Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid matul is-snin kemm kien hemm referuti rigward:
a) Assistenza psikoloġika;
b) Assistenza rigward bżonnijiet fil-familji (family support);
c) Hormone prescription u follow ups;
d) Terapija tal-vuċi;
e) Għajnuna psikjatrika;
f) Gynaecological support;
g) Interventi kirurġiki; u
h) Prevention of gametes (skont l-età u l-ġeneru)?
X'inhuma t-timeframes li jintużaw fil-proċess ta' "realignment"? Kemm kien hemm nies li waqfu sena b'sena, l-età u l-ġeneru? Kemm kien hemm min staqsa biex ireġġa’ lura l-intervent, sena b'sena, l-età u l-ġeneru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill ftuħ tas-servizz tal-Gender Wellbeing Clinic, iġifieri minn Novembru 2018 kien hemm dawn ir-referti għal dawn is-servizzi speċifiċi:
Referti :
Numru ta’ persuni:
Assistenza psikoloġika
68
Assistenza rigwardbżonnijiet fil-familji
(family support);
36
Hormone prescription
u
follow ups
;
114
Terapija tal-vuċi
58
Għajnuna psikjatrika
126
Gynaecological support
18
Interventi kirurġiki
7
Preservation of gametes
43
M’hemmx timeframes fissi li jintużaw waqt il-proċess ta’ gender affirming treatment. Kull klijent huwa meqjus b’mod individwali b’care plan imfassal mit-tim multidixxiplinarju bl-għan li intejbu il-benesseri fiżiku u psikoloġiku tal-individwu.
Mill-bidu tal-klinika kien hemm total ta’ 26 persuna li kienu discharged minn dan is-servizz għal raġunijiet varji, b’10 persuni li riedu jwaqqfu il-proċess ta’ transizzjoni tal-ġeneru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ta’ għajnuna l-Lino Spiteri Foundation biex persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol, mill-2015 sa 2020, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-2016 sa 2020, il-Lino Spiteri Foundation (LSF) provdiet numru ta’ servizzi u sapport biex tiffaċilità d-dħul ta’ persuni b’dizabilità fid-dinja tax-xogħol.
· Saru 13,790 laqgħa ma’ persuni b’diżabilità. Matul dawn il-laqgħat jittieħed il-profil tal-persuni b’diżabilità li qed ifittxu xogħol u jitfassal Pjan ta’ Azzjoni addattat u b’miri li jwassal lill-persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-miri jinkludu taħrig, parteċipazzjoni fi skemi u attivitajiet oħra.
2016
2017
2018
2019
2020
Total
1,812
2,364
2,815
2,810
3,989
13,790
· 821 persuna b’di¿abilità ibbenifikat minn 9,177 istanza ta’ servizz ta’ ‘
job-coaching
’ kif muri fit-tabelli t’hawn taħt.
2016
2017
2018
2019
2020
Total
138
169
183
192
139
821
2016
2017
2018
2019
2020
Total
628
1,663
1,858
2,067
2,961
9,177
· Ikkomunikat u/jew saru laqgħat ma’ aktar minn 3,600 ‘
employer
’ fis-settur privat bl-għan li jinkoraġġixxu l-impjiegi ta’ persuni b’di¿abilità u jipprovdu s-sapport neċessarju lil min iħaddem.
2016
2017
2018
2019
2020
Total
695
675
868
831
540
3,609
· 130 persuna b’dizabilità pparteċipat fil-programm Headstart amministrat mill-LSF.
2016
2017
2018
2019
2020
Total
31
27
31
23
18
130
Flimkien ma dawn is-servizzi, l-LSF tuza wkoll l-iskemi u taħriġ amministrati minn Jobsplus li persuni b’dizabilità jew min iħaddimhom huma eliġibbli għalihom. Il-LSF tikkoordina ma’ Jobsplus u min iħaddem biex tiffacilità l-proċess. Dawn jinkludu:
Il-programm ta’ Sheltered Employment Training u il-Pre-Employment Training li huma parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea,
L-iskema Bridging the Gap li toffri opportunità ta’ esperjenza fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b’dizabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-bzonn).
L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E) li tipprovdi sussidju ta’ €156.50 fil-ġimgħa sa Settembru 2023, għal kull persuna b'dizabilità ġdida f’impjieg.
