Living income bażiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’pajjiżna jeżistix living income bażiku f’xi forma jew oħra? Jekk iva, kemm hu dan l-ammont illum u kemm kien fl-2012? Barra minn hekk, f’każ li persuna ssib ix-xogħol, dan id-dħul titilfu mill-ewwel? X’benefiċċji jeżistu f’każi hekk?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assistenza Soċjali f’pajjiżna, sa mill-bidu tagħha fl-1956, dejjem kellha l-għan li tipprovdi minimu bażiku ta’ dħul li bih persuna tkun tista’ tgħix. L-istess jista’ jingħad għall-Pensjoni tal-Età non-kontributorja li kienet bdiet qabel fl-1948.
Maż-żmien ittieħdu diversi inizjattivi sabiex persuni li jkunu fuq l-Assistenza Soċjali jew fuq il-Pensjoni tal-Etá non-kontributorja jibbenefikaw minn benefiċċji oħra anċillari, uħud minnhom bir-rata massima, li magħduda flimkien wieħed jista jgħid li jikkostitwixxu livell bażiku ta’ dħul skont il-komposizzjoni tal-familja.
Kapijiet ta’ familja li jkunu fuq l-Assistenza Soċjali (SA) jew fuq il-Pensjoni tal-Etá non-kontributorja (AP), għandhom dritt ukoll:
· għall-Allowance tat-Tfal bir-rata massima jekk ikollhom tfal taħt is-16-il sena
· għall-Għajnuna Supplimentari bir-rata massima jekk bla tfal taħt is-16-il sena
· għall-Benefiċċju tal-Enerġija, u
· għall-Għajnuna tal-Mard u għall-Kartuna r-Roża jekk ikollhom mard kroniku.
Persuni li jkunu fuq il-Pensjoni tal-Etá non-kontributorja u m’għandhomx dritt għal xi pensjoni kontributorja għax ma ħallsux biżżejjed kontribuzzjonijiet jista’ jkollhom dritt ukoll, jekk ikunu laħqu l-età tal-irtirar, għall-bonus annwali ta’ bejn €400 (jekk ħallsu bejn sena u 4 snin ta’ kontribuzzjonijiet) jew €500 (jekk ħallsu 5 snin kontribuzzjonnijiet jew aktar).
Meta wieħed jgħodd kollox jista’ allura jasal għall-livell minimu ta’ dħul li huwa garantit għal min ma jkollux mezzi suffiċjenti ta’ dħul. Fit-tabella t’hawn taħt jidhru komposizzjonijiet ta’ benefiċjarji jew familji differenti u d-dħul minimu li huma garantiti kif spjegat fuq u kif dan kien fl-2012 u kif inhu fl-2022.
Kategorija
2012
2022
Persuna single fuq SA
€5,633
€6,812
Koppja bla tfal fuq SA
€6,242
€7,737
Persuna single fuq SA b’mard kroniku
€6,844
€8,260
Koppja bla tfal fuq SA b’mard kroniku
€8,397
€10,633
Single parent fuq SA (wild wieħed) t/16
€6,975
€7,986
Single parent fuq SA (2 itfal) t/16
€8,555
€9,706
Single parent fuq SA (3 itfal) t/16
€10,134
€11,452
Koppja fuq SA (wild wieħed) t/16
€7,399
€8,384
Koppja fuq SA (2 itfal) t/16
€8,984
€10,130
Koppja fuq SA (3 itfal) t/16
€10,558
€11,876
Persuna single fuq AP (60-62 sena)
€5,845
€7,731
Koppja fuq AP (60-62 sena)
€7,446
€9,937
Persuna single fuq AP (60-62 sena) b’mard kroniku
€7,056
€9,180
Koppja fuq AP (60-62 sena) b’mard kroniku
€9,601
€12,833
Persuna single fuq AP (63-74 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€5,945
€8,282
Koppja fuq AP (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€7,546
€10,487
Persuna single fuq AP (63-74 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€5,945
€8,382
Koppja fuq AP (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€7,546
€10,587
Persuna single fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€7,156
€9,730
Koppja fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€9,701
€13,396
Persuna single fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€7,156
€9,830
Koppja fuq AP b’mard kroniku (63-74 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€9,701
€13,496
Persuna single fuq AP (75-79 sena)
€5,945
€8,182
Koppja fuq AP (75-79 sena)
€7,546
€10,699
Persuna single fuq AP (75-79 sena) b’mard kroniku
€7,156
€9,630
