgura, li minħabba dan qed jergħqu r-residenti u l-garaxxijiet ta' Triq Sigismondu Savona fil-Fgura? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm għal dawn iż-żewġ toroq u meta se jsir ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tiċħad li sar xogħol ħazin ġewwa Triq Carapecchia, Fgura. L-imsemmija ħsara saret minħabba l-fatt li t-triq ma' ġietx iffurmata kif suppost skont il-livelli kif stabbiliti mill-MEPA mill-istess residenti. Biex inaqqsu l-inkonvenjent ta’ dawn ir-residenti, Transport Malta għamlet xogħol temporanju, proprju sabiex ittaffi minn dan l-għarar kif ukoll minn ammont ta’ tajn li kien jinżel fil-proprjetajiet tar-residenti kull meta tagħmel ix-xita.
Transport Malta kienet ħarġet kuntratt biex isir ix-xogħol fi Triq Carapecchia, liema xogħol iżda ma' kienx beda minħabba li l-kuntrattur ma' ffirmax il-kuntratt tax-xogħol meħtieġ. Għaldaqstant, Transport Malta waqqfet dan il-kuntratt u fil-ġimgħat li ġejjin se terġa’ toħroġ sejħa għall-offerti oħra sabiex jintgħażel kuntrattur ieħor.
Jista' l-Ministru jindika xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar, kemm ingħataw postijiet tal-gvern bil-kera? F'liema raħal ingħataw dawn il-postijiet?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qeghda fit-tabella ta’ hawn taht:-
Sena
Xahar
Total
2010
Ottubru
13
2010
Dicembru
16
2011
Jannar
14
2011
Marzu
17
2011
Gunju
19
2011
Awwissu
18
2011
Ottubru
14
2011
Novembru
20
2012
Jannar
23
2012
Frar
21
2012
April
18
2012
Mejju
12
2012
Lulju
26
2012
Awwissu
22
2012
Settembru
56
2012
Ottubru
67
TOTAL
376
Dawn il-postijiet kienu fil-lokalitajiet ta’ Attard, Bormla, Bahrija, B’Kara, Birgu, B’Buga, Dingli, Fgura, Floriana, Gudja, Gzira, Isla, Hamrun, Luqa, Kirkop, Kalkara, Marsa, Mdina, Mellieha, Mgarr, Mqabba, Mriehel, M’Scala, Naxxar Paola, Pembroke, Pieta’, Qawra, Qormi, Rabar, San Giljan, Sliema, Siggiewi, San Gwann, San Pawl il-Bahar, Sta Lucija, Sta Venera, Ta’ Xbiex, Ta’ Giorni, Tarxien, Xg]ajra, Valletta, Zabbar, Zejtun Zebbug, Zurrieq u Victoria, Xaghra, Marsalforn, Nadur, Ghajnsielem, Fontana u Sannat.
Studenti infermiera li ma jgħaddux mis-sena akkademika
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 37245 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u tispjega għaliex l-istudenti infermiera li ma jkunux għaddew mis-sena akkademika u għalhekk ikollhom jirrepetu s-sena jispiċċaw jagħmlu xogħol fl-Isptar fil-vaganzi tas-sajf bla paga meta l-istudenti l-oħrajn li jkunu għaddew jitħallsu? Tista' tgħid għandux student li jkun se jirrepeti għallanqas jagħżel li ma jaħdimx f'dak is-sajf ta' bejn is-sentejn ripetuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti fil-korsijiet tal-infermiera huma meħtieġa jagħmlu placement kliniku matul is-sajf bħala parti integrali mill-kors tagħhom. Barra minn hekk huma jistgħu wkoll japplikaw biex jagħmlu xogħol matul is-sajf taħt l-iskema li joħroġ il-Gvern u huma jitħallsu għal din il-parti tax-xogħol li jagħmlu.
Studenti li jeħlu fit-taqsimiet studju teoretiċi li r-riżultati tagħhom joħorġu meta jkunu diġa’ bdew il-
placement
kliniku tagħhom l-isptar jistgħu jieqfu mill-
placement
jekk jaraw li se jkollhom jirrepetu sena. Izda, hemm minnhom li jippreferu jkomplu l-
placement
biex jitħallsu taħt l-iskema tax-xogħol matul is-sajf.
Meta l-istudenti jirrepetu sena (fil-korsijiet kollha tal-Universita’) ma jieħdux stipendju. Lanqas ma jkunu intitolati li japplikaw taħt l-iskema ta’ xogħol matul is-sajf għax din hija miftuħa għal min huwa intitolat biex jieħu stipendju. Iżda, naturalment, l-istudenti għandhom numru ta’ sigħat li huma obbligati jaħdmu bħala parti mit-taħriġ akkademiku tagħhom biex jikkwalifikaw għall-grad jew għad-diploma.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetajiet tal-gvern f'Wied il-Għajn li huma mikrija lil residenti Maltin jistgħux jinxtraw mill-istess okkupanti taħt skema apposita?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-proprjetajiet tal-Gvern f’Wied il-Għajn ma jistgħux jinxtraw bl-iskemi li hemm mifuħin bħalissa.