Kif indikat fit-tabella t’hawn taħt mill-2016 sal-2020, kien hemm 1,081 persuna b’dizabilità minn fost dawk li uzaw is-servizzi pprovduti mill-Fondazzjoni u oħrajn minn Jobsplus li daħlu fid-dinja tax-xogħol.
2016
2017
2018
2019
2020
Total
267
212
138
234
230
1,081
Dan kollu ikkontribwixxa biex in-numru ta’ persuni b’dizabilità zdied b’1,654 f’dan il-perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu finalizzati x-xogħlijiet li qed isiru fi Triq is-Sienja, il-Kalkara?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra.
Fil-lokalità tal-Kalkara Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kapuċċini, Triq Rinella, Trejqet Francesco Chircop u Triq il-Ġir. Bħalissa qegħdin isiru Triq is-Sienja u Triq il-Progress, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq ġdida fi Triq il-Kapuċċini.
Ix-xogħlijiet fi Triq is-Sienja jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art fosthom dawk għad-distribuzzjoni tal-ilma u drenaġġ, kif ukoll bini mill-ġdid tal-bankini fuq iż-żewġ naħat u tisħiħ tal-pedamenti qabel ma t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju avvanzat u mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Minħabba raġunijiet li l-ħitan antiki ta' Villa Portelli, proprjetà tal-MCAST, qed jiġġarfu bil-periklu li jaqgħu fuq nies jew karozzi fi Triq il-Marina u n-niżla li tagħti minn Triq l-Isptar Navali, tista’ l-Ministru tindika jekk hemmx pjanijiet li dawn il-ħitan jiġu rranġati jew restawrati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Infurmata li filwaqt li l-MCAST diġà wettaq bosta xogħlijiet fuq is-sit ta’ Villa Portelli kemm għat-tisbiħ kif ukoll għas-sigurtà tal-madwar, għad hemm xogħol ta' tisbiħ li għadu għaddej.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jgħixu ġo djar jew faċilitajiet dedikati lil dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 181 persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jgħixu ġo djar jew faċilitajiet oħra fil-komunita’, kif ukoll 210 fl-isptar Monte Carmeli.
Persuni li għandhom problema ta’ obeżità jew eating disorder — residenzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm jgħixu persuni ġo residenzi ddedikati għall-persuni li għandhom problema ta’ obeżità jew
eating disorder
?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 7 residenti f’Dar Kenn Għal Saħħtek li għandhom problema ta’ obeżità jew eating disorder.
Tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar ix-xogħol li għal dawn l-aħħar tliet snin kien qed isir fit-Taraġ San Ġużepp, il-Kalkara? Jista’ jingħataw dettalji meta x-xogħol ser jitlesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol għandu jkun lest sal-aħħar ta' Lulju 2021.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm jgħixu persuni b’diżabilità fi Djar tal-Aġenzija Sapport u dawk mmexxija mill-għaqdiet?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data tat-tweġiba hemm 74 persuna b’diżabilità li tgħix fir-residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport. Sal-istess data, hemm ukoll 111 persuna b’diżabilità li tgħix f’residenzi mmexxija minn numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi bħala parti mill-ftehim li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja permezz ta’ Aġenzija Sapport għandu mal-istess entitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jgħixu f’shelters għall-persuni li ma għandhomx fejn jgħixu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu fid-diversi shelters għal persuni li huma homeless bħalissa huwa ta’ 102 li minnhom 77 huma irġiel u 25 huma nisa.
Dawn ix-shelters huma ffinanzjati prattikament 100% mill-Gvern permezz tal-Line Vote għall-Public Social Partnerships li din is-sena jlaħħaq € 10,050,000 (għaxar miljun u ħamsin elf Ewro) apparti apparti € 835,000 (tmien mija u ħamsa u teltin elf Ewro) għall-
Fondazzjoni Dar il-Hena
li taħdem esklussivament bħala
emergency shelter
għall-
homeless
.
Persuni li jgħixu ġo faċilitajiet għall-attenzjoni minħabba vizzju tad-droga u alkoħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna persuni jgħixu ġo faċilitajiet li qed jingħataw attenzjoni minħabba vizzju tad-droga jew alkoħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bħalissa hemm total ta’ 75 persuna li qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga u alkoħol f’waħda mit-3 faċilitajiet li jservu għal dan il-għan, f’pajjiżna.