Koppja fuq AP (75-79 sena) b’mard kroniku
€9,701
€13,595
Persuna single fuq AP (75-79 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€5,945
€8,582
Koppja fuq AP (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€7,546
€11,099
Persuna single fuq AP (75-79 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€5,945
€8,682
Koppja fuq AP (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€7,546
€11,199
Persuna single fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€7,156
€10,030
Koppja fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€9,701
€13,996
Persuna single fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€7,156
€10,130
Koppja fuq AP b’mard kroniku (75-79 sena – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€9,701
€14,096
Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar)
€6,245
€8,282
Koppja fuq AP (80 sena jew aktar)
€8,146
€10,900
Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar) b’mard kroniku
€7,434
€9,730
Koppja fuq AP (80 sena jew aktar) b’mard kroniku
€10,301
€13,796
Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€6,245
€8,682
Koppja fuq AP (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€8,146
€11,304
Persuna single fuq AP (80 sena jew aktar – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€6,245
€8,782
Koppja fuq AP (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€8,146
€11,400
Persuna single fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – ħallset bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€7,456
€10,131
Koppja fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas bejn sena u 4 snin kontribuzzjonijiet)
€10,301
€14,197
Persuna single fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – ħallset mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€7,456
€10,230
Koppja fuq AP b’mard kroniku (80 sena jew aktar – konjugi wieħed ħallas mill-anqas 5 snin kontribuzzjonijiet)
€10,301
€14,296
* L-ammonti t’hawn fuq ma jinkludux l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija li huwa varjabbli skont il-konsum u il-valur tal-mediċini b’xejn jekk intitolati għalihom
** Aktar dettall ta’ kif inħadmu dawn l-ammonti jinsab fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
F’każ li persuna tkun fuq l-Assistenza Soċjali għal aktar minn sena u ssib xogħol, permezz ta’ miżura imdaħħla fl-2015 din ikollha dritt għal Tapering tal-Assistenza Soċjali fejn fl-ewwel sena tibqa’ tieħu 65% tal-benefiċċju, fit-tieni sena 45% u fit-tielet sena 25% liema ammonti toħodhom apparti l-paga li tkun qed iddaħħal.
Wara dan imbgħad, jekk ikollha tfal taħt it-23 sena, tkun intitolata għall-In-Work Benefit skont id-dħul mill-impjieg waqt li jekk ma tkunx qed tieħu l-Allowance tat-Tfal tista’ tkun intitolata għall-Għajnuna Supplimentari skont id-dħul li jkollha.
Ta’ min jgħid ukoll li min ikun fuq il-Paga Minima Nazzjonali, sew jekk kienu fuq l-Assistenza Soċjali u sew jekk ma kienux, ikollhom dritt ukoll:
· għall-Allowance tat-Tfal bir-rata massima jekk ikollhom tfal taħt is-16-il sena
· għall-Għajnuna Supplimentari bir-rata massima jekk bla tfal taħt is-16-il sena
· għall-In-Work Benefit bir-rata massima relattiva jekk ikollhom tfal taħt it-23 sena
· għall-Benefiċċju tal-Enerġija, u
· għall-Kartuna r-Roża jekk ikunu miżżewġin, ikollhom mard kroniku u ma jeċċedux kapital ta’ €23,300.
Fit-tabella t’hawn taħt jidhru komposizzjonijiet ta’ persuni jew familji differenti li jaħdmu u għandhom il-Paga Minima Nazzjonali (PMN) u f’xi każi impjieg part-time tal-konjuġi u d-dħul minimu gross li huma garantiti kif spjegat fuq u kif dan kien fl-2012 u kif inhu fl-2022.
