Korp tal-Pulizija — Gender Based & Domestic Violence Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riżorsi umani fil-Gender Based & Domestic Violence Unit (GBDVU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija żdiedux? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' taħriġ qed jingħataw dawn il-ħaddiema u kemm assistew persuni minn mindu twaqqaf dan il-unit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn meta twaqqfet il-Gender Based & Domestic Violence Unit (GBDVU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ir-riżorsi umani żdiedu konsiderevolment matul perjodu in kwistjoni u bħal dejjem dawn jiżdiedu, meta l-esiġenzi tal-korp jippermettu, biex jiġi garantit servizz aħjar għall pubbliku u tissaħħaħ l-ġlieda kontra dan ir-reat. Dawn l-uffiċċjali huma dedikati u specjaliżżati f’dan ix-xogħol, biex ikunu jistgħu jassistu lill-pubbliku meta dawn jiġu bżonn is-servizzi tagħhom. Matul dan il-perjodu n-numru ta’ persuni li ġew assistiti kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt
Sena
Irgiel assistiti
Nisa assistiti
Total
2020 (min Ottubru)
156
336
492
2021
528
1069
1597
2022
645
1213
1858
2023 (sa Settembru)
501
1017
1518
Total
1830
3635
5465
Dwar taħriġ li qed jingħataw l-uffiċċjali stazzjonati f’din it-taqsima, dan isir min persuni professjonali fil-qasam, kemm fuq livell akkademiku kif ukoll dawk bi snin ta’ esperjenza fil-ħidma tagħhom ma vittmi ta’ dan ir-reat u jkopri diversi suġġetti. It-taħriġ huwa mmirat, biex l-uffiċċjali jkunu kapaċi li jindirizzaw is-sigurtà, id-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittma u jkollhom bażi soda waqt l-investigazzjonijiet, fid-dawl tal-liġijiet relatati. Barra min dan relatat ma reati ta’ vjolenza domestika, hemm diversi linji gwida li nħarrġu mill-Pulizija u li jiġu mġedda matul iż-żmien, anke kull meta kien hemm revisjoni tal-liġijiet relatati, li bihom l-istess uffiċċjali jiġu gwidati. Ma’ dan inħareġ Standard Operating Procedures (SOPs) dwar Vjolenza Domestika li bihom il-proċessi li jimxu bihom uffiċċjli tal-Korp f’dawn il-każi, jkun konsistenti u ta’ standard komuni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk titteħidx azzjoni meta persuna tidħol f’Malta b’mod irregolari u ma tkunx intitolata għall-ażil? Jista’ jgħid ukoll x’qed tagħmel Malta fuq ir-ritorn ta’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi meta persuni jidħlu f’Malta b’mod irregolari u ma jkunux intitolati għall-ażil tittieħed azzjoni mill-uffiċċjali tat-Taqsima tal-Immigrazzjoni fi ħdan il Korp tal-Pulizija jew ir-Returns Unit, fil-parametri li tipprovdi l-liġi nazzjonali kif ukoll dik tal-Unjoni Ewropeja, biex dawn jiġu ritornati lura pajjiżhom, kemm b’mod sfurzat jew b’mod volontarju. Il-proċessi li jittieħdu huma varji u jiddependu minn diversi elementi, prinċipalment jekk il-persuni ta’ pajjiżi terzi li jkunu waslu irregolarment ikollhomx dokument ta’ vjaġġar jew le. Meta dawn ma’ jkunux disponibbli jinbdew il-proċeduri neċessarji, fejn bl-assistenza tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, dokumenti validi jiġu akwistati mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini ta’ dawn il-persuni. Ladarba d-dokumenti jiġu provduti, jsiru l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu pajjiżhom, permezz ta’ titjiriet skedati jew chartered u xi drabi anke b’titjiriet chartered li torganizza l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta’ (Frontex).
Sabiex jigi msaħħaħ il-proċess tar-ritorn, f’Jannar tal-2021, il-Gvern waqqaf Returns Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza. L-għan tar-Returns Unit hu li jikumplimenta x-xogħol tal-Pulizija tal-Immigrazzjoni billi jsir sforz akbar fil-qasam tar-ritorn volontarju permezz ta’ sistema ta’ return counselling u sapport għar-rintegrazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini anke b’koperazzjoni mal-Organiżżazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni, kif ukoll tisħieħ ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini. Xhieda pożittiva ta’ din il-ħidma hi ż-żieda fir-ritorn ta’ persuni li daħlu Malta b’mod irregolari.
