Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — kumitati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7652 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7653 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Minister għall-Politika Soċjali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Leg 11 PQ #7655 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kumitati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Kumitati Iltaqa’ Ma ltaqgħax National Sovereignty and Jurisdiction Committee X Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Infurzar Lokali X Kumitat Ko-ordinativ għall-Bio-Sigurtà X Kumitat ta’ Konsulenza dwar il-Patrimonju (NHAC u CHAC) X Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar X MEPA Kumitat tal-Uteni X Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali ta’ Tniġġiż X Kumitat ORNIS X

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu huma kif ġejjin: Il-Kumitat tal-Kuntratti; Il-Kumitat li jagħti pariri dwar ir- Retail Price Index ; Il-Kumitat tal-Kontroll fl-Uffiċċju Konġut. Il-Kumitati msemmija hawn taħt huma dawk li ma ltaqgħux matul ix-xhur msemmija: Il-Kumitat b’Interess f’Indikazzjonijiet u Denominazzjonijiet Ġeografiċi; Il-Kumitat li jagħti pariri dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.

Dipartiment tal-Artijiet — pagamenti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet ta' esproprazzjonijiet ta' art jew bini li d-Dipartiment tal-Artijiet għandu pendenti għal dak li jirrigwardja l-pagamenti lis-sidien in kwistjoni? Kemm ilha pendenti l-aħħar talba/pagament? Jista' fil-fatt jagħti breakdown sena sena ta' dawn il-pendenzi ta' pagamenti lid-Dipartiment tal-Artijiet għandu jħallas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet mhux f’pożizzjoni jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet ta’ esproprijazzjoni ta’ art li għandu pendenti għal dak li jirrigwardja l-pagamenti lis-sidien billi f’diversi każi l-art esproprijata tinqasam f’diversi porzjonijiet b’sidien differenti. Din l-informazzjoni tkun magħrufa biss meta jsir ix-xogħol neċessarju biex jiġi stabbilit it-titolu ta’ l-art in kwistjoni. It-talbiet imorru lura sas-snin ħamsin, pero’ in-numru ta’ dawn huwa limitat. Id-Dipartiment ma jżommx ir -records neċessarji li jindikaw sena b’sena kemm għad hemm esproprijazzjonijiet li għadu ma sarx pagament għalihom.
Leg 11 PQ #7646 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — bordijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarjiet Barranin jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi hemm tlett (3) boards. (a) It-Tsunami Relief Fund Committee iltaqa' darba; (b) L-Awtorita Nazzjonali għall-Implementar tal-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi ma ltaqax fil-perjodu msemmi; (c) Peress li s-segretarju tal-kumitat responsabbli għad-Deprivazzjoni taċ-Ċittadinanza għadu kemm ġie appuntat, ma kienx hemm żmien biex jiltaqa.
Leg 11 PQ #7648 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'hemmx bordijiet statutorji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu huma kif ġejjien: Il-Bord tal-Korporazzjoni għall-Intrapriża ta’ Malta Il-Bord tal-Malta Industrial Parks Il-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Att tal-Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta’ Stralċ) Il-Bord tal-Accountancy Il-Bord ta’ l-Appelli tal-Kuntratti Il-Bord Nazzjonali ta’ l-Akkreditament Il-Bord tal-MIMCOL Il-Bord tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) Il-Bordijiet ta’ l-Appell tal-VAT (l-ewwel u t-tielet) Il-Bord dwar drittijiet ta’ l-Awtur Il-Bord dwar is-Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat Il-Bord ta’ l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji Il-Bord ta’ l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob Il-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Istatistika Il-Bordijiet msemmija hawn taħt huma dawk li ma ltaqgħux matul ix-xhur msemmija: Il-Bord ta’ l-Appell għall-Appelli tal-Konsumatur Il-Bord dwar ir-Reviżjonijiet Notarili Il-Bord dwar l-Eżamijiet ta’ l-Irkantaturi Il-Bord ta’ l-Appell dwar il-Liċenzji tan-Negozji

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mtarfa Bypass — tarmac cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6924, 6619, 6206, 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermattiv meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6923, 6618, 6207, 6119, 5819, 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ matul 2008 kienet ta' €282,324,798.

Kontijiet tal-dawl u l-ilma — dħul tal-VAT

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6599, jista' l-Ministru jipprovdi d-dħul tal-VAT li jaqgħu taħt il-faxxa in kwistjoni għall-fini tad-dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa mitlub jispjega aħjar u fid-dettal x’informazzjoni qed jistaqsi dwarha.

diesel, petrol u żjut — dħul tal-VAT

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6600, jista' l-Ministru jiprovdi d-dħul tal-VAT li jaqgħu taħt il-faxxa in kwistjoni għall-fini tad-dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mhux possibli li jingħata d-dettal kif mitlub kif diġa spjegat fir-risposta għad-domanda Parlamentari numru 6600.

Facilitators fl-iskejjel tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm facilitators jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern fis-snin 2007 u 2008? Kemm min dawn huma każwali u full-time? Kemm minnhom huma gradwati? Kemm studenti applikaw biċ-ċertifikati biex ikollhom facilitators u t-talba tagħhom s'issa ma ġietx milqugħa? Għaliex it-talbiet ma ġewx milqugħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Apprentistati fit-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' apprentistat li llum qed jissoktaw bix-xogħol fit-tarzna ta' Malta? X'inhuma siegħat tax-xogħol tagħhom? X'nazzjonalità għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta’ apprentisti li għadhom fl-apprentistat jammonta għal sittax (16). Is-siegħat ta’ xogħol ivarjaw skond il-korsijiet li jattendu u huma mqassmin kif jidher hawn taħt: Nhar ta’ Tnejn - 9 jattendu l-MCAST u 7 ikunu xogħol; Nhar ta’ Tlieta - 9 jattendu l-MCAST u 7 ikunu xogħol; Nhar ta’ Erbgħa - 6 jattendu l-MCAST u 10 ikunu xogħol; Nhar ta’ Ħamis - 5 jattendu l-MCAST u 11 ikunu xogħol; Nhar ta’ Ġimgħa - 7 jattendu l-MCAST u 9 ikunu xogħol. Is-siegħat tax-xogħol huma bejn is-7.00 u t-15.00. L-apprentisti huma kollha ta’ nazzjonalita’ Maltija.
Leg 11 PQ #7491 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3994 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.