Kategorija
2012
2022
Persuna single bil-PMN
€ 8,972
€ 10,618
Koppja bla tfal b’PMN waħda
€ 8,972
€ 11,119
Single parent bil-PMN (wild wieħed taħt 16-il sena)
€ 9,890
€ 12,842
Single parent bil-PMN (2 itfal taħt 16-il sena)
€ 11,046
€ 15,665
Single parent bil-PMN (3 itfal taħt 16-il sena)
€ 12,202
€ 18,488
Single parent bil-PMN (wild wieħed 17-22 sena)
€ 8,972
€ 12,619
Single parent bil-PMN (2 itfal 17-22 sena)
€ 8,972
€ 14,120
Single parent bil-PMN (3 itfal 17-22 sena)
€ 8,972
€ 15,620
Koppja b’PMN waħda (wild wieħed taħt 16-il sena)
€ 9,890
€ 12,072
Koppja b’PMN waħda (2 itfal taħt 16-il sena)
€ 11,046
€ 14,125
Koppja b’PMN waħda (3 itfal taħt 16-il sena)
€ 12,202
€ 16,177
Koppja b’PMN waħda (wild wieħed 17-22 sena)
€ 9,157
€ 11,849
Koppja b’PMN waħda (2 itfal 17-22 sena)
€ 9,157
€ 12,579
Koppja b’PMN waħda (3 itfal 17-22 sena)
€ 9,157
€ 13,309
Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (wild wieħed taħt 16-il sena)
€ 13,522
€ 16,462
Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (2 itfal taħt 16-il sena)
€ 14,310
€ 18,905
Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (3 itfal taħt 16-il sena)
€ 15,098
€ 21,347
Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (wild wieħed 17-22 sena)
€ 12,734
€ 15,520
Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (2 itfal 17-22 sena)
€ 12,734
€ 17,020
Koppja b’PMN waħda u impjieg p/t tal-konjugi ta’ €4,000 pa (3 itfal 17-22 sena)
€ 12,734
€ 18,520
* L-ammonti t’hawn fuq ma jinkludux l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija li huwa varjabbli skont il-konsum u il-valur tal-mediċini b’xejn jekk intitolati għalihom
** Aktar dettall ta’ kif inħadmu dawn l-ammonti jinsabu fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2016 ‘l hawn iddaħħal ukoll il-kunċett tal-Livell Minimu Garantit tal-Pensjoni kontributorja li ħa post il-Pensjoni Minima Nazzjonali.
F’dan il-każ il-livell ivarja skont il-pensjonant ikunx single jew f’każ li miżżewweġ, il-konjugi jieħux pensjoni ukoll. Ivarja ukoll skont il-medja ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati tal-pensjonant.
Fit-tabella t’hawn taħt jidhru ir-rati minimi garantiti lill-pensjonanti kif spjegat fuq u kif dawn kienu fl-2012 (pensjoni minima nazzjonali) u kif inhuma fl-2022.
Medja tal- kontribuzzjonijiet imħallsa u akkreditatiPensjoni Minima Nazzjonali
2012Livell Minimu Garantit tal-Pensjoni2022Total bl-Għajnuna Supplimentari Magħduda2012Total bl-Għajnuna Supplimentari Magħduda2022
PENSJONANTI MIŻŻEWĠIN
50 jew aktar€7,319€9,324+ €7,709€10,327
40 - 49€6,863€8,888+ €7,263€9,917
30 - 39€6,031€8,232+ €6,450€9,300
20 - 29€5,371€7,577+ €5,794€8,676
PENSJONANTI SINGLE
50 jew aktar€6,402€9,116+ €6,631€9,654
40 - 49€6,137€8,680+ €6,370€9,237
30 - 39€5,658€8,024+ €5,896€8,609
20 - 29€5,176€7,369+ €5,414€7,967
* L-ammonti ta’ fuq jinkludu l-bonusijiet li jitħallsu mal-pensjoni
** Ir-rati tal-Miżżewwġin huma għal dawk bil-konjuġi mhux pensjonant/a
*** Ir-rati ta’ Single jinkludu ukoll Miżżewġin bil-konjuġi pensjonant/a
**** L-ammonti bl-Għajnuna Supplimemntari jeskludu suppliment ta’ €100 (2012) jew €150
(2022) fis-sena imħallas lil min jilħaq l-eta ta’ 65 sena
Ta’ min jgħid li pensjonant fuq il-Livell Minimu Garantit, minbarra l-Għajnuna Supplimentari, jekk ma jkunx jaħdem jew jekk il-konjugi ma jkunx jaħdem jew jieħu pensjoni, għandu dritt ukoll:
· jekk ir-rata applikabbli tkun anqas minn tal-Pensjoni non-Kontributorja, għad-differenza fir-rata fuq din tal-aħħar jekk il-kapital ma jeċċedix €23,300 jekk miżżewweġ jew €14,000 jekk single,
· jekk ikollu mard kroniku, għall-Għajnuna tal-Mard ta’ €27.85 fil-ġimgħa (kienet €23.29 fil-ġimgħa fl-2012) jekk persuna waħda hija marida jew €46.82 fil-ġimgħa (kienet €42.26 fil-ġimgħa fl-2012) jekk żewġ persuni huma morda u l-kapital ma jeċċedix €23,300 jekk miżżewweġ jew €14,000 jekk single,
· għall-Kartuna r-Roża,
· għall-Benefiċċju tal-Enerġija, u
· għall-Għotja għal Ċittadin Anzjan ta’ €300 malli jagħlaq 75 sena u €400 malli jagħlaq 80 sena.