Korp tal-Pulizija — Vetturi jew muturi miżmuma fuq ordni tal-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi jew muturi miżmuma mizmuma mill-Korp tal-Pulizija fuq ordni tal-Qorti? Jista' jgħid kemm hu l-perjodu li dawn ilhom jiġu miżmuma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ vetturi miżmuma mill-Korp tal-Pulizija u li jappartjenu lill-Qorti huwa ta’ erbgħa mija u tmienja u tmenin kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Iż-żmien ta’ kemm ilhom miżmuma jvarja b’numru żgħir ta’ vetturi li ilhom mis-sena 1997.
INQUIRY
COURT EXHIBIT
1997
1
1997
1
1998
0
1998
3
1999
0
1999
0
2000
1
2000
0
2001
0
2001
2
2002
0
2002
5
2003
0
2003
0
2004
0
2004
7
2005
0
2005
6
2006
0
2006
9
2007
1
2007
11
2008
2
2008
8
2009
1
2009
11
2010
0
2010
5
2011
2
2011
9
2012
2
2012
2
2013
1
2013
10
2014
2
2014
24
2015
7
2015
15
2016
11
2016
19
2017
18
2017
31
2018
18
2018
36
2019
39
2019
22
2020
51
2020
17
2021
7
2021
0
2022
48
2022
0
2023
22
2023
1
TOTAL
234
TOTAL
254
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta’ toroq li Infrastructure Malta għandha fil-ħsieb jew fil-pjanijiet tagħha biex isiru fit-12-il xahar li ġejjin għal-lokalitajiet ta’ Birżebbuġa, Żurrieq, Mqabba, Qrendi, Ħal Safi, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ġew konklużi diversi pjanijiet mal-Kunsilli Lokali ta’ għadd ta’ lokalitajiet, fadal xi dettalji minuri li għad iridu jiġu diskussi rigward il-pjan ta’ xogħol infrastrutturali f’Birżebbuġa, Żurrieq, Imqabba, Qrendi, Ħal Safi, Ħal Kirkop u Ħal Farruġ mal-Kunsilli rispettivi.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta’ toroq li Infrastructure Malta għandha fil-ħsieb jew fil-pjanijiet tagħha biex isiru fit-12-il xahar li ġejjin għal-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ġew konklużi diversi pjanijiet mal-Kunsilli Lokali ta’ għadd ta’ lokalitajiet, fadal xi dettalji minuri li għad iridu jiġu diskussi rigward il-pjan ta’ xogħol infrastrutturali f’Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi mal-Kunsilli rispettivi.
Fid-dawl li diversi residenti mill-Ħames Distrett Elettorali qed jilmentaw minħabba l-inkonvenjent biex jidħlu u joħorġu b’mod speċjali mill-Imqabba, u l-bżonn urġenti li x-xogħlijiet fi Triq is-Sejba, ġewwa l-Imqabba, jitlestew kemm jista’ jkun malajr, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi f’din it-triq u meta se tkun lesta sabiex jissolva dan l-inkonvenjent?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta hija konxja mill-importanza ta’ din ir-rotta għal diversi residenti u industriji, li jinsabu jew jaqsmu mill-akwati. Għaldaqstant, fl-intervent tagħha, Infrastructure Malta għażlet li tmur b’mod immedjat għal soluzzjoni permanenti, fejn minkejja li intervent ta’ dan it-tip jieħu xhur biex isir, ser iservi fit-tul lill-poplu kollu. L-istruttura proposta biex iżżomm it-triq għaddejja b’ritmu tajjeb skont kif ippjanat u il-kolonni fil-pedamenti tat-triq kważi tlestew kollha.