Jista' l-Ministru jispjega x'jonqos isir biex it-trejqa li tinsab tmiss ma' blokk li d-dettalji dwaru qed jitnabgħtu separatament, tiġi rranġata sabiex dak li għandu titolu ta' kera mingħand il-gvern tal-garaxx li jagħti għal din it-trejqa jkun jista' jagħmel użu minn dan il-garaxx? Għaliex din it-trejqa baqgħet ma qatt ġiet irranġata minkejja l-lamenteli ta' dan il-kerrej u saħansitra domandi parlamentari? Jagħmel sens li l-gvern jikri garaxx lil ċittadin li imbagħad ma jkunx jista' joħroġ minnu minħabba l-istat disastruż tat-trejqa?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ingħad fi tweġiba għall-Mistosija Parlamentari Nru 22427, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern mhuwiex l-entità responsabbli fuq xogħol infrastrutturali ta’ toroq, għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru biex iressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, il-garaxx li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament ġie mikri fl-1984 wara sejħa għall-offerti u kien biss f’dawn l-aħħar 4 snin li l-kerrej ressaq l-ilmenti tiegħu dwar l-aċċess permezz ta’ domandi parlamentari. Jirriżulta ukoll li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kiteb dwar dan lit-Transport Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37650 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-istituzzjonijiet/persuni li għandhom l-awtoritajiet li jagħtu l-korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li preżentament m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni li tirregola l-korsijiet ta’ care worker u għaldaqstant mhuwiex possibbli li tingħata lista komprensiva tal-istituzzjonijiet kollha li jagħtu dan it-taħriġ.
Madankollu, fis-Settur Pubbliku, dan it-taħriġ jiġi offrut mill-MCAST, mill-ETC kif ukoll mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Għawdex — Nadur - Triq it-Torri ta' Sopu - periklu
Question
Tista' l-Ministru tghid għalfejn għadu ma tneħħix il-periklu ta' Triq it-Torri ta' Sopu fin-Nadur Għawdex minkejja d-diversi interpellazzjonijiet datati lura saħansitra għall-1998?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qiegħda titħejja sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa f'din it-triq.
informazzjoni fuq għajnuna soċjali wara separament
Question
Peress li meta koppji bit-tfal jisseparaw u l-mara tkun ma taħdimx u d-dar matrimonjali tkun parafernali tar-raġel (għax tkun inxtrat mir-raġel qabel iż-żwieġ jew mogħtija rigal minn missier/omm ir-raġel lir-raġel) ħafna drabi dawn in-nisa jkunu jaqgħu fuq l-għajnuna soċjali u peress li l-liġi soċjali tgħid li applikant ma jistax ikollu iktar minn €14,000 liquid assets iżda mbagħad tippermetti li wieħed ikollu proprjetà waħda li tkun tiswa kemm tiswa u peress
li allura jekk ikollok mara/omm li tkun ingħatat xi ħaġa tal-flus mir-raġel mas-separazzjoni tal-flus li setgħet ħarġet qabel iż-żwieġ fid-dar matrimonjali li tkun parafernali tar-raġel hi tispiċċa ma tistax tapplika għall-għajnuna soċjali jekk teċċedi l-ammont ta' €14,000 u peress li naturalment b'din is-somma żgħira, normalment fir-reġjun ta' €20,000, l-omm la tkun tista' tixtri post ieħor u lanqas tieħu għajnuna soċjali (mentri kieku għandha proprjetà ta' €20,000 jew anke €200,000 tkun eleġibbli għall-għajnuna soċjali); jista' l-Ministru jara kif jinħolqu skemi u mekkaniżmi li waqt li jassiguraw li ma jkunx hemm abbuż, ikunu ta' sostenn għal ommijiet bħal dawn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lil Onor Interpellant li fit-test tal-mezzi jiġi kkunsidrat l-assi (flus u kapital). Kieku kellha tiġi kkunsidrata l-valur tad-dar tar-residenza kull min ikun sid tad-dar ma jikkwalifikax minn dan it-test u għalhekk il-valur tad-dar tar-residenza jiġi njorat.
Filwaqt li qed nifhem l-ispirtu tal-proposta ta’ l-Onor Membru naħseb ikun diffiċli li tintorduċi skemi jew mekkaniżmi kif propost għax kieku kellu jsir hekk tkun qed tiftaħ l-iskema għall-abbuż filwaqt li fl-istess ħin tkun qed tiddiskrimina ma’ persuni oħra (mhux neċessarjament separati) li ma jkunux sidien tad-darhom imma jkunu f’kera u li t-test tal-meżżi tagħhom ukoll huma ta’ €14,000 (fil-każ ta’ persuna waħedha jew €23,300 f’każ ta’ persuna miżżewġa).
Tista' l-Ministru tagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-istituzzjonijiet/persuni li għandhom l-awtoritajiet li jagħtu l-korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità fl-MCAST jagħti korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37513 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispeċifika liema huma l-istanzi li fihom persuna li jkollha l-OMAS pass għax taħdem f'post tax-xogħol li tirrikjediha tidħol fl-ajruport titlef id-dritt li tibqa' żżomm dan l-OMAS pass? Fi kliem ieħor liema huma l-istanzi li minħabba fihom jista' jittieħed jew jiġi rtirat l-OMAS pass mill-awtorità kompetenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-istanzi li minħabba fihom jista' jittieħed jew jiġi rtirat l-Airport Security Pass huma meta l-OMAS tiġi nfurmata mill-kumpanija jew entità li min ikun inħariġlu l-Airport Security Pass ikun temm l-impjieg tiegħu jew f’każijiet li jaqgħu taħt it-termini tal-Avviż Legali 488/2011.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta hu ppjanat li jitlesta ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex u jekk ix-xogħol hux miexi skont kif pjanat? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-proġett? Kemm dam biex ġie ottenut il-permess relattiv?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.