Infrastructure Malta – xogħlijiet f’Ħaż-Żabbar, Birgu, Bormla, Kalkara, Isla u Xgħajra
Question
Jista’ l-Ministru jindika lista ta’ xogħlijiet li qegħdin isiru, jew li hemm ippjanati li jsiru, minn Infrastructure Malta, fil-lokalitajiet ta’ Żabbar, Birgu, Bormla, Kalkara, Isla u Xgħajra?
Response (BORG, IAN)
Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra.
Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd- in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq il-Fikus, Triq il-Ġiżimina u Triq Salvu Darmanin. Bħalissa qegħdin isiru Triq ix-Xgħajra, Triq il-Madaffa, Triq il-Baħrija, Triq Żabrella, Triq id-Dliela, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq il-Luq, Triq il-Figel u Triq il-Qaqoċċ, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq Ta’ Lanza, Triq il-Werżieq, Triq iz-Zarzarell, Triq in-Nissieġ, Triq Renato Agius Muscat u Triq il-Bajada.
Fil-lokalità tal-Birgu Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u Triq San Dwardu. Bħalissa qegħdin isiru Triq La Vallette, Pjazzetta San Filippu u Triq Patri Indri Vella, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq il-Miratur, Triq San Filippu u Misraħ ir-Rebħa.
Fil-lokalità ta’ Bormla Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Alessandra, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun u Triq San Ġorġ. Bħalissa qed issir Triq Santa Margerita u fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq San Franġisk.
Fil-lokalità tal-Kalkara Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kapuċċini, Triq Rinella, Trejqet Francesco Chircop u Triq il-Ġir. Bħalissa qegħdin isiru Triq is-Sienja u Triq il-Progress, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq ġdida fi Triq il-Kapuċċini.
Fil-lokalità tal-Isla Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kunċizzjoni u Triq iż-Żewġ Mini, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet fi Triq Portu Salvu u Triq San Ġiljan.
Fil-lokalità tax-Xgħajra Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Sqaq l-Arkati, Triq Ħaż-Żabbar, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq l-Iskola u Triq l-Ispnott, waqt li fix-xhur li ġejjin se inbdew xogħlijiet fi Triq it-Tumbrell u Triq il-Mulett.
Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Park ta’ San Klement –Vjal Kottoner – pedestrian crossing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li ssir xi pedestrian crossing fi Vjal Kottoner biex dawk li jmorru l-Park ta’ San Klement ikollhom aċċess iżjed sigur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li din il-pedestrian crossing kienet ġiet approvata minn naħa ta’ Transport Malta u fiż-żmien li ġej ser ikunu qedgħin jibdew ix-xogħolijiet fuqha.
Tista’ l-Ministru tgħid hemmx xi pjanijiet biex jiġi rinovat il-ġnien li jinsab f’Santa Liena Bormla?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet bejn il-Parks Malta u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla biex jitfassal pjan għar-riġenerazzjoni u kif ukoll manutenzjoni tal-ġnien indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tax-Shore to Ship fejn għandha x’taqsam it-Tarzna?
Response (BORG, IAN)
Qabel xejn, qiegħed jiġi mifhum li bit-terminu “Tarzna”, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal Palumbo Shipyard.
Ninsab infurmat li Infrastucture Malta ghaddejja bl-istudji sabiex tiddetermina l-bżonnijiet li hemm u l-fattibilità għal Onshore Power Supply f’din it-tarzna.
Dan għaliex infrastruttura bħal din tirrikjedi investiment kbir u l-fatt illi hija mmexxija minn operatur privat, wieħed irid ukoll jikkunsidra l-mekkaniżmu adattat għal fondi neċessarju u għall-irkupru tal-ispejjeż.
Il-Gvern huwa konxju mit-tħassib u mill-ilmenti tar-residenti li joqogħdu fil-viċin minħabba l-emissjonijiet minn bastimenti kbar u huwa kommess li jindirizzahom.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-investiment fis-settur tad-diżabilità mil-2013 sal-lum f’termini finanzjarji? Tistax ukoll tindika kemm hemm benefiċċjarji mis-servizzi provduti mill-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra
Persuni b’diżabilità – assistenza għal diżabilità severa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li;
a. jieħdu l-assistenza għal diżabilità severa; u
b. jieħdu l-assistenza miżjuda għal diżabilità severa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.