Simultanjament bdew xogħlijiet ta’ preparazzjoni biex jinbeda ix-xogħol ta’ wiċċ it-triq. Huwa ppjanat li dan ix-xogħol ikun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin u t-triq tkun tista' tinfetaħ mill-ġdid qabel is-sajf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' omiċidju mis-sena 2002 sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minnhom il-Pulizija tqis li ma ssolvewx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ każi ta' omiċidju li seħħew mis-sena 2002 sat-8 ta’Frar 2023, kienu kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Każijiet ta’ Omiċidji – 2002 sa 8 ta’ Frar 2023
Numru ta’ każi
Status
Sena
Solvuti
Mhux solvuti
2002
6
5
1
2003
0
n/a
n/a
2004
7
7
0
2005
4
4
0
2006
0
n/a
n/a
2007
4
3
1
2008
7
4
3
2009
4
3
1
2010
4
3
1
2011
3
3
0
2012
10
7
3
2013
6
4
2
2014
6
2
4
2015
4
2
2
2016
5
3
2
2017
9
5
4
2018
6
6
0
2019
3
3
0
2020
6
6
0
2021
2
2
0
2022
8
8
0
2023
1
1
0
Total
105
81
24
Pulizija – każi ta’ cash seizures relatati ma’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm cash seizures marbutin ma' droga fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-qbid ta’ flus kontanti minn uffiċjali investigattivi, li kien hemm marbutin ma' droga bejn is-sena 2013 u s-sena 2022 kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt.
Sena
Ammont totali
2013
€10,985.00
2014
€70,040.00
2015
€109,015.00
2016
€ 269,542.10
2017
€246,707.15
2018
€222,424.75
2019
€541,241.76
Forint 140,500
$20 + £5
2020
€217,996.40
2021
€567,486.00
2022
€1,057,655.50
$110.00
Pulizija – każi ta’ money laundering relatati ma’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' money laundering marbutin ma’ droga fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru mill-Pulizija, il-każijiet ta' ħasil ta’ flus marbutin ma’ droga fl-aħħar għaxar snin kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt;
Sena
Kazijiet ta’ ħasil ta’ flus
relatati ma droga
2013
0
2014
1
2015
2
2016
3
2017
4
2018
8
2019
5
2020
7
2021
13
2022
14
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bodily harm ġewwa San Ġiljan, sena b’sena mis-sena 2000 sal-2022? Jista’ jgħid jekk kienx hemm effett fiż-żmien tal-COVID-19?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ reati ta’ ‘bodily harm’ irrapportati għal-lokalita ta’ San Ġiljan bejn is-sena 2000 u s-sena 2022, maqsumin sena b’sena, huma kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt. Iż-żmien tal-COVID-19 kellu effett fuq l-ammonti ta’ inċidenti kif jidher fit-tabella, prinċipalment minħabba r-restrizzjonijiet imposti f’dak il-perjodu, fejn il-kongregazzjoni ta’ nies fil-lokalita kienet naqset drastikament. Fil-fatt l-ammonti bdew jiżdiedu fis-sena 2022 meta r-restrizzjonijiet bdew jonqsu u eventwalment tneħħew. Ukoll, juri kif matul l-aħħar snin ir-rapporti ta' bodily harm f'San Ġiljan naqsu.
Sena
Rapporti ta’
Bodily Harm
2000
173
2001
143
2002
140
2003
158
2004
186
2005
158
2006
154
2007
194
2008
179
2009
177
2010
181
2011
267
2012
212
2013
184
2014
216
2015
144
2016
131
2017
109
2018
106
2019
135
2020
67
2021
67
2022
97
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bodily harm ġewwa l-Belt Valletta, sena b’sena mis-sena 2000 sal-2022? Jista’ jgħid jekk kienx hemm effett fiż-żmien tal-COVID-19?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ reati ta’ ‘bodily harm’ irraportati għal lokalità tal-Belt Valletta bejn is-sena 2000 u s-sena 2022, maqsumin sena b’sena, jidhru fit-tabella hawn taħt. Iż-żmien tal-COVID-19 kellu effett, iżda mhux daqstant visibbli, fuq l-ammonti ta’ inċidenti kif jidher fit-tabella. Ir-restrizzjonijiet imposti waqt il-pandemija u tnaqqis ta’ moviment ta’ nies fil-lokalità f’dak il-perjodu, ftit għamlu effett meta mqabbla l-ammonti ta’ dawn il-każijiet.
Sena
Rapporti ta’
Bodily Harm
2000
7
2001
6
2002
7
2003
9
2004
20
2005
15
2006
36
2007
38
2008
26
2009
31
2010
41
2011
44
2012
36
2013
25
2014
26
2015
46
2016
36
2017
32
2018
31
2019
26
2020
29
2021
26
2022
35